Franza
Kull denominazzjoni tal-munita Franċiża għandha disinn differenti. Hemm serje waħda ta’ muniti fiċ-ċirkolazzjoni għall-muniti ta’ 1, 2 u 5 ċenteżmi u żewġ serje għall-€1, €2 u għall-muniti tal-10, 20, u 50 ċenteżmu. Kollha huma validi bħala valuta legali.
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

€2
Id-disinn magħżul għall-ewwel sensiela ta’ muniti ta’ €1 u €2 kien xogħol l-artist Joaquin Jimenez. Fih siġra li tissimbolizza l-ħajja, il-kontinwità u t-tkabbir, wieqfa fi ħdan eżagonu u mdawra bil-motto tar-Repubblika Franċiża, "Liberté, Egalité, Fraternité" (Libertà, ugwaljanza, fraternità).
Fl-2022, Franza introduċiet tieni sensiela ta’ muniti ta’ €1 u €2. Id-disinn il-ġdid fih friegħi tal-ballut u taż-żebbuġ li jiffurmaw is-siġra tal-ħajja u jissimbolizzaw is-saħħa, is-solidità u l-paċi. Is-siġra u l-motto joqgħodu ġo eżagonu.
Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: 2** imtennijin sitt darbiet, darba weqfin u darba maqlubin.

€1
Id-disinn magħżul għall-ewwel sensiela ta’ muniti ta’ €1 u €2 kien xogħol l-artist Joaquin Jimenez. Fih siġra li tissimbolizza l-ħajja, il-kontinwità u t-tkabbir, wieqfa fi ħdan eżagonu u mdawra bil-motto tar-Repubblika Franċiża, "Liberté, Egalité, Fraternité" (Libertà, ugwaljanza, fraternità).
Fl-2022, Franza introduċiet it-tieni sensiela ta’ muniti ta’ €1 u €2. Id-disinn il-ġdid fih friegħi tal-ballut u taż-żebbuġ li jiffurmaw is-siġra tal-ħajja u jissimbolizzaw is-saħħa, is-solidità u l-paċi. Is-siġra u l-motto joqgħodu ġo eżagonu.

50 ċenteżmu
L-ewwel serje tal-muniti tal-10, 20 u tal-50 ċenteżmu ġiet iddisinjata minn Laurent Jorlo. Turi persuna li qed tiżra’, figura li tidher b’mod komuni fuq il-frank Franċiż. Din ix-xbieha moderna u bla żmien tinkorpora Franza, li tibqa’ ssegwi l-prinċipji tagħha, filwaqt li tintegra l-Ewropa.
Fl-2024, Franza introduċiet serje ġdida tal-muniti tal-50 ċenteżmu. Iddisinjata minn Joaquin Jimenez, il-munita fiha xbieha tar-rebbieħa tal-Premju Nobel, ix-xjenzata, Marie Curie, magħrufa għax-xogħol pijunier tagħha fil-qasam tar-radjoattività. Ix-xbieha hija ssettjata fi ħdan motif tal-bandiera Franċiża, li jissimbolizza l-post ikoniku ta’ Curie fir-Repubblika Franċiża, irrappreżentata mill-ittri RF.

20 ċenteżmu
L-ewwel serje tal-muniti tal-10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu ġiet iddisinjata minn Laurent Jorlo. Turi persuna li qed tiżra’, figura li tidher b’mod komuni fuq il-frank Franċiż. Din ix-xbieha moderna u bla żmien tinkorpora Franza, li tibqa’ ssegwi l-prinċipji tagħha, filwaqt li tintegra l-Ewropa.
Fl-2024, Franza introduċiet it-tieni sensiela ta’ muniti tal-20 ċenteżmu. Iddisinjata minn Joaquin Jimenez, il-munita fiha xbieha ta’ Josephine Baker, kantanta, żeffiena u attivista għad-drittijiet ċivili. Ġiet ippremjata bil-Midalja tar-Reżistenza, bil-Croix de Guerre u bil-Legion D’Honneur għall-isforzi tagħha matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Ix-xbieha hija ssettjata fi ħdan motif tal-bandiera Franċiża, li jissimbolizza l-post ikoniku ta’ Baker fir-Repubblika Franċiża, irrappreżentata mill-ittri RF.

10 ċenteżmi
L-ewwel serje tal-muniti tal-10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu ġiet iddisinjata minn Laurent Jorlo. Turi persuna li qed tiżra’, figura li tidher b’mod komuni fuq il-frank Franċiż. Din ix-xbieha moderna u bla żmien tinkorpora Franza, li tibqa’ ssegwi l-prinċipji tagħha, filwaqt li tintegra l-Ewropa.
Fl-2024, Franza introduċiet munita tal-10 ċenteżmi ġdida ddisinjata minn Joaquin Jimenez. Il-munita l-ġdida turi lil Simone Veil, sopravissuta tal-Olokawst u l-ewwel President tal-Parlament Ewropew eletta direttament. Qattgħet ħafna minn ħajjitha tiġġieled għad-drittijiet tan-nisa u mbuttat il-liġi tal-1975 li tiddekriminalizza l-abort fi Franza.

5 ċenteżmi
Il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi juru liż-żagħżugħa Marianne b'fattizzi determinati li jippersonifikaw ix-xewqa għal Ewropa b'saħħitha u dejjiema. Id-disinn sar minn Fabienne Courtiade, inċiżur taz-Zekka ta' Pariġi.

2 ċenteżmi

1 ċenteżmu