content here is the anonymously transparent proxied version of ecb.europa.eu   X
Għażliet għat-Tiftix
Home Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika monetarja L-euro Pagamenti u swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
Il-verżjoni bl-Ingliż ta’ din il-paġna fiha informazzjoni iżjed aġġornata.

Statistika

L-istatistika hija essenzjali biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati

Statistika finanzjarja u monetarja soda tgħinna nieħdu deċiżjonijiet infurmati. Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jipprovdu statistika uffiċjali dwar is-saħħa tal-ekonomija.

Din l-istatistika tappoġġja l-aspetti kollha tax-xogħol tal-BĊE, inklużi l-politika monetarja, l-istabbiltà finanzjarja u s-superviżjoni bankarja.

L-importanza tal-istatistika

FATTI EWLENIN

€909 biljun

Self bankarju titolizzat lil unitajiet domestiċi u impriżi

Fit-tieni trimestru tal-2021, valur ta’ €909 biljun ta’ self bankarju mogħti lil unitajiet domestiċi u impriżi fiż-żona tal-euro kien ġie titolizzat. Dan jammonta għal 8% tas-self lil dawn il-benefiċjarji fil-karti tal-bilanċ tal-banek.

Stqarrija għall-istampa

Ibbrawżja u niżżel l-istatistika tal-BĊE

L-istatistiċi uffiċjali kollha tal-BĊE huma disponibbli mingħajr ħlas fis-servizz komprensiv tagħna ta’ konsenja ta’ data online.

Statistical Data Warehouse

Żviluppi monetarji fiż-żona tal-euro

Ara l-aħħar rati ta’ tkabbir tas-self għad-djar u l-impriżi, kif ukoll kemm il-provvista tal-flus qed tiżdied malajr.

Stqarrijiet għall-istampa fuq żviluppi monetarji

Governanza tal-istatistika u qafas ta’ kwalità

Il-banek ċentrali nazzjonali Ewropej jagħtu importanza kbira lill-produzzjoni ta’ statistika ta’ kwalità għolja. Huma impenjati għal governanza tajba, jużaw standards ta’ kwalità għolja u jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni.

Governanza u qafas ta’ kwalità

Statistika dwar il-fondi tal-investiment

Aqra l-aħħar statistika dwar l-ammonti pendenti ta’ ishma jew unitajiet maħruġa minn fondi ta’ investiment, fondi nnegozjati fil-borża u fondi tas-suq tal-flus fiż-żona tal-euro.

Statistika dwar il-fondi tal-investiment

Esplora l-inflazzjoni taż-żona tal-euro b’mod interattiv

Kif titkejjel l-inflazzjoni u x’inhi d-differenza bejn l-inflazzjoni mkejla u l-inflazzjoni perċepita? Sib dejta paragunabbli u dejjem aġġornata dwar l-inflazzjoni b’viżwali interattivi u l-kalkulatur personali tiegħek dwar l-inflazzjoni, disponibbli fi 23 lingwa tal-UE.

Skopri iżjed

Skopri l-istatistiki taż-żona tal-euro

Agħti ħarsa lejn il-viżwalizzazzjonijiet u qabbel l-istatistiki ewlenin taż-żona tal-euro u l-istatistiki nazzjonali fuq il-websajt “Statistika taż-Żona tal-Euro” Hawnhekk, issib dejta ekonomika ewlenija f’format faċilment diġeribbli.

L-istatistiki huma disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE u huma faċli biex jiġu inkorporati fil-midja diġitali.

www.euro-area-statistics.org
SENSIELA DOKUMENTI DWAR L-ISTATISTIKA TAL-BĊE: TITWILA LEJN L-ISTATISTIKA
Is-Sensiela Dokumenti dwar l-Istatistika hija mezz biex studjużi tal-istatistika, ekonomisti u professjonisti oħra jippubblikaw xogħol innovattiv fl-istatistika u li jkun ta’ interess għall-banek ċentrali.

Itlob informazzjoni statistika mill-BĊE

Qed tfittex għal statistika speċifika tal-BĊE? Aħna nsegwu politika ta’ aċċess b’xejn u użu mill-ġdid bla ħlas għall-istatistiċi pubblikati tagħna. Ibgħatilna talba li tispeċifika dak li int interessat fih u aħna nirrisponduk malajr kemm jista’ jkun.

M’INTIX ESPERT? IĊĊEKKJA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
TGĦALLEM IŻJED
Għaliex l-istatistika hi importanti?

Il-paġni kollha f’din it-taqsima