Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Muniti kommemorattivi ta' €2 – 2018

Id-deskrizzjonijiet li jidhru f’din il-paġna ttieħdu minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għalhekk għandhom mnejn ivarjaw xi ftit minn materjal ieħor pubblikat f’din il-websajt.

Andorra

Tema: Is-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet Umani

Deskrizzjoni: Id-disinn tal-munita juri seba’ turġien (li jirrappreżentaw is-seba' parroċċi jew diviżjonijiet amministrattivi ta’ Andorra) f'għamla ta' muntanji li jwasslu għall-wied, fejn hemm l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ 'ANDORRA' u s-sena tal-ħruġ '2018' . Dawn it-turġien huma, fl-istess ħin, il-fergħat ta’ siġra li jissimbolizzaw lill-umanità, li Andorra hija parti integrali minnhom. 30 werqa joħorġu mill-fergħat ta’ din is-siġra li jirrappreżentaw it-30 artikolu tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem. L-iskrizzjoni Katalana '70 ANYS DE LA DECLARACIÓ UNIVERSAL DELS DRETS HUMANS’ (70 sena tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem) iddawwar id-disinn u ssaħħaħ dan l-avveniment kommemorattiv. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 75 000 munita

Volum tal-ħruġ: Novembru 2018

Malta

Tema: Wirt Kulturali

Deskrizzjoni: Id-disinn inħoloq minn student tal-iskola u juri varjetà ta’ temi intrinsiċi għall-wirt Malti inkluż: allużjoni għat-tempji preistoriċi, li huma l-eqdem strutturi permanenti fid-dinja, koppla tal-knisja u kampnar, li hija karatteristika tax-xefaq tal-bliet u l-irħula Maltin u rappreżentazzjoni ta’ dgħajsa tradizzjonali Maltija li ttajjar bandiera Maltija. L-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “Malta” qiegħed fuq in-naħa ta’ fuq taċ-ċirku ta’ ġewwa u s-sena “2018” fuq in-naħa ta’ isfel. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 320 000 munita

Volum tal-ħruġ: Novembru 2018

Il-Finlandja

Tema: Il-kultura tas-sawna Finlandiża

Deskrizzjoni: Id-disinn juri pajsaġġ Finlandiż li għandu sawna tipika Finlandiża ma’ lag fiċ-ċentru. Is-sena tal-ħruġ “2018” tinsab fiċ-ċentru fin-naħa ta’ isfel. L-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ ‘FI’ tinsab fiċ-ċentru fuq ix-xellug u l-marka taz-zekka tinsab fiċ-ċentru fuq il-lemin. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita

Volum tal-ħruġ: Ottubru 2018

Il-Belġju

Tema: Il-50 anniversarju tas-satellita ESRO 2B

Deskrizzjoni: Id-disinn juri s-satellita ESRO 2B, l-ewwel satellita ta’ suċċess tal-Organizzazzjoni Ewropea għar-Riċerka Spazjali u mtella f'Mejju 1968, iddur madwar id-dinja. L-ESRO 2B, imsejjaħ mill-ġdid ukoll bħala 'IRIS' (Satellita Internazzjonali għall-Investigazzjoni tar-Radjazzjoni) ladarba f'orbita, kienet ikkonċentrata fuq raġġi X solari, radjazzjoni kożmika u ċ-ċrieki ta’ radjazzjoni madwar id-dinja. Il-marka taz-zekka ta’ Utrecht (il-bakketta ta’ Merkurju) tinsab fuq il-qiegħ flimkien mal-marka ewlenija taz-zekka Belġjana, l-istemma tal-muniċipalità ta’ Herzele, il-kodiċi tal-pajjiż BE u l-inizjali LL li jirreferu għad-disinjatur tal-munita, is-Sur Luc Luycx . Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 260 000 munita

Volum tal-ħruġ: Ottubru 2018

Il-Vatikan

Tema: Il-50 anniversarju tal-mewt ta’ Padre Pio

Deskrizzjoni: Id-disinn juri l-profil tal-lemin ta’ ritratt ta' Padre Pio. Fil-parti ta’ fuq, mix-xellug għal-lemin, f'nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ "CITTÀ DEL VATICANO". Fin-naħa ta’ isfel hemm l-iskrizzjoni “Padre Pio” u fuq il-lemin tagħha il-marka taz-zekka “R”. Fuq in-naħa tax-xellug tad-disinn hemm is-sena "1968" u fuq il-lemin hemm is-sena tal-ħruġ "2018". Fuq in-naħa ta' isfel fuq ix-xellg hemm l-isem tal-artista "P. DANIELE". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 101 000 munita

Volum tal-ħruġ: Ottubru 2018

Il-Greċja

Tema: Kostis Palamas – 75 sena in memoriam

Deskrizzjoni: Id-disinn juri ritratt tal-poeta Grieg Kostis Palamas (1859-1943). Fl-iskrizzjoni fuq it-tarf ta' ġewwa fuq ix-xellug hemm il-kliem “REPUBBLIKA ELLENIKA” u l-isem “KOSTIS PALAMAS” (bil-Grieg). Iskritta wkoll hija palmette (il-marka taz-zekka tas-Zekka Griega) u s-sena tal-ħruġ “2018”. Fuq in-naħa ta’ isfel fuq il-lemin tidher il-monogramma tal-artist (George Stamatopoulos). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 750 000 munita

Volum tal-ħruġ: Ottubru 2018

Il-Greċja

Tema: 70 sena mill-unjoni tad-Dodecanese

Deskrizzjoni: Id-disinn fih fil-parti ċentrali tiegħu warda, l-emblema ta’ Rodi, ispirata minn munita maħruġa mill-belt antika ta’ Rodi, waħda mill-aktar muniti karatteristiċi tad-Dodekaniż, b’mewġ stilizzat ħiereġ miċ-ċentru ’l barra. Immarkat tul ix-xifer tan-naħa ta' ġewwa hemm il-kliem "1948-2018 L-UNJONI TAD-DODECANIŻ MAL-GREĊJA" u "REPUBBLIKA ELLENIKA" (bil-Grieg). Fu ix-xellug tidher ukoll il-palmette (il-marka taz-zekka tas-zekka Griega) u, fuq il-lemin, il-monogamma tal-artist (George Stamatopoulos). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 750 000 munita

Volum tal-ħruġ: Ottubru 2018

Il-Latvja

Tema: Zemgale

Deskrizzjoni: Id-disinn jikkonsisti mill-istemma araldika tar-reġjun ta' Zemgale. Fin-naħa ta' fuq hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita "LATVIJA" u fin-naħa t'isfel hemm l-iskrizzjoni “ZEMGALE”. Fuq in-naħa tal-lemin hemm is-sena tal-ħruġ “2018”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 512 000 munita

Volum tal-ħruġ: Settembru 2018

Il-Lussemburgu

Tema: Il-175 anniversarju tal-mewt tal-Gran Duka Guillaume I

Deskrizzjoni: Id-disinn juri fuq in-naħa tal-lemin ix-xbiha tal-Majestà Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri, iħares lejn ix-xellug u fuq ix-xellug ix-xbiha tal-Majestà Rjali Tiegħu il-Gran Duka Guillaume I. Bejn iż-żewġ xbihat jidhru vertikalment id-dati tas-snin “1772-1843” kif ukoll l-isem “Guillaume Ier’”. Fil-qiegħ jidher it-test "IL-LUSSEMBURGU" u d-data tas-sena "2018". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 500,000 munita

Volum tal-ħruġ: Settembru 2018

San Marino

Tema: L-420 anniversarju tat-twelid ta’ Gian Lorenzo Bernini

Deskrizzjoni: iċ-ċentru tal-munita għandu dettall mill-iskultura ta’ Bernini “Bust ta’ Costanza Bonarelli”, u d-dati “1598-2018”; fit-tarf, fuq ix-xellug hemm l-iskrizzjoni "SAN MARINO", fuq il-lemin il-iskrizzjoni "BERNINI", l-ittra "R" li tidentifika z-zekka ta’ Ruma u l-inizjali tal-artist Annalisa Masini “A.M.”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 60 500 munita

Volum tal-ħruġ: Settembru 2018

Malta

Tema: Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO — Tempji tal-Imnajdra

Deskrizzjoni: Deskrizzjoni:Id-disinn juri t-tempji preistoriċi Maltin tal-Imnajdra, Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-Imnajdra hija sit preistoriku li jikkonsisti minn tliet tempji maqgħuda madwar bitħa ovali esterna. Dan jinsab fuq il-kosta tan-Nofsinhar ta' Malta, madwar 500 metru 'l bogħod minn Ħagar Qim. L-Imnajdra l-iktar li hija magħrufa għall-allinjamenti astronomiċi u t-tempju ta' Nofsinhar jidher li nbena biex jindika tlugħ ix-xemx fuq l-ekwinozju u s-solstizju. L-eqdem partijiet ta' dan il-kumpless jmorru lura għal madwar 3 600-3 200 Q.K. Fin-naħa ta’ fuq lejn il-lemin jidhru l-iskrizzjonijiet "MNAJDRA", "TEMPLES" u s-snin "3 600-3 200 Q.K." waħda taħt l-oħra. Fuq in-naħa ta' isfel fuq ix-xellug hemm l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ "MALTA" u taħt hemm is-sena tal-ħruġ "2018". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 320 000 munita

Volum tal-ħruġ: Lulju 2018

Il-Portugall

Tema: 250 sena tal-Ġnien Botaniku ta’ Ajuda ("Jardim Botânico da Ajuda")

Deskrizzjoni: Id-disinn juri siġra Dracaena antika li tinsab fil-bini tal-Garden ta’ Ajuda u hija simbolu tal-ġnien. Il-Ġnien Botaniku ta’ Ajuda huwa Unità ta' Appoġġ Teknoloġiku tal-Università tal-Agronomija. Għandu rwol ta’ infrastruttura għall-edukazzjoni u r-riċerka imma huwa miftuħ għall-pubbliku wkoll. Kien l-ewwel ġnien botaniku fil-Portugall ipproġettat biex jippreserva, jistudja u jiġbor l-aktar speċijiet possibbli numerużi mid-dinja tal-pjanti. Fuq in-naħa ta’ fuq tad-disinn, mix-xellug għal-lemin, f’nofs ċirku, hemm il-kitba "250 ANOS JARDIM BOTÂNICO DA AJUDA". Fil-qiegħ, mix-xellug għal-lemin, f'nofs ċirku, hemm il-kitba "IL-PORTUGALL 2018". Dritt taħt l-immaġni tas-siġra, fuq in-naħa tax-xellug, hemm l-inizjali tal-artist "J. FAZENDA” u fuq il-lemin il-marka taz-zekka “INCM”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 520 000 munita

Volum tal-ħruġ: Lulju 2018

Monako

Tema: François Joseph Bosio

Deskrizzjoni: Id-disinn juri lis-sur BOSIO u statwa bħala x-xbiha fl-isfond. L-iskrizzjoni “MONACO” tinsab fuq in-naħa ta’ fuq tax-xbiha f'nofs ċirku. Fuq in-naħa ta’ isfel, f’nofs ċirku wkoll, hemm żewġ iskrizzjonijiet: “FRANÇOIS-JOSEPH BOSIO” u taħt “1768 – SCULPTEUR - 2018”. Fuq in-naħat tax-xellug u tal-lemin ta’ dawn iż-żewġ iskrizzjonijiet, hemm il-marka taz-zekka u l-marka prinċipali taż-żekka. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 16 000 munita

Volum tal-ħruġ: Ġunju 2018

Il-Portugall

Tema: 250 sena tal-Istamperija Uffiċjali (“Imprensa Nacional”)

Deskrizzjoni: Id-disinn juri l-iskrizzjoni “1768-2018 IMPRENSA NAZZAL DUZENTOS E CINQUENTA 250 ANOS PORTUGAL MMXVIII” bħallikieku l-ittri u n-numri kienu kotba murija f'librerija. Fiċ-ċirku ta’ ġewwa hemm l-isem tal-artist “Eduardo Aires” fuq in-naħa tax-xellug u l-marka taz-zekka “INCM” fuq il-lemin. L-Istamperija Uffiċjali hija responsabbli mill-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali Portugiż li fih l-attività leġiżlattiva kollha tal-pajjiż, kotba tal-ogħla rilevanza kulturali, u attivitajiet kulturali oħra. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 520 000 munita

Volum tal-ħruġ: Mejju 2018

Il-Belġju

Tema: Il-50 anniversarju tal-ġrajjiet ta' Mejju 1968 fil-Belġju

Deskrizzjoni:Id-disinn jirrappreżenta lill-istudenti b'fuljett u bandiera f'idejhom u jirreferi għal dimostrazzjonijiet tal-istudenti li saru fil-Belġju b'konnessjoni mal-bidliet soċjokulturali ta' Mejju 1968. Kien avveniment nazzjonali importanti li fforma l-politika nazzjonali tal-Belġju u influwenza r-riformi sussegwenti tal-Gvern; għaddew 50 sena. Il-marka taz-zekka ta' Utrecht (il-bastun tal-Merkurju) jinsab fuq ix-xellug flimkien mal-marka taż-żekka ewlenija Belġjana (l-arma tal-muniċipalità ta' Herzele). Il-marka tas-sena 2018 u l-kodiċi tal-pajjiż BE jinsabu fuq ix-xellug ukoll, bħall-inizjali LL tad-disinjatur tal-munita, is-sur Luc Luycx. Awditorju jidher fuq id-dahar, li hija referenza għall-istudenti. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 260 000 munita

Volum tal-ħruġ: Mejju/Ġunju 2018

Franza

Tema: Simone Veil

Deskrizzjoni: Id-disinn juri ritratt ta' Simon Veil, ikona fil-ġlieda tad-drittijiet tan-nisa. Simone Veil, imwielda Jacob, ħallietna f'Ġunju 2017 fl-età ta' 89. Wara li rnexxielha tibqa' ħajja wara d-deportazzjoni f'Auschwitz, saret waħda mill-atturi l-iktar importanti fil-bini tal-Ewropa. Ġiet eletta l-ewwel president tal-Parlament Ewropew mill-1979 sal-1982. Hija tissimbolizza d-depenalizzazzjoni tal-abort li ssieltet għaliha bil-liġi b'isimha vvotata fl-1975. Fl-2008, hija ġiet eletta fl-Akkademja Franċiża. Ir-reġistrazzjoni tad-deportazzjoni tagħha tidher fuq il-kullar tagħha. L-isfond juri l-Parlament Ewropew li fuqu hemm imnaqqxin isimha, dati ewlenin, indikazzjoni tal-pajjiż "RF", is-sena tal-ħruġ "2018" u l-marka taż-żekka. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 15 miljun munita

Volum tal-ħruġ: Mejju/Ġunju 2018

Il-Vatikan

Tema: Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali — il-grupp Laocoön

Deskrizzjoni: Id-disinn juri l-Istatwa ta' Laocoön u s-Subien Tiegħu, imsejħa wkoll il-Grupp Laocoön, xogħol fundamentali ta' skultura dinjija, fondamentali għall-Mużewijiet tal-Vatikan. Fiċ-ċentru n-naħa ta' isfel, l-iskrizzjoni tal-pajjiż emittenti "Città del VATICANO" Mix-xellug għal-lemin, f'nofs ċirku, l-iskrizzjoni "ANNO EUROPEO DEL PATRIMONIO CULTURALE". Fuq in-naħa ta' fuq fil-lemin is-sena tal-ħruġ "2018" u l-marka taż-żekka "R". Fuq in-naħa ta' isfel fuq il-lemin l-isem tal-artista "D. LONGO". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 101 000 munita

Volum tal-ħruġ: Mejju 2018

San Marino

Tema: Il-500 anniversarju tat-twelid ta’ Tintoretto

Deskrizzjoni: Fiċ-ċentru tal-munita hemm dettall mill-pittura ta' Tintoretti 'Il-Viżitazzjoni' (it-tħaddina bejn il-Verġni Marija u Eliżabetta) u d-dati ‘1518-2018’; fix-xifer: ‘SAN MARINO’ miktuba fuq, u ‘Tintoretto’ taħt; fuq ix-xellug hemm l-inizjali tal-artista Luciana de Simoni ‘LDS’ u l-ittra ‘R’ taz-Zekka ta' Ruma. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 60 500 munita

