Pubblikazzjoni tar-rapport tal-Qorti Ewropea ta' l-awdituri dwar l-effiċjenza operattiva tat-tmexxija tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2004 u t-tweġiba tal-BĊE
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ippubblika fuq il-websajt tiegħu r-rapport imħejji mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri dwar l-effiċjenza operattiva tat-tmexxija tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġiba tal-BĊE. Ir-rapport tal-Qorti ġie mħejji skond l-Artikolu 27.2 ta’ l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Ir-rapport se jiġi ppubblikat ukoll, flimkien mat-tweġiba tal-BĊE, fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u jinsab fil-websajt tal-BĊE (http://www.ecb.europa.eu) fit-taqsima “Il-Bank Ċentrali Ewropew”, “Organizzazzjoni”, “Governanza korporattiva”.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja