Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija tal-politika monetarja tagħna - Settembru 2023
X’iddeċidejna?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Żidna r-rati tal-imgħax ewlenin tagħna b’0.25 punt perċentwali aktar.
Dan se jgħin biex l-inflazzjoni titbaxxa aktar malajr. Iż-żidiet li għamilna fir-rati tal-imgħax fil-passat diġà qed ikollhom effett fuq l-ekonomija. Id-deċiżjonijiet futuri tagħna se jiddependu fuq kif naraw l-ekonomija u l-inflazzjoni jiżviluppaw.
X’qed jiġri fl-ekonomija?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
L-ekonomija se tibqa’ dgħajfa għal xi żmien.
In-negozji qed jinvestu inqas u l-esportazzjonijiet tagħhom naqsu. Il-manifattura qed tbati, u s-servizzi issa qed jibdew imajnaw. Iżda maż-żmien, l-inflazzjoni aktar baxxa u d-dħul ogħla għandhom jgħinu lill-ekonomija tirkupra.
Is-suq tax-xogħol għadu sejjer b’saħħtu.
Għalkemm l-ekonomija qed tnaqqas fir-ritmu, il-qgħad jibqa’ f’livelli baxxi li huma rekord. Il-pagi ta’ ħafna nies qed jiżdiedu. Iżda issa qed jinħolqu inqas xogħolijiet, anki fis-settur tas-servizzi.
L-inflazzjoni qed tonqos iżda għadha għolja wisq.
L-ikel qed isir aktar għali, minkejja li l-prezzijiet mhux qed jiżdiedu daqs qabel. Il-prezzijiet għas-servizzi, b’mod speċjali l-vaganzi u l-ivvjaġġar, qed iżommu l-inflazzjoni għolja. Fix-xhur li ġejjin, l-inflazzjoni għandha tkompli tonqos.
In-nies u n-negozji qed jieħdu inqas self.
Hekk kif is-self qed isir aktar għali, in-nies u n-negozji qed jissellfu inqas.
Kif naraw l-ekonomija tiżviluppa?
Nistennew li l-ekonomija tkun dgħajfa għalissa iżda li tirkupra bil-mod fis-snin li ġejjin.
It-tbassir għat-tkabbir ekonomiku fiż-żona tal-euro għall-2023 u s-snin li ġejjin
(tbassir minn Settembru 2023)
Aħna naraw l-inflazzjoni tonqos minn livelli għoljin. Maż-żmien, nistennew li tmur lura lejn il-mira tagħna ta’ 2%.
Tbassir għat-tkabbir ekonomiku fiż-żona tal-euro għall-2023 u s-snin li ġejjin
(tbassir minn Settembru 2023)
Ara d-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Dan huwa dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet għall-aħħar deċiżjonijiet tal-politika monetarja.
Stqarrija dwar il-politika monetarja