Volum tal-ħruġ: April 2018

Il-Finlandja

Tema: Il-pajsaġġ nazzjonali Finlandiż Koli

Deskrizzjoni: Id-disinn fih tpinġija mill-quċċata tal-pajsaġġ nazzjonali Finlandiż Koli. Is-sena tal-ħruġ ‘2018’ tinsab fiċ-ċentru fin-naħa t'isfel. L-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ ‘FI’ tinsab fiċ-ċentru fuq ix-xellug u l-marka taz-zekka tinsab fiċ-ċentru fuq il-lemin. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita

Volum tal-ħruġ: April 2018

Il-Litwanja

Tema: Ċelebrazzjoni ta' Kant u Żfin Litwan (imniżżla fil-Lista Rappreżentattiva tal-Unesco tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Umanità)

Deskrizzjoni: Id-disinn jikkonsisti minn figuri stilizzati ta' nies u għasafar, tipiċi ta' wieħed mill-ġeneri tal-arti folkloristika Litwana - il-qtugħ tal-karti, simboliku ta' żfin u kant folkloristiku. L-iskrizzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ ‘LIETUVA’ tinsab fiċ-ċentru fin-naħa t'isfel, is-sena tal-ħruġ ‘2018’ tinsab fuq ix-xellug u l-marka taz-Zekka Litwana tinsab fuq il-lemin. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 500,000 munita

Volum tal-ħruġ: April 2018

Is-Slovenja

Tema: Slovenja Jum Dinji tan-Naħal

Deskrizzjoni: Fin-nofs taċ-ċirku intern tal-munita hemm ix-xbieha ta' xehda tal-għasel fil-forma ta' globu, fejn jidher l-emisferu tal-Lvant. Madwar ix-xehda tal-għasel fuq ix-xellug fin-naħa ta' fuq hemm l-iskrizzjoni ‘SVETOVNI DAN ČEBEL’, u fuq il-lemin fin-naħa t'isfel hemm l-iskrizzjoni ‘SLOVENIJA 2018’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita

Data tal- ħruġ April 2018

L-Italja

Tema: Is-60 Anniversarju tat-twaqqif tal-Ministeru tas-Saħħa Taljan

Deskrizzjoni: Id-disinn jikkonsisti minn rappreżentazzjoni allegorika tas-Saħħa b'xi simboli tal-attivitajiet tal-Ministeru: Ambjent, Riċerka, Nutrizzjoni u Mediċina. Fuq ix-xellug hemm il-logo ‘RI’, akronimu tar-Repubblika Taljana; fuq hemm il-marka taz-Zekka ta' Ruma ‘R’; fin-naħa t'isfel tal-figura ta' mara hemm l-inizjali tal-awtriċi Silvia Petrassi. Mix-xellug għal-lemin, f'nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni ‘MINISTERO DELLA SALUTE’ u d-dati ‘1958-2018’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 3 miljun munita

Data tal-ħruġ Marzu 2018

Spanja

Tema: Il-50 anniversarju tar-Re FELIPE VI

Deskrizzjoni: Id-disinn hu riproduzzjoni tal-istemma araldika tar-Re FELIPE VI Fuq in-naħa tax-xellug, f’nofs ċirku, hemm il-kelma ‘ESPAÑA’ u taħt hemm is-sena tal-ħruġ 2018. Fin-naħa t'isfel fuq il-lemin, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni ‘50 ANIVERSARIO DE S.M. FELIPE VI’. Il-marka taz-zekka tinsab fuq il-lemin fin-naħa ta' fuq. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 400 000 munita

Data tal-ħruġ: Frar 2018

Spanja

Tema: Is-Siti tal-Wirt Kulturali u Naturali Dinji tal-UNESCO – Santiago

Deskrizzjoni: Il-Belt ta' Santiago de Compostela ġiet iddikjarata Wirt Kulturali Dinji mill-UNESCO fl-1985, b’kunsiderazzjoni għas-sbuħija urbana u għall-integrità monumentali tagħha, flimkien mas-sinifikat spiritwali u kulturali tal-belt li jidwi mill-epoka tal-Medju Evu: il-Pellegrinaġġ tal-Camino de Santiago.
Il-Camino de Santiago (Il-Mixja ta' San Ġakbu) hu netwerk kbir ta’ rotot antiki ta’ pellegrinaġġi li jestendu fl-Ewropa kollha u jiltaqgħu fejn il-qabar ta’ San Ġakbu f’Santiago de Compostela fil-Majjistral ta’ Spanja.
Id-disinn jirriproduċi l-iskultura ta’ Santiago bħala figura fiċ-ċentru tal-Puerta Santa tal-Katidral ta’ Santiago de Compostela. Fuq in-naħa tax-xellug, f’nofs ċirku, hemm il-kelma “ESPAÑA”, fil-parti ta’ isfel fuq in-naħa tax-xellug hemm is-sena tal-ħruġ “2018”, u taħt hemm il-marka taz-zekka.
Fiċ-ċirku ta' barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 300 000 munita

Data tal-ħruġ: Frar 2018

Andorra

Tema: il-25 anniversarju tal-Kostituzzjoni Andorran

Deskrizzjoni: Id-disinn juri l-"Monument lill-Irġiel u n-Nisa ta' Andorra li nedew il-Kostituzzjoni", li tinsab fil-pjazza Consell Ġenerali (il-Parlament Andorran). Dan il-monument juri s-siluwett ta' raġel u mara u jfakkar ir-rieda espressa miċ-ċittadini Andorrani, fir-referendum li sar fl-14 ta' Marzu 1993, biex isir stat kostituzzjonali, demokratiku u soċjali, kif espress fl-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Fuq il-lemin tal-monument hemm il-mappa ta' Andorra bil-kitba Latina "VIRTVS VNITA FORTIOR" (virtù magħquda hija aktar b'saħħitha) ġewwa, li huwa l-motto statali tal-Prinċipat ta' Andorra. Madwar id-disinn hemm l-iskrizzjonijiet "25 è ANIVERSARI DE LA CONSTITUCIÓ 1993-2018" (il-25 anniversarju tal-Kostituzzjoni 1993-2018) u l-isem tal-pajjiż "ANDORRA". Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 75 000 munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2018

Il-Litwanja

Tema: Fl-2018 l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja ħarġu flimkien munita kommemorattiva tal-euro b’disinn komuni, biex jiċċelebraw it-twaqqif tal-Istati tal-Estonja u l-Latvja, u t-twaqqif mill-ġdid tal-Istat tal-Litwanja.

Deskrizzjoni: It-tliet Stati Baltiċi huma rappreżentati simbolikament bħala malja. Il-pajjiżi huma magħqudin permezz tal-istorja tagħhom: imgħoddi, preżent u futur komuni. Fid-disinn hemm numru stilizzat li jirrappreżenta l-100 anniversarju, kif ukoll is-simboli araldiċi tat-tliet Stati. Fuq ix-xellug hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita, ‘LIETUVA’, u l-marka taz-zekka u fuq il-lemin hemm is-sena tal-ħruġ ‘2018’ u l-marka tad-disinjatur ‘JP’. Id-disinn intgħażel permezz ta’ votazzjoni pubblika fit-tliet pajjiżi Baltiċi. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2018

Il-Latvja

Tema: Fl-2018 l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja ħarġu flimkien munita kommemorattiva tal-euro b’disinn komuni, biex jiċċelebraw it-twaqqif tal-Istati tal-Estonja u l-Latvja, u t-twaqqif mill-ġdid tal-Istat tal-Litwanja.

Deskrizzjoni: It-tliet Stati Baltiċi huma rappreżentati simbolikament bħala malja. Il-pajjiżi huma magħqudin permezz tal-istorja tagħhom: imgħoddi, preżent u futur komuni. Fid-disinn hemm numru stilizzat li jirrappreżenta l-100 anniversarju, kif ukoll is-simboli araldiċi tat-tliet Stati. Fuq ix-xellug hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita, ‘LATVIJA’, u fuq il-lemin hemm is-sena tal-ħruġ ‘2018’. Id-disinn intgħażel permezz ta’ votazzjoni pubblika fit-tliet pajjiżi Baltiċi. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 512 000 munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2018

L-Estonja

Tema: Fl-2018 l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja ħarġu flimkien munita kommemorattiva tal-euro b’disinn komuni, biex jiċċelebraw it-twaqqif tal-Istati tal-Estonja u l-Latvja, u t-twaqqif mill-ġdid tal-Istat tal-Litwanja.

Deskrizzjoni: It-tliet Stati Baltiċi huma rappreżentati simbolikament bħala malja. Il-pajjiżi huma magħqudin permezz tal-istorja tagħhom: imgħoddi, preżent u futur komuni. Fid-disinn hemm numru stilizzat li jirrappreżenta l-100 anniversarju, kif ukoll is-simboli araldiċi tat-tliet Stati. Fuq ix-xellug hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita, ‘LATVIJA’, u fuq il-lemin hemm is-sena tal-ħruġ ‘2018’. Id-disinn intgħażel permezz ta’ votazzjoni pubblika fit-tliet pajjiżi Baltiċi. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 500,000 munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2018

L-Estonja

Tema: Iċ-ċentinarju tal-indipendenza tal-Estonja

Deskrizzjoni: Id-disinn juri simultanjament in-numri 18 u 100, li jissimbolizzaw il-ħin meta l-Estonja saret pajjiż indipendenti u barra minn hekk jirriflettu l-aħħar mitt sena. Fuq il-lemin fin-naħa t'isfel hemm il-kitba ‘SADA AASTAT EESTI VABARIIKI’ u ħdejha hemm l-isem tal-pajjiż ‘EESTI’ u s-sena tal-ħruġ ‘2018’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2018

Il-Ġermanja

Tema: Il-100 anniversarju tat-twelid tal-politiku Ġermaniż kbir u Kanċillier Helmut Schmidt (1918-2015)

Deskrizzjoni: Fid-disinn jidher Helmut Schmidt f'poża karatteristika hekk kif jibda jitkellem mal-interlokutur tiegħu. F'nofs ċirku fuq il-lemin fin-naħa ta' fuq hemm l-iskrizzjoni ‘HELMUT SCHMIDT’ u fuq il-lemin hemm is-snin ‘1918-2015’. Il-marka taz-zekka rispettiva tidher taħt is-snin. Fin-naħa tax-xellug hemm il-kodiċi tal-pajjiż li ħareġ il-munita ‘D’ u taħt hemm is-sena tal-ħruġ ‘2018’. Fin-naħa t'isfel hemm l-inizjali tal-artist. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 30 miljun munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2018

Franza

Tema: Wardet il-qamħ (Bleuet de France)

Deskrizzjoni: Għal 100 sena, wardet il-qamħ (Bleuet de France) kienet il-fjura li tissimbolizza l-memorja u s-solidarjetà fi Franza. L-idea nibtet mir-rieda li tingħata għajnuna lill-veterani midruba tal-Ewwel Gwerra Dinjija, iżda malajr ġiet adottata min-nazzjon Franċiż kollu bħala simbolu ta' gratitudni għas-sagrifiċċji li kienu għamlu s-suldati biex jiddefendu ’l pajjiżhom u l-ideali tagħhom.
Illum, bħal fl-imgħoddi, wardet il-qamħ għadha tipprovdi appoġġ morali u finanzjarju lill-veterani u lill-vittmi tal-gwerer imgħoddija u preżenti u lill-vittmi tat-terroriżmu.
Tgħin ukoll biex tgħaddi liż-żgħażagħ standards u valuri bħalma huma r-rispett, il-paċi u t-tolleranza. Din il-fjura tal-memorja tagħti ġieħ lil dawk kollha li ġġieldu u li għadhom jiġġieldu sal-lum għal-libertà tagħna.
Il-karatteristika tad-disinn hi wardet il-qamħ li tinsab fiċ-ċentru tal-munita. Madwarha hemm il-kliem ‘Le Bleuet de France, fleur de mémoire et de solidarité’ (Bleuet of France, fjura tal-memorja u s-solidarjetà). Id-dati ‘1918-2018’ kif ukoll l-ittri RF République Française (Repubblika Franċiża) u l-marki taz-zekka huma inklużi wkoll fid-disinn.
Fiċ-ċirku ta' barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 15 miljun munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2018

L-Italja

Tema: Is-70 anniversarju tad-Dħul fis-Seħħ tal-Kostituzzjoni Taljana

Deskrizzjoni: Enrico De Nicola, Kap provviżorju tal-Istat, jiffirma l-att tal-promulgazzjoni tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Taljana fis-27 ta' Diċembru, 1947; fuq il-lemin tiegħu, il-Kap tal-Gvern Alcide De Gasperi, fuq ix-xellug, Umberto Terracini, President tal-Assemblea Kostitwenti Taljana. Fin-naħa ta' fuq, l-iskrizzjoni ‘COSTITUZIONE’ u l-monogramm tar-Repubblika Taljana ‘RI’; taħt hemm l-iskrizzjoni ‘CON SICURA COSCIENZA’, ‘R’, il-marka taz-Zekka ta' Ruma, u d-dati ‘1948 • 2018’, rispettivament, is-sena tad-dħul fis-seħħ tal-Kostituzzjoni Taljana u s-sena tal-ħruġ tal-munita. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 4 miljun munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2018

Is-Slovakkja

Tema: Il-25 anniversarju tat-twaqqif tar-Repubblika Slovakka

Deskrizzjoni: Id-disinn hu simbolu tad-dħul tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea u żona tal-euro li jikkonsisti minn portal stilizzat bħal arka fuq il-mappa tas-Slovakkja u fuq is-simbolu tal-euro li madwarhom hemm l-istilel tal-Unjoni Ewropea, xi wħud minnhom mgħottijin mill-mappa. L-istemma araldika Slovakka tinsab fuq ix-xellug tad-disinn. Fin-naħa t'isfel fuq ix-xellug, f'nofs ċirku hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita ‘SLOVENSKÁ REPUBLIKA’. Id-data tat-twaqqif tal-pajjiż ‘1.1.1993’ u s-sena tal-ħruġ ‘2018’ jinsabu, waħda fuq l-oħra, taħt in-naħa tal-lemin tal-mappa. Bejn il-mappa u d-data hemm il-marka taz-Zekka Kremnica (Mincovňa Kremnica), li tikkonsisti mill-inizjali ‘MK’ li jinsabu bejn żewġ forom, u l-ittri stilizzati ‘PK’, l-inizjali tad-disinjatur, Pavel Károly. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2018

Il-Lussemburgu

Tema: Il-150 anniversarju tal-Kostituzzjoni tal-Lussemburgu

Deskrizzjoni: Fin-naħa tax-xellug tad-disinn hemm ix-xbieha tal-Altezza Rjali Tiegħu l-Gran Duka Henri, li tħares lejn il-lemin. Fin-naħa tal-lemin tad-disinn hemm is-snin-data ‘1868-2018’ kif ukoll it-test ‘150 ans’. Taħt ix-xbiha tal-Gran Duka hemm it-test ‘Constitution du Grand-Duché de Luxembourg’ u dehra laterali ta' ktejjeb miftuħ. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 500,000 munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2018

Il-Ġermanja

Tema: Berlin (sensiela “Stati Federali” (Bundesländer))

Deskrizzjoni: Id-disinn juri l-bini prinċipali tal-Palazz Charlottenburg min-naħa tal-Cour d’Honneur. Il-parti ta’ ġewwa fiha wkoll l-isem “BERLIN” u l-marka taz-zekka rispettiva ("A", "D", "F", "G" jew "J") fuq in-naħa ta’ isfel, il-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż tal-ħruġ "D" lemin fin-naħa ta’ fuq, is-sena "2018" xellug fuq in-naħa ta’ fuq u l-marka tal-inċiżur xellug fuq in-naħa ta’ isfel. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 30 miljun munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2018

L-Awstrija

Tema: 100 sena tar-Repubblika Awstrijaka

Deskrizzjoni: Fid-disinn tidher l-istatwa ta' Pallas Athena quddiem il-bini ta' stil Grieg tal-Parlament Awstrijak fi Vjenna. L-alla mara tal-għerf isservi bħala simbolu tal-parlamentariżmu Awstrijak u hi simbolu ta' għarfien, raġuni u talent strateġiku. Fuq in-naħa tax-xellug hemm is-sena ‘2018’ u taħt hemm it-test ‘100 JAHRE’ (100 SENA). It-test ‘REPUBLIK ÖSTERREICH’ (REPUBBLIKA AWSTRIJAKA) hu miktub fin-naħa t'isfel fuq il-lemin f'forma ta' nofs ċirku. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 18 100 100 munita

Data tal-ħruġ: Diċembru 2017