Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet tal-politika monetarja

24 ta’ Lulju 2025

Il-Kunsill Governattiv illum iddeċieda li ma jagħmilx tibdil fit-tliet rati ewlenin tal-imgħax tal-BĊE. Bħalissa, l-inflazzjoni tinsab fil-mira fuq perjodu ta’ żmien medju ta’ 2%. L-informazzjoni li qed tasal hija konformi bil-bosta mal-valutazzjoni preċedenti tal-Kunsill Governattiv tal-prospettiva tal-inflazzjoni. Il-pressjonijiet fuq il-prezzijiet domestiċi komplew jittaffu, bil-pagi jiżdiedu aktar bil-mod. Parzjalment tirrifletti t-tnaqqis fir-rati tal-imgħax fil-passat tal-Kunsill Governattiv, l-ekonomija s’issa ntweriet li hija reżiljenti b’mod ġenerali f’ambjent globali ta’ sfida. Fl-istess ħin, l-ambjent jibqa’ wieħed ta’ inċertezza straordinarja, b’mod speċjali minħabba tilwim kummerċjali.

Il-Kunsill Governattiv huwa ddeterminat li jiżgura li l-inflazzjoni tistabbilizza fil-mira ta’ 2% tiegħu fuq perjodu ta’ żmien medju. Se jibqa’ jsegwi dan l-approċċ ibbażat fuq id-data u laqgħa b’laqgħa sabiex jiddetermina l-pożizzjoni tal-politika monetarja xierqa. B’mod partikolari, id-deċiżjonijiet fuq ir-rata tal-imgħax tal-Kunsill Governattiv se jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni tiegħu tal-prospettiva tal-inflazzjoni fid-dawl tad-data ekonomika u finanzjarja li dieħla, id-dinamiċi tal-inflazzjoni sottostanti, u s-saħħa tat-trażmissjoni tal-politika monetarja. Il-Kunsill Governattiv mhuwiex qed jimpenja ruħu minn qabel f’xi direzzjoni partikolari fir-rigward tar-rati.

Rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE

Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu, l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u l-faċilità ta’ self marġinali se jibqgħu l-istess fil-livelli ta’ 2.00%, 2.15% u 2.40% rispettivament.

Il-programm ta’ xiri ta’ assi (APP) u l-programm ta’ xiri għall-emerġenza pandemika (PEPP)

Il-portafolli tal-APP u tal-PEPP qed jonqsu b’ritmu meqjus u prevedibbli, billi l-Eurosistema mhux qed tkompli tirrinvesti l-pagamenti prinċipali kollha mit-titoli li jimmaturaw.

***

Il-Kunsill Governattiv huwa lest sabiex jaġġusta l-istrumenti tiegħu kollha fi ħdan il-mandat tiegħu biex jiżgura li l-inflazzjoni tistabbilizza għall-mira tiegħu ta’ 2% fuq perjodu ta’ żmien medju u li jippreżerva l-funzjonament bla xkiel tat-trażmissjoni tal-politika monetarja. Barraminhekk, l-Istrument ta’ Protezzjoni tat-Trasmissjoni huwa disponibbli biex jiġġieled dinamiċi tas-suq mhux mixtieqa u li jgerrfxu s-suq, li joħolqu theddida serja għat-trasmissjoni tal-politika monetarja madwar il-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro, b’hekk il-Kunsill Governattiv ikun jista’ jagħti riżultati b’mod aktar effettiv fuq il-mandat tiegħu tal-istabbiltà tal-prezzijiet.

Il-President tal-BĊE se tikkummenta fuq il-kunsiderazzjonijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li tibda fit-14:45 CET illum.

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja