Superstiti: Uċuh tal-Ħajja wara l-Olokawst
Bħala parti mill-avvenimenti li jfakkru l-Jum Internazzjonali tat-Tifkira tal-Olokawst, mid-29 ta’ Jannar sas-26 ta’ Frar 2025, il-Bank Ċentrali Ewropew ospita wirja ta’ Martin Schoeller li tqanqal lil dak li jkun u kommoventi ħafna tas-superstiti tal-Olokawst.
Aqra l-istqarrija għall-istampa relatataNiftakru fl-Olokawst
Kull sena, fil-bini ewlieni tagħna, nonoraw il-memorja tal-vittmi tal-Olokawst, inkluż l-irġiel, nisa u tfal Lhud li ġew deportati mill-Grossmarkthalle ta’ Frankfurt – parti mis-sit ta’ fejn issa naħdmu aħna.
Agħtu titwila lejn ir-ritratti mill-avveniment kommemorattiv ta’ din is-senaTitwila lejn il-wirja
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Maurice Gluck
“Tinsiex, iżda pprova aħfer. F’din id-dinja, hemm nies tajbin u nies ħżiena. Ipprova sib it-tajbin.”
Ester Hurwitz
“Bħala superstiti, ippruvajna nrabbu lit-tfal tagħna mingħajr il-piż tal-passat orribbli tagħna. Tlifna lill-familji tagħna u ma ridniex nittrawmatizzaw lit-tfal tagħna, ridnihom jikbru f’dinja differenti, dinja fejn l-Olokawst ma setax jeżisti aktar.”
Haim Roet
“Irridu nagħmlu ħilitna biex ngħinu lill-oħrajn. “Qatt iżjed” tirreferi mhux biss għal-Lhud iżda wkoll għall-umanità inġenerali.”