Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Ħruġ ta' sejħa pubblika għal offerti għal kuntrattur ġenerali għall-kostruzzjoni tal-bini l-ġdid tal-BĊE

10 ta' Lulju 2007

F’Awwissu 2007, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) sejjer joħroġ sejħa pubblika għal offerti fuq livell internazzjonali għal kuntrattur ġenerali għall-kostruzzjoni tal-bini l-ġdid tiegħu. L-avviż tal-kuntratt sejjer jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq il-website tal-BĊE.

Il-BĊE sejjer jibni l-bini l-ġdid tiegħu fis-sit ta’ dak li qabel kien is-suq bl-imnut f’żona li tinsab fil-lvant ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja, ibbażat fuq id-disinn ta’ l-uffiċċju arkitettoniku Vjenniż COOP HIMMELB(L)AU. Il-bini l-ġdid sejjer jinkludi bini għoli madwar 180 metru, l-eks suq bl-imnut ( Großmarkthalle), bini sekondarju ieħor u sit landscaped.

Ix-xogħol prinċipali tal-kostruzzjoni se jibda f’Ottubru 2008 u huwa ppjanat li xogħol jintemm qabel l-2011.

Ix-xogħol u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti mill-kuntrattur ġenerali sejrin jikkonsistu b’mod ewlieni mix-xogħol ta’ kostruzzjoni u twaħħil, iżda sejrin jinkludu wkoll servizzi ta’ ppjanar u ta’ amministrazzjoni.

Aktar informazzjoni dwar is-sejħa għall-offerti li ġejja għall-bini l-ġdid tal-BĊE tista’ tinkiseb mill-indirizzi ta’ l-internet li ġejjin: http://ted.europa.eu (fittex għal: T070), www.ecb.europa.eu/ecb/jobsproc/proc/tenders, www.new-ecb-premises.com.

Informazzjoni aktar dettaljata dwar id-disinn tal-bini l-ġdid tista’ tinkiseb minn www.ecb.europa.eu/ecb/premises u www.new-ecb-premises.com.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja