Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

X’inhi r-rata tal-faċilità ta' self marġinali?

13 ta’ Settembru 2018 (aġġornata fit-13 ta’ Settembru 2024)

Ir-rata tal-faċilità ta' self marġinali hija r-rata tal-imgħax li jħallsu l-banek meta jisselfu mill-BĊE mil-lum għall-għada. Meta jagħmlu dan, iridu jipprovdu kollateral biex jiggarantixxu li l-Eurosistema tirċievi l-ammont misluf anki jekk il-bank ma jħallasx lura l-flus mislufa.

Ir-rata tal-faċilità ta' self marġinali hija waħda mit-tliet rati tal-imgħax li jistabbilixxi l-BĊE kull 6 ġimgħat bħala parti mix-xogħol tiegħu biex iżomm il-prezzijiet fiż-żona tal-euro stabbli.

Iż-żewġ rati l-oħrajn huma r-rata għall-operazzjonijiet ewlenin tagħna ta' rifinanzjament, li hija r-rata li biha l-banek jistgħu jisselfu mill-BĊE għal ġimgħa (dan jiswihom inqas mili jekk jisselfu mil-lum għall-għada permezz tal-faċilità ta’ self marġinali), u r-rata fuq il-faċilità tad-depożitu, li tiddefinixxi l-imgħax li l-banek jirċievu – jew li jkollhom iħallsu fi żminijiet ta' rati ta' imgħax negattivi – biex jiddepożitaw flus fil-BĊE mil-lum għall-għada.

ARA WKOLL

Sir af aktar dwar kontenut relatat