- Mario Draghi se jippreżenta l-karta l-ġdida tal-€20 fl-24 ta’ Frar 2015
- Tista’ tara wħud mill-karatteristiċi ta’ sigurtà tal-karta l-ġdida, fosthom “it-tieqa bil-wiċċ” innovattiva, f’logħba onlajn
Il-karta l-ġdida tal-€20 se tiġi ppreżentata mill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi fil-bini l-ġdid tal-BĊE fl-24 ta’ Frar 2015. Sabiex jikber l-għarfien dwar erbgħa mill-karatteristiċi ta’ sigurtà tal-karta l-ġdida tal-flus, b’mod partikolari “it-tieqa bil-wiċċ” ġdida, il-BĊE qiegħed jiftaħ logħba onlajn bl-isem “Tetris® €20 ġdida”.
Jekk għalaqt 18-il sena u toqgħod f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea, tista’ tieħu sehem f’kompetizzjoni biex tirbaħ premju kommemorattiv tal-BĊE – karta ġdida tal-€10 magħluqa fi blokka tal-akriliku trasparenti. Il-kompetizzjoni se tagħlaq fil-11.59 p.m. CET tal-31 ta’ Marzu 2015. Il-logħba tinsab hawn http://game-20.new-euro-banknotes.eu/?slang=MT.
Għal tagħrif ieħor tista’ ċċempel lil William Lelieveldt (+49 69 1344 7316).
Tetris ® & © 1985~2015 Tetris Holding, użata bil-permess.