Pubblikazzjoni tar-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-effiċjenza operazzjonali tal-amministrazzjoni tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2006 u t-tweġiba tal-BĊE
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ippubblika r-rapport imħejji mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-effiċjenza operazzjonali tal-amministrazzjoni tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġiba tal-BĊE għal dan ir-rapport. Ir-rapport tal-Qorti tħejja skond l-Artikolu 27.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Ir-rapport ġie ppubblikat ukoll, flimkien mat-tweġiba tal-BĊE, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-data tal-4 ta’ Settembru u jinsab fil-websajt tal-BĊE.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja