Il-pilota tal-euro diġitali
Dak li nitgħallmu mill-pilota se jiżgura li jekk jiġi introdott l-euro diġitali, dan ikun mgħammar għal kollox biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-Ewropej.
Il-BĊE jimmira li jkun lest għall-ewwel ħruġ potenzjali tal-euro diġitali matul l-2029, jekk nassumu li r-Regolament dwar l-euro diġitali jiġi adottat matul l-2026. Biex nippreparaw għal dan kemm mil-lat tekniku kif ukoll mil-lat operazzjonali u biex nippreparaw il-pedament għal tnedija bla intoppi u sikura, nippjanaw li nniedu pilota ta’ 12-il xahar fit-tieni nofs tal-2027.
Il-BĊE se jiddeċiedi biss fuq jekk joħroġx euro diġitali ladarba r-Regolament ikun ġie adottat, u x-xogħol preparatorju tal-Eurosistema se jibqa’ flessibbli biex jiġi żgurat li jibqa’ allinjat mal-proċess leġiżlattiv.
Kif tapplika – Fornituri tas-servizzi tal-pagament (PSPs, Payment service providers)
Qed infittxu PSPs biex jieħdu sehem fil-pilota. L-informazzjoni rilevanti u d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ kollha rilevanti meħtieġa għat-tħejjija tal-applikazzjoni tiegħek tista’ tinstab fit-tabella ta’ hawn taħt.
| | Ippubblikata nhar |
|---|---|
| Tħabbira ta’ sejħa għal turija ta' interess Sejħa għal turija ta’ interess | 5 ta’ Marzu 2026 |
| Dokumentazzjoni ta’ appoġġ | |
| Pilota tal-euro diġitali - rekwiżiti funzjonali | 5 ta’ Marzu 2026 |
| Pilota tal-euro diġitali - vjaġġi tal-utent u rekwiżiti minimi tal-UX | |
| Pilota tal-euro diġitali - flussi tal-proċess minn tarf sa tarf | |
Matul il-perjodu tal-applikazzjoni sejrin jinħarġu dokumenti relevanti addizzjonali, inkluż il-ftehim ta’ parteċipazzjoni tal-PSP pilota u l-appendiċijiet tiegħu, u se jitħalla biżżejjed żmien għall-PSPs interessati biex jikkunsidraw l-informazzjoni ppubblikata qabel l-applikazzjoni tagħhom.
Sir af aktar permezz tas-sessjonijiet ta’ fokus tagħna
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Sessjoni fokus għall-PSPs interessati - 20 ta’ Marzu 2026
Sejrin norganizzaw sessjoni online fil-11:00-12:00 CET tal-20 ta’ Marzu 2026 biex nappoġġaw PSPs fil-preparazzjonijiet tagħhom biex iwieġbu għas-sejħa ta’ turija ta’ interess.
Aqra dwar il-programm u ara liveErġa’ ara: l-aktar sessjoni fokus reċenti dwar il-pilota tal-euro diġitali
Is-sessjoni fokus li saret fil-15 ta’ Jannar 2026 iddeskriviet l-objettivi tal-pilota u l-iskeda ta’ żmien u l-proċess tal-għażla tal-PSPs. L-avveniment kien miftuħ għall-partijiet ikkonċernati kollha interessati f’li jsiru jafu aktar dwar il-pilota tal-euro diġitali, inkluż il-PSPs, il-fornituri tas-servizzi tekniċi, in-negozjant u l-konsumaturi.
Aqra aktar u ara r-reġistrazzjoniARA WKOLL
Kulma għandek bżonn tkun taf dwar l-euro diġitali