Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-Kontijiet Annwali tal-BĊE 2025

Ċifri ewlenin

Karta tal-bilanċ

Telf għas-sena

Il-karta tal-bilanċ tal-BĊE ċkienet b’EUR 37.3 biljun fl-2025, prinċipalment minħabba t-tnaqqis fit-titoli tal-politika monetarja, peress li l-Eurosistema ma baqgħetx tinvesti mill-ġdid il-pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw taħt l-APP u l-PEPP.

It-telf tal-BĊE kien ferm aktar baxx fl-2025 milli fl-2024, prinċipalment minħabba tnaqqis fl-ispiża tal-imgħax li tirriżulta mill-obbligazzjoni netta tat-TARGET.

It-telf tal-2025, bħat-telf mis-sentejn preċedenti, se jibqa’ fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE biex jiġi paċut kontra profitti futuri.

Karta tal-bilanċ

Profitt/(telf) għas-sena

(biljuni ta’ EUR)

(miljuni ta’ EUR)

1 Rapport tal-amministrazzjoni

1.1 Għan tar-rapport amministrattiv tal-BĊE

Ir-rapport amministrattiv huwa parti integrali mill-Kontijiet Annwali tal-BĊE u huwa mfassal biex jipprovdi lill-qarrejja b’informazzjoni kuntestwali relatata mar-rapporti finanzjarji.[1],,[2] Minħabba li l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tal-BĊE jitwettqu b’appoġġ għall-objettivi ta’ politika tiegħu, il-pożizzjoni finanzjarja u r-riżultat tal-BĊE għandhom jitqiesu flimkien mal-azzjonijiet ta’ politika tiegħu.

Għal dan il-għan, ir-rapport amministrattiv jippreżenta l-attivitajiet u l-operazzjonijiet ewlenin tal-BĊE, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq ir-rapporti finanzjarji tiegħu. Barra dan, janalizza l-iżviluppi ewlenin fil-karta tal-bilanċ u l-kont tal-profitt u t-telf matul is-sena u jinkludi tagħrif dwar l-ekwità netta tal-BĊE.[3] Finalment, jiddeskrivi l-ambjent ta' riskju li fih jopera l-BĊE, waqt li jipprovdi tagħrif dwar ir-riskji speċifiċi li l-BĊE hu espost għalihom, u l-politika għall-ġestjoni tar-riskji użata biex ittaffihom.

1.2 Kompiti u attivitajiet ewlenin

Il-BĊE hu parti mill-Eurosistema, li tinkludi, minbarra l-BĊE, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) li l-munita tagħhom hija l-euro.[4] Il-BĊE għandu l-għan ewlieni li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Il-BĊE jaqdi l-kompiti tiegħu kif deskritt fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[5] u fl-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (Statut tal-SEBĊ)[6] (Figura 1). Il-BĊE jwettaq l-attivitajiet tiegħu biex isegwi l-mandat tiegħu u mhux bl-intenzjoni li jiġġenera profitt.

Figura 1

Il-kompiti ewlenin tal-BĊE

Fid-dawl tal-prinċipju tal-implimentazzjoni deċentralizzata tal-politika monetarja fl-Eurosistema, l-operazzjonijiet tal-politika monetarja huma rreġistrati fir-rapporti finanzjarji tal-BĊE u tal-BĊNi taż-żona tal-euro. Xi strumenti inklużi fil-qafas operazzjonali tal-politika monetarja tal-Eurosistema ma jintużawx mill-BĊE u għalhekk ma għandhom l-ebda impatt fuq ir-rapporti finanzjarji tal-BĊE.[7]

It-Tabella 1 tagħti ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet ewlenin tal-BĊE biex iwettaq il-mandat tiegħu, u l-impatt tagħhom fuq ir-rapporti finanzjarji tal-BĊE.

Tabella 1

L-attivitajiet ewlenin tal-BĊE u l-impatt tagħhom fuq ir-rapporti finanzjarji tiegħu

Id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja taż-żona tal-euro

Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja

Ix-xiri ta’ dawn it-titoli sar mill-BĊE u l-BĊN tal-Eurosistema u ġew reġistrati fil-partita tal-karta tal-bilanċ “Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja”. It-titoli ta’ dejn miżmuma bħalissa huma kontabilizzati b’kost amortizzat soġġett għal indeboliment.

Id-dovuti mill-kupuni u l-primjums u skontijiet amortizzati huma inklużi fil-kont tal-profitt u t-telf jew taħt “Introjtu mill-imgħax” jew “Spiża tal-imgħax”, skont jekk l-ammont nett huwiex pożittiv jew negattiv.

Gwadanni u telf realizzati, jekk ikun hemm, huma inklużi fil-Kont tal-Profitt u Telf taħt “Gwadanni/(telf) realizzati li jirriżultaw minn operazzjonijiet finanzjarji”.

Self ta’ titoli

Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja huma disponibbli għas-self mill-Eurosistema.[8] Għall-BĊE, l-operazzjonijiet ta’ tislif ta’ titoli jsiru permezz ta’ istituzzjonijiet speċjalizzati. Dawn l-operazzjonijiet huma reġistrati fil-karta tal-bilanċ taħt “Obbligazzjonijiet oħrajn lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro”, “Obbligazzjonjiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro – Obbligazzjonijiet oħrajn” u “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” jekk il-kollateral jiġi pprovdut fil-forma ta’ flus kontanti u dawn il-flus kontanti jibqgħu mhux investiti. Altrimenti, l-operazzjonijiet relatati ta' self ta' titoli jiġu reġistrati f'kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ.

Dovuti mill-imgħax huma inklużi fil-kont tal-profitt u t-telf bħala “Introjtu mill-imgħax” jew “Spiża tal-imgħax”.

Provvediment ta’ likwidità f'muniti barranin

Il-BĊE jaġixxi bħala intermedjarju bejn il-banek ċentrali li mhumiex fiż-żona tal-euro u l-BĊNi taż-żona tal-euro permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ swaps immirati biex joffru finanzjament f’munita barranija għal żmien qasir lill-kontropartijiet tal-Eurosistema.[9]

Dawn l-operazzjonijiet jiġu rreġistrati fil-karta tal-bilanċ taħt “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” u “Pretensjonijiet relatati ma’ TARGET (nett)” / “Obbligazzjonijiet relatati ma’ TARGET (nett)” kif ukoll fil-kontijiet barra l-karta tal-bilanċ.

Id-dovuti mill-imgħax huma inklużi fil-kont tal-profitt u t-telf bħala “Introjtu mill-imgħax” jew “Spiża tal-imgħax”.

Provvediment ta’ likwidità lil banek ċentrali mhux taż-żona tal-euro f’euro

L-Eurosistema tista’ tipprovdi likwidità f’euro lil banek ċentrali mhux fiż-żona tal-euro permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ swaps u repo bi skambju għal kollateral eliġibbli.[10]

Għall-BĊE, l-operazzjonijiet ta’ swap huma rreġistrati fil-karta tal-bilanċ taħt “Pretensjonijiet kontra residenti barra ż-żona tal-euro ddenominati f’valuta barranija” u “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro ddenominati f’euro” jew inkella “Pretensjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)”/“Obbligazzjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)”, kif ukoll fil-kontijiet barra l-karta tal-bilanċ.

Id-dovuti mill-imgħax huma inklużi fil-kont tal-profitt u t-telf bħala “Introjtu mill-imgħax” jew “Spiża tal-imgħax”.

It-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ kambju barrani, u ż-żamma u l-ġestjoni ta’ riżervi barranin

Operazzjonijiet tal-kambju barrani u amministrazzjoni tar-riżervi barranin

Ir-riżervi barranin huma ppreżentati fil-karta tal-bilanċ l-aktar taħt “Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb”, “Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”, “Pretensjonijiet kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”, filwaqt li l-obbligazzjonijiet relatati, jekk ikun hemm, huma ppreżentati taħt “Obbligazzjonijiet lejn residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin” u “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”. It-tranżazzjonijiet f'muniti barranin jidhru fil-kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ sad-data tas-saldu.

Dovuti tal-kupuni u primjums u skontijiet amortizzati huma inklużi fil-kont tal-qligħ u t-telf bħala “Introjtu mill-imgħax” jew “Spiża tal-imgħax”.

It-telf mhux realizzat tal-prezzijiet u tar-rata tal-kambju li jaqbeż, fi tmiem is-sena, il-gwadanni mhux realizzati tal-prezzijiet fuq l-istess partiti li kienu reġistrati preċedentement, u gwadanni u telf realizzati li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ riżervi barranin, huma inklużi wkoll fil-kont tal-profitt u t-telf taħt “Tnaqqis fil-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji” u “Gwadanni/(telf) realizzati li jirriżultaw minn operazzjonijiet finanzjarji” rispettivament. Il-gwadanni mhux realizzati huma rreġistrati fil-karta tal-bilanċ taħt “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni”.

Il-promozzjoni tat-tħaddim bla xkiel tas-sistemi ta’ pagament

Sistemi ta’ pagament (TARGET)

Il-bilanċi fi ħdan l-Eurosistema tal-BĊN taż-żona tal-euro vis-à-vis il-BĊE li jirriżultaw minn TARGET huma preżentati flimkien fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE bħala pożizzjoni waħda netta tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet u jidhru fi “Pretensjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)” jew “Obbligazzjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)”.[11] Il-bilanċi intra-SEBĊ ta’ BĊN ta’ barra ż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE, li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tagħhom f’TARGET, huma divulgati fil-karta tal-bilanċ taħt “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”. Bilanċi ta’ sistemi anċillari konnessi ma’ TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE huma rreġistrati fil-karta tal-bilanċ taħt “Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro” jew “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”, skont jekk l-entità amministrattiva hijiex stabbilita fiż-żona tal-euro jew barra minnha.[12]

Dovuti mill-imgħax huma inklużi fil-kont tal-profitt u t-telf taħt “Introjtu mill-imgħax” jew “Spiża tal-imgħax”.

Kontribuzzjoni għas-sigurtà u s-solidità tas-sistema bankarja u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja permezz tas-superviżjoni bankarja

Superviżjoni bankarja - il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU)

L-ispejjeż annwali tal-BĊE relatati mal-kompiti superviżorji tiegħu huma rkuprati permezz ta’ tariffi superviżorji annwali imposti fuq l-entitajiet taħt superviżjoni. It-tariffi superviżorji huma inklużi fil-kont tal-profitt u t-telf taħt “Introjtu/(spiża) nett(a) minn tariffi u kummissjonijiet”.

Barra minn hekk, il-BĊE huwa intitolat li jimponi penali amministrattivi fuq entitajiet taħt superviżjoni għal nuqqas ta’ konformità mal-liġi bankarja tal-UE applikabbli fuq rekwiżiti prudenzjali (inklużi d-deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE). L-introjtu relatat huwa rreġistrat ukoll fil-kont tal-profitt u t-telf taħt “Introjtu/(spiża) nett(a) minn tariffi u kummissjonijiet”.

Oħrajn

Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

Il-BĊE ġie allokat sehem ta’ 8% mill-valur totali tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni. Dan is-sehem huwa sostnut minn pretensjonijiet kontra l-BĊNi li huma rreġistrati fil-karta tal-bilanċ taħt “Pretensjonijet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema” u remunerati bl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli applikata għall-faċilità ta’ depożitu offruta mill-Eurosistema. L-imgħax huwa inkluż fil-kont tal-profitt u t-telf taħt “Introjtu mill-imgħax”.

L-ispejjeż li jirriżultaw mit-trasport transkonfinali tal-karti tal-flus tal-euro bejn l-istamperiji tal-karti tal-flus u l-BĊN, għall-kunsinna ta’ karti tal-flus ġodda, u bejn il-BĊN, għall-kumpens ta’ nuqqasijiet bi stokkijiet żejda, jitħallsu ċentralment mill-BĊE. Dawn l-ispejjeż huma ppreżentati fil-kont tal-profitt u t-telf taħt “Servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus”.

Portafoll tal-fondi proprji

Il-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE huwa ppreżentat fil-karta tal-bilanċ, prinċipalment taħt “Assi finanzjarji oħrajn”.

Dovuti mill-kupuni u primjums u skontijiet amortizzati huma inklużi fil-kont tal-profitt u telf taħt “Introjtu mill-imgħax” jew “Spiża tal-imgħax”.

Telf mhux realizzat fil-prezz li jaqbeż, fi tmiem is-sena, qligħ mhux realizzat fil-prezz irreġistrat qabel fuq l-istess entrati huwa inkluż ukoll fil-kont tal-profitt u t-telf taħt “Tnaqqis fil-valur fuq assi u pożizzjonijiet finanzjarji”, filwaqt li l-gwadani u t-telf realizzati li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ titoli huwa inkluż taħt “Qligħ/(telf) realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji”.

Il-gwadanni fil-prezz mhux realizzati jiġu rreġistrati fil-karta tal-bilanċ taħt “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni”.

1.3 Żviluppi finanzjarji

1.3.1 Karta tal-bilanċ

Sal-2022, il-karta tal-bilanċ tal-BĊE kompliet tespandi (Ċart 1), primarjament minħabba xiri dirett ta’ titoli mill-BĊE taħt il-programm ta’ xiri ta’ assi (APP, asset purchase programme ) u l-programm ta’ xiri ta’ emerġenza pandemika (PEPP, pandemic emergency purchase programme) bħala parti mill-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Eurosistema.[13] Iż-żieda fl-2022 kienet aktar moderata minħabba l-waqfien tax-xiri nett ta’ titoli taħt il-PEPP u l-APP mill-aħħar ta’ Marzu 2022 u mill-1 ta’ Lulju 2022 rispettivament. Il-karta tal-bilanċ ċkienet kemm fl-2023 kif ukoll fl-2024, minħabba tnaqqis gradwali fl-investimenti taħt l-APP bħala riżultat tal-investiment mill-ġdid parzjali biss tal-pagamenti prinċipali minn titoli li mmaturaw bejn Marzu u Ġunju 2023, u l-waqfien totali ta’ tali investimenti mill-ġdid minn Lulju 2023. It-tnaqqis gradwali fl-investimenti taħt il-PEPP, minħabba investiment mill-ġdid parzjali biss tal-pagamenti prinċipali fit-tieni nofs tal-2024, ikkontribwixxa wkoll għat-tnaqqis fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE f’dik is-sena. Dawn l-investimenti mill-ġdid twaqqfu fi tmiem l-2024.

€37.3 biljun
Tnaqqis fil-Karta tal-Bilanċ tal-BĊE

Fl-2025 il-karta tal-bilanċ tal-BĊE kompliet tiċkien, bi EUR 37.3 biljun sa EUR 603.3, għal darb’oħra minħabba l-fidi ta’ titoli miżmuma taħt l-APP u l-PEPP. Dawn il-fidjiet irriżultaw fi tnaqqis fit-titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja, waqt li l-ħlas bi flus kontanti għal dawn it-tranżazzjonijiet permezz tal-kontijiet ta’ TARGET wassal għal tnaqqis korrispondenti fl-obbligazzjonijiet fi ħdan l-Eurosistema. Dan it-tnaqqis ġie paċut biss parzjalment bil-ħruġ ta’ flus b’riżultat ta’ depożiti aktar baxxi mqiegħda mal-BĊE, li fl-istess ħin irriżulta fi tnaqqis f’obbligazzjonijiet oħra.

Ċart 1

Komponenti ewlenin tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE

(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Nota: Għall-fini tat-tħejjija tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE, l-ekwità netta tal-BĊE tikkonsisti fil-kapital imħallas tiegħu, kwalunkwe ammont miżmum fil-provvediment kontra riskji finanzjarji u l-fond ta’ riżerva ġenerali, il-kontijiet ta’ rivalutazzjoni (eskluż il-kont ta’ rivalutazzjoni għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg), kwalunkwe telf akkumulat minn snin preċedenti u kwalunkwe profitt/telf għas-sena.
Għal informazzjoni dwar l-aġġustamenti taċ-ċifri għall-2023, ara “Bidliet fil-preżentazzjoni fir-rapporti finanzjarji” fit-Taqsima 2.3 “Politiki kontabilistiċi” tar- Rapporti Finanzjarji tal-BĊE għall-2024.

54%
Sehem ta’ titoli miżmuma għal finijiet tal-poltika monetarja f’assi totali

Titoli denominati f’euro miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja rrappreżentaw 54 % tal-assi totali tal-BĊE fi tmiem l-2025. Taħt din il-partita tal-karta tal-bilanċ, il-BĊE għandu titoli li ġew akkwistati fil-kuntest tal-Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP), it-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (CBPPs), il-programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi (ABSPP), il-programm ta’ xiri mis-settur pubbliku (PSPP) u l-programm ta’ xiri tal-emerġenza pandemika (PEPP). It-titoli mixtrija taħt dawn il-programmi huma vvalutati fuq bażi ta’ kost amortizzat soġġett għal indeboliment.

€51.5 biljun
Tnaqqis fit-titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja

Abbażi tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill Governattiv, l-Eurosistema waqqfet l-investimenti mill-ġdid tal-pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw taħt l-APP u l-PEPP minn Lulju 2023 u fi tmiem l-2024 rispettivament. Bħala riżultat ta' dawn id-deċiżjonijiet, it-titoli miżmuma mill-BĊE għall-finijiet tal-politika monetarja kienu qed jonqsu b'pass meqjus u prevedibbli. Bħala total, il-portafolli tal-politika monetarja naqsu b’EUR 51.5 biljun għal EUR 325.3 biljun fl-2025 (Ċart 2). Il-portafoll tal-APP naqas b’EUR 33.7 biljun għal EUR 186.5 biljun bl-investimenti fil-PSPP, ABSPP u CBPP3 jonqsu b’EUR 26.5, EUR 4 biljun u EUR 3.1 biljun rispettivament. Il-portafoll tal-PEPP naqas b’€17.8 biljun għal €138.6 biljun.

Ċart 2

Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja

(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.

It-titoli miżmuma mill-BĊE taħt l-APP u l-PEPP fi tmiem l-2025 kellhom profil ta’ maturità diversifikat (Ċart 3).[14]

Ċart 3

Profil tal-maturità tal-APP u l-PEPP

Sors: BĊE.
Nota: Għal titoli sostnuti minn assi, il-profil ta’ maturità huwa bbażat fuq it-tul ta’ żmien medju ppeżat tat-titoli aktar milli fuq id-data tal-maturità legali.

Fl-2025 il-valur totali ekwivalenti f'euro tal-assi tal-BĊE f’riżervi barranin, li jikkonsistu minn deheb, drittijiet speċjali ta' prelevament, dollari Amerikani, yen Ġappuniżi u renminbi Ċiniżi, żdied b’EUR 13.6 biljun għal EUR 116.8 biljun.

EUR 18.9 biljun
Żieda fil-valur tal-investimenti tal-BĊE f'deheb minħabba ż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb

Il-valur ekwivalenti f'euro tal-investimenti tal-BĊE f'deheb żdied b’EUR 18.9 biljun għal EUR 59.8 biljun fl-2025 (Ċart 4), minħabba żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f'termini ta' euro. Din iż-żieda wasslet ukoll għal żieda ekwivalenti fil-kontijiet ta’ rivalutazzjoni tad-deheb tal-BĊE (ara t-Taqsima 1.3.2 “Ekwità netta”).

Ċart 4

Investimenti f’deheb u prezzijiet tad-deheb

(skala tax-xellug: EUR biljuni; skala tal-lemin: euro għal kull uqija ta’ deheb fin)

Sors: BĊE.
Nota: "Kontijiet ta’ rivalwazzjoni tad-deheb" ma tinkludix il-kontribuzzjonijiet tal-banek ċentrali tal-Istati Membri li ssieħbu fiż-żona tal-euro wara l-1 ta’ Jannar 1999 għall-kontijiet akkumulati ta’ rivalwazzjoni tad-deheb tal-BĊE fil-jum ta’ qabel id-dħul tagħhom fl-Eurosistema.

EUR 4.8 biljuni
Tnaqqis fl-investimenti tal-BĊE f’muniti barranin

L-investimenti tal-BĊE f’muniti barranin miżmuma f’dollari Amerikani, yen Ġappuniżi u renminbi Ċiniżi, naqsu f’termini ta’ euro b’EUR 4.8 biljun għal EUR 55.2 biljun (Ċart 5), l-iżjed minħabba d-deprezzament tad-dollaru Amerikan u l-yen Ġappuniż kontra l-euro.[15] Id-deprezzament tad-dollaru Amerikan huwa rifless ukoll fil-bilanċi aktar baxxi fil-kontijiet ta’ rivalutazzjoni tal-BĊE (ara t-Taqsima 1.3.2 “Ekwità netta”), filwaqt li d-deprezzament tal-yen Ġappuniż irriżulta fi tniżżil fil-valur tar-rata tal-kambju rikonoxxut fil-kont tal-profitt u t-telf fi tmiem is-sena, peress li l-kontijiet ta’ rivalutazzjoni relatati kienu ġew eżawriti bis-sħiħ fl-2024 (ara t-Taqsima 1.3.3 “Kont tal-qligħ u t-telf”). Minkejja dan it-tniżżil fil-valur, is-sehem tal-yen Ġappuniż żdied bħala riżultat ta’ riekwilibriju standard biex il-kompożizzjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE tiġi allinjata mal-allokazzjoni fil-mira. Bħala parti minn dan l-ibbilanċjar mill-ġdid, matul l-ewwel trimestru tal-2025 il-BĊE biegħ porzjon żgħir tal-parteċipazzjonijiet tiegħu f'dollari Amerikani u investa mill-ġdid bis-sħiħ ir-rikavati fil-yen Ġappuniż.

Ċart 5

Investimenti f'muniti barranin

(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.

Id-dollaru Amerikan jibqa’ l-komponent ewlieni fl-investimenti tal-BĊE f'muniti barranin, u jirrappreżenta 78% tat-total fi tmiem is-sena 2025.

Il-BĊE jamministra l-investimenti tiegħu f'muniti barranin bl-użu ta' approċċ bi tliet stadji. L-ewwel, portafoll referenzjali strateġiku jitfassal mill-maniġers tar-riskju tal-BĊE u jiġi approvat mill-Kunsill Governattiv. It-tieni, il-maniġers tal-portafolli tal-BĊE jfasslu l-portafoll referenzjali tattiku, li jiġi approvat mill-Bord Eżekuttiv. It-tielet, operazzjonijiet ta’ investiment isiru b’mod deċentralizzat mill-BĊNi fuq bażi ta’ kuljum.

L-investimenti tal-BĊE f'muniti barranin jiġu investiti l-aktar f'titoli, ftehimiet ta’ repo rriversjat u f'depożiti tas-suq monetarju jew jinżammu f'kontijiet kurrenti (Ċart 6). It-titoli f'dan il-portafoll jiġu valutati bil-prezzijiet tas-suq tal-aħħar tas-sena.

Ċart 6

Kompożizzjoni tal-investimenti f'muniti barranin

(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Nota: Mill-2025, il-BĊE jippreżenta investiment mil-lum għall-għada ta’ bilanċi tal-flus taħt “Ftehimiet ta’ repo rriversjat” jekk dawn il-fondi jkunu parti minn aggregazzjoni ta’ riakkwist. Il-bilanċi relatati għas-snin 2021-24 ġew ikklassifikati mill-ġdid minn “Kontijiet kurrenti” għal “Ftehimiet ta’ repo rriversjat” kif meħtieġ.

48 %
Titoli denominati f’muniti barranin b’maturità ta’ inqas minn sena

L-għan tal-investimenti f’muniti barranin tal-BĊE huwa li jiffinanzjaw interventi potenzjali fis-suq tal-kambju barrani. Għal din ir-raġuni, l-investimenti tal-BĊE f'muniti barranin huma ġestiti skont tliet għanijiet (f’ordni ta’ prijorità): likwidità, sikurezza u redditu. Għalhekk, kważi nofs dan il-portafoll jinkludi titoli b’maturitajiet qosra (Ċart 7).

Ċart 7

Profil tal-maturità tat-titoli denominati f'muniti barranin

Sors: BĊE.

Il-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE fil-biċċa l-kbira jikkonsisti f’investimenti tal-kapital imħallas tiegħu u ammonti mwarrba fil-fond ġenerali tar-riżervi u fil-provvediment kontra riskji finanzjarji.[16] Il-valur ta’ dan il-portafoll żdied b’EUR 0.4 biljun għal EUR 23.1 biljun (Ċart 8), primarjament minħabba l-investiment mill-ġdid tal-introjtu mill-imgħax iġġenerat fuq dan il-portafoll.

Ċart 8

Il-portafoll tal-fondi proprji

(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.

Il-portafoll tal-fondi proprji jikkonsisti kważi kompletament f’titoli denominati f’euro vvalutati bil-prezzijiet tas-suq ta’ tmiem is-sena. Fl-2025 it-titoli tad-dejn tal-gvern ammontaw għal 73% tal-portafoll totali.

33%
Sehem ta’ investimenti ekoloġiċi fil-portafolli ta’ fondi proprji tal-BĊE

Is-sehem tal-investimenti ekoloġiċi fil-portafoll tal-fondi proprji baqa’ jiżdied u minn 28 % fi tmiem l-2024 żdied għal 33 % fi tmiem l-2025.[17] Il-BĊE qed jippjana li jkompli jżid dan is-sehem fis-snin li ġejjin.[18] Fl-2021 u fl-2022, ix-xiri ta’ bonds ekoloġiċi fi swieq sekondarji kien ikkumplimentat minn investimenti fil-fond ta’ investiment f’bonds ekoloġiċi denominati f’euro għall-banek ċentrali (EUR BISIP G2) mniedi mill-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali f’Jannar 2021. F’Ottubru 2024, il-BĊE beda jinvesti sehem żgħir mill-fondi proprji tiegħu f’fondi nnegozjati fil-borża (ETFs) li jsegwu parametri referenzjarji allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi.[19] Din id-diversifikazzjoni ssaħħaħ il-potenzjal ta’ redditu tal-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE u tkompli tallinja l-investimenti tiegħu ma’ perkors ta’ dekarbonizzazzjoni konsistenti mal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi u l-Liġi Ewropea dwar il-Klima.[20]

L-għan tal-portafoll ta’ fondi proprji hu li jipprovdi introjtu biex jgħin fil-finanzjament tal-ispejjeż operattivi tal-BĊE li mhumiex relatati mat-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu.[21] Huwa investit f’assi denominati f’euro, soġġett għal-limiti imposti mill-qafas tal-kontroll tar-riskju tiegħu. Dan jirriżulta fi struttura ta’ maturità aktar diversifikata (Ċart 9) meta mqabbla mal-portafoll tar-riżervi barranin.

Ċart 9

Profil tal-maturità tat-titoli tal-fondi proprji

Sors: BĊE.

Fi tmiem l-2025, il-valur totali tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni maħruġa mill-Eurosistema kien ta’ €1,619.5 biljun, żieda ta’ 2.0% meta mqabbel ma’ tmiem l-2024. Il-BĊE ġie allokat sehem ta’ 8% mit-total tal-valur tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, li ammonta għal EUR 129.6 biljun fl-aħħar tas-sena. Legalment, kemm il-BĊE kif ukoll il-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) tal-pajjiżi taż-żona tal-euro għandhom id-dritt joħorġu l-karti tal-flus tal-euro. Fil-prattika, madankollu, il-BĊNi biss joħorġu fiżikament karti tal-flus tal-euro jew jirtirawhom miċ-ċirkolazzjoni. Għalhekk, il-BĊE jżomm pretensjonijiet intra-Eurosistema fil-konfront tal-BĊNi taż-żona tal-euro ekwivalenti għall-valur tal-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni allokati lilu.

L-obbligazzjonijiet fi ħdan l-Eurosistema tal-BĊE, li prinċipalment jikkonsistu fil-bilanċ nett ta' TARGET tal-BĊN taż-żona tal-euro meta mqabbel ma’ tal-BĊE u l-obbligazzjonijiet tal-BĊE fir-rigward tal-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti lilu mill-BĊN taż-żona tal-euro meta ngħaqdu mal-Eurosistema, naqsu b’EUR 34.6 biljun għal EUR 354.1 biljun fl-2025.

EUR 34.6 biljun
Tnaqqis fl-obbligazzjoni netta ta’ TARGET tal-BĊE

L-iżvilupp tal-obbligazzjonijiet intra-Eurosistema huwa ddeterminat b’mod predominanti mill-evoluzzjoni tal-obbligazzjoni netta ta’ TARGET. Il-fatturi ewlenin li kkontribwew għall-bidliet fl-obbligazzjoni netta tat-TARGET matul il-perjodu 2021–25 kienu x-xiri u t-tifdijiet ta’ titoli tal-politika monetarja, li jiġu saldati permezz ta’ kontijiet TARGET, u bidliet fl-obbligazzjonijiet lejn residenti taż-żona tal-euro u persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro (Ċart 10). Fl-2025, l-obbligazzjoni netta tat-TARGET tal-BĊE naqset b’EUR 34.6 biljun, prinċipalment minħabba influssi ta’ flus minn fidi ta’ titoli tal-politika monetarja, li ġew parzjalment paċuti bi flussi ta’ ħruġ ta’ flus relatati ma’ (i) it-tnaqqis fl-obbligazzjonijiet lil residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro u (ii) l-ispiża tal-imgħax imħallsa fuq l-obbligazzjoni netta tat-TARGET tal-BĊE.

Ċart 10

Bilanċ nett intra-Eurosistema tat-TARGET, obbligazzjonijiet lejn residenti taż-żona tal-euro u persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro u titoli miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja

(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Nota: Għall-iskop ta’ din iċ-ċart “obbligazzjonijiet lejn ir-residenti fiż-żona tal-euro u persuni residenti mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” tikkonsisti f’“Obbligazzjonijiet oħrajn lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro”, “Obbligazzjonijiet lejn residenti oħrajn fiż-żona tal-euro ddenominati f’euro” u “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”.

Fl-2025, l-obbligazzjonijiet l-oħrajn tal-BĊE naqsu b’EUR 16.1 biljun għal EUR 58.8 biljun, prinċipalment minħabba tnaqqis fl-obbligazzjonijiet lejn residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro bħala riżultat ta’ depożiti aktar baxxi aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali.[22]

1.3.2 Ekwità netta

€60.9 biljun
L-ekwità netta tal-BĊE

L-ekwità netta tal-BĊE tikkonsisti fil-kapital imħallas tiegħu, kull ammont miżmum fil-provvediment għar-riskji finanzjarji u l-fond ta’ riżerva ġenerali, il-kontijiet ta’ rivalutazzjoni, kwalunkwe telf akkumulat mis-snin ta’ qabel u kwalunkwe qligħ/telf għas-sena.[23],,[24]

Fi tmiem l-2025, l-ekwità netta tal-BĊE ammontat għal EUR 60.9 biljun (Ċart 11 u Tabella 2). Dan kien EUR 11.0 biljun ogħla milli fi tmiem l-2024 minħabba ż-żieda fil-kontijiet ta’ rivalutazzjoni, prinċipalment bħala riżultat taż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro fl-2025. Iż-żieda fl-ekwità netta tal-BĊE kienet parzjalment ikkumpensata mit-telf imġarrab fl-2025.

Ċart 11

L-ekwità netta tal-BĊE

(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.
Nota: “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni” tinkludi l-gwadanni totali mir-rivalutazzjoni tal-investiment f’deheb, muniti barranin u titoli u strumenti oħra, iżda teskludi l-kont tar-rivalutazzjoni għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg.

Tabella 2

Bidliet fl-ekwità netta tal-BĊE

(EUR miljuni)

Kapital

Kontijiet ta’ rivalutazzjoni

Telf akkumulat riportat

Telf għas-sena

Ekwità netta totali

Bilanċ fl-31 ta’ Diċembru 2024

8,925

50,236

(1,266)

(7,944)

49,951

Telf riportat

(7,944)

7,944

-

Kontijiet ta’ rivalutazzjoni

12,247

- Deheb

18,860

- Munita barranija

(6,777)

- Titoli u strumenti oħra

164

Telf għas-sena

(1,254)

(1,254)

Bilanċ fl-31 ta’ Diċembru 2025

8,925

62,483

(9,210)

(1,254)

60,944

46%
Żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro

Gwadanni mhux realizzati fuq deheb, muniti barranin u titoli u strumenti oħra li huma soġġetti għar-rivalutazzjoni tal-prezzijiet mhumiex rikonoxxuti bħala introjtu fil-kont tal-profitt u t-telf iżda huma rreġistrati direttament fil-kontijiet ta’ rivalutazzjoni li jidhru fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-Karta tal-Bilanċ tal-BĊE. Il-bilanċi f'dawn il-kontijiet jistgħu jintużaw biex jassorbu l-impatt ta’ ċaqliq sfavorevoli fil-prezzijiet u/jew fir-rati tal-kambju rispettivi fil-ġejjieni, u b'hekk isaħħu r-reżiljenza tal-BĊE kontra r-riskji sottostanti. Fl-2025, il-kontijiet ta’ rivalutazzjoni għad-deheb, muniti barranin u għal titoli u strumenti oħra żdiedu b’EUR 12.2 biljun għal EUR 62.5 biljun, b’mod predominanti minħabba bilanċi ta’ rivalutazzjoni ogħla għad-deheb bħala riżultat taż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro. Dan l-effett kien parzjalment paċut mit-tnaqqis fil-bilanċi ta’ rivalutazzjoni għal muniti barranin, l-aktar id-dollaru Amerikan, minħabba d-deprezzament tagħhom kontra l-euro (Ċart 12).

Ċart 12

Ir-rati ewlenin tal-kambju barrani u l-prezz tad-deheb matul il-perjodu 2021-25

(bidliet perċentwali fil-konfront tal-2021; data ta’ tmiem is-sena)

Sors: BĊE.

Minħabba l-iskopertura tiegħu għar-riskji finanzjarji (ara t-Taqsima 1.4.1 “Riskji finanzjarji”), il-BĊE jista’ jwarrab provvediment kontra r-riskji finanzjarji, li għandu jintuża sal-punt meqjus meħtieġ mill-Kunsill Governattiv biex ipaċi t-telf li jirriżulta bħala riżultat ta’ din l-iskopertura. Minn tmiem l-2023, din id-dispożizzjoni kienet żero peress li ġiet rilaxxata bis-sħiħ biex tkopri t-telf tal-BĊE li rriżulta fl-2022 u fl-2023. Fil-kuntest tar-rieżami annwali tad-daqs ta’ dan il-provvediment, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jirrifornih ladarba l-BĊE jkun irritorna biex jagħmel profitt u jpaċi t-telf akkumulat riportat mis-snin preċedenti.

It-telf tal-BĊE għas-sena kien ta’ EUR 1.3 biljun (ara t-Taqsima 1.3.3 “Kont tal-profitt u t-telf”). Bħal fis-sentejn ta’ qabel, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jirriporta ’l quddiem dan it-telf fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE biex jiġi paċut kontra profitti futuri.

1.3.3 Kont tal-profitt u telf

Matul il-perjodu preċedenti ta’ 4 snin (Ċart 13), ir-riżultat tal-BĊE naqas sena wara sena. Fl-2022 u fl-2023, it-tnaqqis fir-riżultat tal-BĊE kien primarjament il-konsegwenza tal-materjalizzazzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax peress li ż-żieda fir-rati tal-imgħax fiż-żona tal-euro wasslet għal żieda immedjata fl-ispiża tal-imgħax imħallsa mill-BĊE fuq l-obbligazzjoni netta tiegħu tat-TARGET, li ġiet remunerata bir-rata tal-operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament (rata MRO).[25] Fl-istess ħin, l-introjtu miksub mill-assi tal-BĊE ma żdiedx bl-istess mod jew bl-istess ritmu. Din is-sitwazzjoni kompliet fl-2024, minkejja t-tnaqqis fir-rata tal-politika li beda f’Ġunju ta’ dik is-sena, peress li l-ispiża tal-imgħax imġarrba fuq l-obbligazzjoni netta tat-TARGET kienet bħala medja xorta ogħla mill-introjtu mill-imgħax miksub fuq l-assi. Fl-2025, ir-riżultat tal-BĊE, għalkemm kien għadu telf, kien konsiderevolment aħjar milli fl-2024, hekk kif id-distakk bejn ir-rati tal-imgħax fuq l-assi bl-imgħax u dawk applikabbli għall-obbligazzjonijiet naqas, prinċipalment minħabba r-rata medja aktar baxxa ta’ remunerazzjoni fuq l-obbligazzjoni netta tat-TARGET, b’mod partikolari wara aktar tnaqqis fir-rati tal-politika (ara t-Taqsima 1.4.1 “Riskji finanzjarji”).

Il-profitti jew it-telf huma effetti sekondarji tal-għan ewlieni tal-BĊE li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet

It-telf tal-BĊE mill-2022, li kien preċedut minn perjodu twil ta’ profitti sostanzjali, jirrifletti r-rwol u l-azzjonijiet ta’ politika meħtieġa tal-Eurosistema fit-twettiq tal-mandat primarju tagħha li żżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Barra minn hekk, il-miżuri tal-politika monetarja involuti, bħal programmi ta' xiri ta' assi, għenu biex jitjiebu r-riżultati ekonomiċi. Sal-2022, il-karta tal-bilanċ tal-BĊE kibret b’mod sinifikanti, xprunata prinċipalment mix-xiri ta’ titoli taħt programmi ta’ xiri dirett. Fuq in-naħa tal-assi, il-maġġoranza tat-titoli tal-politika monetarja miżmuma bħalissa għandhom maturitajiet twal u kupuni fissi u nxtraw matul perjodu meta r-rati tal-imgħax kienu baxxi ħafna jew żero. Dawn l-assi mhumiex affettwati immedjatament minn bidliet fir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE u jkomplu jiġġeneraw introjtu mill-imgħax relattivament baxx. Fl-istess ħin, is-saldu fi flus kontanti ta’ dan ix-xiri permezz tat-TARGET wassal għal żieda fl-obbligazzjoni netta tal-BĊE fir-rigward ta’ TARGET, li hija sensittiva għal bidliet fir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE. Mill-2023, it-tnaqqis gradwali fil-parteċipazzjonijiet ta’ titoli tal-politika monetarja minħabba t-tneħħija gradwali tal-investimenti mill-ġdid wassal għal tnaqqis korrispondenti fl-obbligazzjoni netta tat-TARGET, li rriżulta fi tnaqqis fir-riskju tar-rata tal-imgħax (ara t-Taqsima 1.4.1 “Riskji finanzjarji”).

Il-BĊE mistenni jirritorna għall-profitt fl-2026 jew sena wara

Il-BĊE huwa mistenni li jirritorna għall-profitt fl-2026 jew fis-sena ta’ wara, għalkemm dan se jiddependi fuq livelli futuri tar-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE u r-rati tal-kambju, kif ukoll fuq id-daqs u l-kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE.

Fi kwalunkwe każ, is-saħħa finanzjarja tal-BĊE hija enfasizzata mill-kapital tiegħu u mill-kontijiet sostanzjali ta’ rivalutazzjoni tiegħu, li flimkien ammontaw għal EUR 71.4 biljun fi tmiem l-2025 (ara t-Taqsima 1.3.2 “Ekwità netta”), u l-BĊE jibqa’ kompletament kapaċi jissodisfa l-objettiv primarju tiegħu li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet irrispettivament minn kwalunkwe telf.[26]

Ċart 13

Komponenti ewlenin tal-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE

(EUR miljuni)

Sors: BĊE.
Nota: “Introjtu u spejjeż oħrajn” tikkonsisti f’“Introjtu/(spiża) nett(a) minn tariffi u kummissjonijiet”, “Introjtu minn ishma azzjonarji u l-interessi azzjonarji”, “Introjtu ieħor” u “Spejjeż oħra”.

EUR 1,254 miljun
Telf tal-BĊE għall-2025

Fl-2025, it-telf tal-BĊE għas-sena ammonta għal EUR 1,254 miljun, li kien ħafna inqas mit-telf imġarrab fl-2024 minħabba tnaqqis sinifikanti fl-ispiża netta tal-imgħax (Ċart 14).

Ċart 14

Xprunaturi tal-profitt (telf) tal-BĊE għall-2024 u l-2025

(miljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.

L-ispiża netta tal-imgħax irriżultat prinċipalment mill-obbligazzjoni netta tal-BĊE ta’ TARGET

L-ispiża netta tal-imgħax tal-BĊE ammontat għal €178 miljun fl-2025, meta mqabbla ma’ €6,983 miljun fl-2024 (Ċart 15). Il-komponent ewlieni baqa’ l-ispiża tal-imgħax sinifikanti li tirriżulta mill-obbligazzjoni netta tat-TARGET tal-BĊE, li aktar milli tpaċi l-introjtu mill-imgħax li jirriżulta minn (i) titoli tal-politika monetarja, (ii) il-pretensjonijiet tal-BĊE relatati mal-allokazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema u (iii) riżervi barranin.

Ċart 15

Introjtu nett mill-imgħax/(spiża)

(miljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.

Dħul ftit aktar baxx mill-imgħax mit-titoli tal-politika monetarja bħala riżultat ta’ parteċipazzjonijiet aktar baxxi wara t-tmiem tal-investimenti mill-ġdid

L-introjtu nett mill-imgħax iġġenerat fuq titoli miżmuma għal skopijiet tal-politika monetarja naqas biss bi ftit, b’EUR 36 miljun għal EUR 3,814 miljun, fl-2025 (Ċart 16), prinċipalment minħabba introjtu aktar baxx mill-imgħax minn parteċipazzjonijiet taħt l-APP (CBPP3, ABSPP u PSPP). Id-dħul nett mill-imgħax mill-investimenti tal-APP naqas bi EUR 301 miljun għal EUR 2,318 miljun, l-aktar minħabba dħul aktar baxx mill-imgħax mill-investimenti taħt l-ABSPP, li naqas bi EUR 281 miljun għal EUR 137 miljun bħala riżultat tat-tnaqqis sinifikanti fl-investimenti wara r-ripagamenti tat-titoli. L-introjtu mill-imgħax fuq titoli miżmuma taħt il-PSPP kien ta’ EUR 2,022 miljun, kważi l-istess bħal fl-2024, peress li t-titoli miżmuma taħt dan il-portafoll kienu fil-biċċa l-kbira akkwistati b’rendimenti baxxi u għalhekk il-maturazzjoni tagħhom kellha biss impatt żgħir fuq l-introjtu mill-imgħax relatat. B’kuntrast ma’ dan, l-introjtu mill-imgħax nett minn titoli miżmuma taħt il-PEPP żdied b’EUR 275 miljun għal EUR 1481 miljun, li kważi patta kompletament għat-tnaqqis fl-introjtu minn portafolli oħra tal-politika monetarja u kien prinċipalment attribwibbli għall-ispiża aktar baxxa tal-amortizzament tal-primjum fuq it-titoli tas-settur pubbliku.

Ċart 16

Dħul nett mill-imgħax/(spiża) fuq titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja

(EUR miljuni)

Sors: BĊE.

Tnaqqis fid-dħul mill-imgħax fuq il-portafoll tad-dollaru Amerikan

Id-dħul mill-imgħax nett fuq riżervi barranin naqas b’EUR 449 miljun għal EUR 2,089 miljun, l-aktar minħabba dħul aktar baxx mill-imgħax fuq titoli denominati f’dollari Amerikani.

2.3%
DFR medja fl-2025

Id-dħul mill-imgħax li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro lill-BĊE u l- ispiża tal-imgħax li tirriżulta mir-remunerazzjoni tal-pretensjonijiet tal-BĊN fir-rigward ta’ riżervi barranin ittrasferiti naqas b’EUR 2,332 miljun u EUR 2,900 miljun, u b’EUR 659 miljun għal EUR 790 miljun rispettivament fl-2025. Dan it-tnaqqis irriżulta mir-rata medja aktar baxxa ta’ remunerazzjoni (2,3 % fl-2025, meta mqabbla ma’ 4,1 % fl-2024) wara t-tnaqqis fir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE u, sa ċertu punt, l-applikazzjoni tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu (DFR, deposit facility rate) bħala l-bażi għar-remunerazzjoni minflok ir-rata MRO.

€7,706 miljun
Spiża tal-imgħax li tirriżulta mill-obbligazzjoni netta tat-TARGET tal-BĊE

Fil-biċċa l-kbira għall-istess raġuni, l-ispiża netta tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti minn/lill-BĊNi naqset b’EUR 7,968 miljun għal EUR 7,706 miljun fl-2025. Bilanċi aktar baxxi tat-TARGET, prinċipalment bħala riżultat ta' titoli tal-politika monetarja li jimmaturaw, ikkontribwew ukoll għal dan it-tnaqqis.

L-ispiża netta l-oħra tal-imgħax naqset b’EUR 994 miljun għal EUR 485 miljun fl-2025. Dan kien prinċipalment dovut għal spiża tal-imgħax aktar baxxa fuq (i) depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali, (ii) bilanċi ta’ sistemi anċillari taż-żona tal-euro, u (iii) flus riċevuti bħala kollateral fi tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli, minħabba rati medji ta’ remunerazzjoni aktar baxxi fl-2025 u bilanċi medji aktar baxxi ta’ dawn it-tliet elementi. Dawn il-bidliet ġew parzjalment paċuti minn introjtu mill-imgħax aktar baxx fuq il-portafoll tal-fondi proprji, prinċipalment minħabba amortizzament aktar baxx fuq il-bonds ta’ skont.

Qligħ nett realizzat fir-rata tal-kambju rriżulta prinċipalment minn riekwilibriju standard tar-riżervi barranin tal-BĊE

Il-qligħ nett realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji ammonta għal EUR 950 miljun fl-2025, meta mqabbel ma’ telf ta’ EUR 17-il miljun fl-2024 (Grafika 17). Dan huwa attribwit b’mod predominanti għall-qligħ realizzat mir-rata tal-kambju bħala riżultat ta’ riekwilibriju standard tal-kompożizzjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE matul l-ewwel trimestru tal-2025 biex tiġi allinjata mal-allokazzjoni fil-mira. Ir-rikavati mill-bejgħ involut ta’ porzjon żgħir ta’ investimenti f’dollari Amerikani ġew investiti mill-ġdid bis-sħiħ fil-yen Ġappuniż (Ċart 18).

Il-qligħ nett fil-prezz realizzat fuq il-bejgħ ta’ titoli denominati f’dollari Amerikani, li l-prezz tas-suq tagħhom kien affettwat b’mod pożittiv mit-tnaqqis fir-rendimenti korrispondenti tal-Istati Uniti matul is-sena (Ċart 19), ikkontribwixxa wkoll għar-riżultat ġenerali.

Ċart 17

Qligħ/telf realizzat minn operazzjonijiet finanzjarji

(miljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.

Ċart 18

Gwadanni/(telf) realizzat kull trimestru minn operazzjonijiet finanzjarji fl-2024 u fl-2025

(miljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.

Ċart 19

Redditi tal-bonds tal-gvern fl-Istati Uniti, fil-Ġappun u fiċ-Ċina

(perċentwali fis-sena; data fl-aħħar tax-xahar)

Sors: LSEG.

EUR 1,316 miljun
Tniżżil fil-valur tar-rata tal-kambju, l-aktar fuq l-investimenti tal-BĊE fil-yen Ġappuniż

It-telf mir-rivalutazzjoni mhux realizzat jitniżżel bħala spiża fil-forma ta’ tnaqqis fil-valur fi tmiem is-sena fil-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE. Fl-2025, dan it-tnaqqis ammonta għal €1,446 miljun (Ċart 20). Bħala riżultat tad-deprezzament tal-muniti barranin kontra l-euro għar-rati tal-kambju taħt il-kost tal-akkwiżizzjoni, it-telf mhux realizzat mir-rata tal-kambju ammonta għal EUR 1,316 miljun. B’mod partikolari, il-yen Ġappuniż iddeprezza 13 % sena wara sena, li rriżulta fi tniżżil fil-valur ta’ EUR 1,229 miljun ta’ investimenti f’dik il-munita. Kien hemm ukoll telf mhux realizzat fil-prezzijiet ta’ EUR 130 miljun minħabba tnaqqis fil-valur tas-suq ta’ għadd ta’ titoli miżmuma prinċipalment fil-fondi proprji u fil-portafolli tal-yen Ġappuniż.

Ċart 20

Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji

(EUR miljuni)

Sors: BĊE.

L-ispejjeż operazzjonali totali tal-BĊE, inkluż id-deprezzament u s-servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus, naqsu b’EUR 42 miljun għal EUR 1,428 miljun (Ċart 21). Dan kien dovut l-aktar għal kostijiet aktar baxxi tal-persunal fir-rigward ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul, prinċipalment minħabba li r-regoli li jirregolaw il-pjanijiet tal-pensjonijiet tal-BĊE ġew emendati fl-2024 u kost mhux rikorrenti relatat ġie rikonoxxut bis-sħiħ fil-kont tal-profitt u t-telf għal dik is-sena.

€690 miljun
Dħul mit-tariffi superviżorji

L-ispejjeż relatati mas-superviżjoni bankarja huma koperti għalkollox permezz ta’ tariffi imposti annwalment fuq l-entitajiet taħt superviżjoni. Abbażi tal-ispejjeż attwali mġarrba mill-BĊE fit-twettiq tal-kompiti ta’ superviżjoni bankarji tiegħu, id-dħul mit-tariffi superviżorji għall-2025 kien ta’ EUR 690 miljun.[27]

Ċart 21

Spejjeż operattivi u dħul mit-tariffi superviżorji

(EUR miljuni)

Sors: BĊE.

1.4 Ġestjoni tar-riskji

Il-ġestjoni tar-riskju hi parti kritika tal-attivitajiet tal-BĊE u titwettaq permezz ta’ proċess kontinwu ta’ (i) identifikazzjoni u valutazzjoni tar-riskji, (ii) analiżi tal-istrateġija u l-politika tar-riskju, (iii) implimentazzjoni ta’ azzjonijiet li jtaffu r-riskji, u (iv) sorveljanza u rappurtar tar-riskji, li lkoll huma sostnuti b’metodoloġiji, proċessi u sistemi effettivi (Grafika 2).

Figura 2

Ċiklu tal-ġestjoni tar-riskju

It-taqsimiet li ġejjin jiffokaw fuq ir-riskji, is-sorsi tagħhom u l-oqfsa applikabbli tal-kontroll tar-riskju.

1.4.1 Riskji finanzjarji

Il-Bord Eżekuttiv jipproponi politika u proċeduri li jiżguraw livell xieraq ta' protezzjoni kontra r-riskji finanzjarji li l-BĊE hu espost għalihom. Il-Kumitat tal-Ġestjoni tar-Riskju (RMC), li jinkludi esperti mill-banek ċentrali tal-Eurosistema, jikkontribwixxi għas-sorveljanza, il-kejl u r-rappurtar tar-riskji finanzjarji relatati mal-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema u jiddefinixxi u jeżamina mill-ġdid il-metodoloġiji u l-oqfsa assoċjati. B’dan il-mod, l-RMC jgħin lill-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet biex jiżguraw livell xieraq ta’ protezzjoni għall-Eurosistema.

Ir-riskji finanzjarji jirriżultaw mill-attivitajiet ewlenin tal-BĊE u mill-iskoperturi assoċjati. L-oqfsa u l-limiti tal-kontroll tar-riskju li juża l-BĊE biex jamministra l-profil tar-riskju tiegħu f’kull tip ta’ operazzjoni, jirriflettu l-għanijiet tal-politika jew tal-investiment tad-diversi portafolli kif ukoll il-karatteristiċi tar-riskju tal-assi sottostanti.

Biex jissorvelja u jivvaluta r-riskji, il-BĊE juża għadd ta’ metodi tekniċi ta’ stima tar-riskju żviluppati mill-esperti tiegħu. Dawn il-metodi tekniċi huma bbażati fuq qafas konġunt ta’ simulazzjoni tar-riskji tas-suq u tal-kreditu. Il-kunċetti, it-teknika u l-konġetturi tal-mudelli ewlenin li jiffurmaw il-bażi tal-miżuri tar-riskju jużaw l-istandards tal-industrija u d-data tas-suq disponibbli. Ir-riskji huma tipikament kwantifikati bħala n-nuqqas mistenni (ES, expected shortfall), stmat fil-livell ta’ fiduċja ta’ 99% fuq perjodu ta’ sena.[28] Jintużaw żewġ metodi għall-kalkolu tar-riskji: (i) l-approċċ kontabilistiku, li jiffoka fuq l-impatt fuq il-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE, fejn it-telf l-ewwel jiġi assorbit mill-kontijiet ta’ rivalutazzjoni applikabbli; u (ii) l-approċċ finanzjarju, li jiffoka fuq l-impatt tat-telf finanzjarju fuq l-ekwità netta kumplessiva tal-BĊE u ma jqisx il-kontijiet ta’ rivalutazzjoni bħala riżerva fil-kalkolu tar-riskju. Il-BĊE jikkalkola wkoll miżuri oħra tar-riskju fuq livelli differenti ta' fiduċja, jagħmel analiżijiet ta' sitwazzjonijiet ta' sensittività u stress, u jivvaluta tbassir fit-tul tal-iskoperturi u d-dħul biex dejjem ikollu stampa komprensiva tar-riskji.[29]

€15.2 biljun
Riskji totali (ES 99%, metodu tal-kontabilità)

Ir-riskji totali tal-BĊE naqsu kemxejn matul is-sena. Fl-aħħar tal-2025, ir-riskji finanzjarji totali tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE, kif imkejlin bl-ES f’livell ta’ fiduċja ta’ 99% fuq perjodu ta’ sena taħt il-metodu tal-kontabilità, kienu ta’ EUR 15.2 biljun, li kien kemxejn aktar baxx mir-riskji stmati fi tmiem l-2024 (Ċart 22). Tnaqqis fir-riskju xprunat mit-tnaqqis fl-investimenti tal-BĊE f’titoli tas-settur pubbliku taħt l-APP u l-PEPP kien fil-biċċa l-kbira paċut minn riskji akbar assoċjati mal-investimenti tal-BĊE f’riżervi barranin u l-portafoll tiegħu ta’ fondi proprji denominati f’euro.

Ċart 22

Riskji finanzarji totali (ES 99% approċċ kontabilistiku)

(biljuni ta’ EUR)

Sors: BĊE.

Riskju tal-kreditu

Ir-riskju għall-kreditu jiġi mill-portafolli tal-politika monetarja tal-BĊE, mill-portafoll tal-fondi proprji tiegħu u mill-investimenti tar-riżervi barranin tiegħu. Waqt li t-titoli ta’ dejn miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja huma valwati b’kost amortizzat soġġett għal indeboliment u għalhekk, fin-nuqqas ta’ bejgħ, mhumiex soġġetti għal bidliet fil-prezzijiet assoċjati ma’ migrazzjonijiet tal-kreditu, xorta waħda huma soġġetti għal riskju ta’ inadempjenza tal-kreditu. Il-fondi proprji denominati f’euro u r-riżervi barranin jiġu vvalutati bil-prezz tas-suq u, bħala tali, huma soġġetti għar-riskju tal-migrazzjoni tal-kreditu u r-riskju tal-inadempjenza tal-kreditu. Ir-riskju tal-kreditu naqas meta mqabbel mal-2024 bħala riżultat tat-tnaqqis fit-titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja.

Ir-riskju tal-kreditu jittaffa l-iżjed permezz tal-applikazzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-proċeduri tad-diliġenza dovuta u l-limiti li jvarjaw fil-portafolli kollha.

Riskji tal-munita u tal-materja prima

Ir-riskji tal-kambju u tal-materja prima jiġu mill-investimenti tal-BĊE f'muniti barranin u f'deheb. Ir-riskju tar-rata tal-kambju żdied meta mqabbel mal-2024.

Minħabba r-rwol ta’ dawn l-assi fil-politika, il-BĊE ma jagħmilx hedging tar-riskji relatati mal-munita u mal-komoditajiet. Minflok, dawn ir-riskji jittaffew permezz tal-kontijiet ta' rivalutazzjoni eżistenti u d-diversifikazzjoni tal-investimenti fil-muniti differenti u d-deheb.

Riskju ta' ekwità

Sehem żgħir tal-portafoll ta’ fondi proprji denominat f’euro tal-BĊE jiġi investit f’ETFs ta’ ekwità li jsegwu parametri referenzjarji allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, li joħloq riskju ta’ ekwità.

Minħabba l-allokazzjoni żgħira, ir-riskju tal-ekwità tal-BĊE huwa pjuttost marġinali. Dan jiġi mmitigat permezz tad-diversifikazzjoni u l-kontijiet ta’ rivalutazzjoni applikabbli.

Riskju tar-rata tal-imgħax

L-investimenti tal-BĊE f’riżervi barranin u l-portafoll ta’ fondi proprji denominati f’euro jiġu investiti l-iżjed f’titoli b'introjtu fiss u huma soġġetti għar-riskju tar-rata tal-imgħax valutat skont is-suq, billi jiġu valutati bil-prezzijiet tas-suq. Kważi nofs ir-riżervi barranin tal-BĊE huma investiti l-iżjed f'assi b'maturità relattivament qasira (ara ċ-Ċart 7 fis-Taqsima 1.3.1 “Karta tal-bilanċ”), filwaqt li l-assi fil-portafoll tal-fondi proprji ġeneralment ikollhom maturitajiet itwal (ara ċ-Ċart 9 fit-Taqsima 1.3.1 “Karta tal-bilanċ”). Ir-riskju tar-rata tal-imgħax tal-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE, kif imkejjel skont il-metodu tal-kontabilità, żdied meta mqabbel mal-2024.

Ir-riskju tar-rata tal-imgħax valutat skont is-suq huwa mtaffi permezz tal-politika tal-allokazzjoni tal-assi u l-kontijiet ta’ rivalutazzjoni.

Il-BĊE huwa soġġett ukoll għar-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta mid-diskrepanza bejn ir-rata tal-imgħax li jdaħħal fuq l-assi tiegħu u r-rata tal-imgħax li jħallas fuq l-obbligazzjonijiet tiegħu, u dan għandu impatt fuq l-introjtu nett tiegħu mill-imgħax. Dan ir-riskju mhuwiex marbut direttament ma’ xi portafoll partikolari, iżda pjuttost mal-istruttura tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE kollha kemm hi, u b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ diskrepanzi fil-maturità u r-redditu bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet. Ir-riskju tar-rata tal-imgħax naqas fl-2025, u dan jirrifletti t-tnaqqis fl-obbligazzjonijiet tal-BĊE wara t-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet f’titoli skont l-APP u l-PEPP. Minbarra li jitkejjel bħala parti mill-ES bil-livell ta’ fiduċja ta’ 99% fuq orizzont ta’ sena, dan ir-riskju huwa mmonitorjat permezz ta’ projezzjonijiet tal-profittabbiltà tal-BĊE fuq orizzont medju sa twil.

Dan it-tip ta’ riskju jiġi amministrat permezz tal-politika tal-allokazzjoni ta’ assi u jittaffa ulterjorment bl-eżistenza ta’ obbligazzjonijiet mhux remunerati fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE.

Il-materjalizzazzjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax wasslet għal telf mill-2022, u l-BĊE xorta ġarrab spiża netta tal-imgħax fl-2025. L-ispiża netta tal-imgħax kienet ferm aktar baxxa meta mqabbla mas-sentejn preċedenti, prinċipalment minħabba d-DFR li qed jonqos, li mill-1 ta’ Jannar 2025 hija r-rata ta’ remunerazzjoni ewlenija fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet. Filwaqt li l-BĊE huwa mistenni li jibda jirreġistra l-introjtu mill-imgħax nett fil-futur qrib, il-possibbiltà ta’ aktar telf mill-imgħax fis-snin li ġejjin ma tistax tiġi eskluża, minħabba d-diskrepanzi fil-maturità u fir-rendiment imsemmija qabel bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet.

Riskju relatat mat-tibdil fil-klima

Ir-riskji assoċjati mat-tibdil fil-klima qed jiġu inkorporati gradwalment fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-BĊE. Fl-2022, l-Eurosistema wettqet l-ewwel test tal-istress relatat mal-klima fuq il-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema, u dan ippermetta stima preliminari tal-impatt ta’ dan ir-riskju fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE.[30] Test tal-istress klimatiku ieħor twettaq fl-2024, u l-ittestjar tal-istress klimatiku se jkompli jitwettaq fuq bażi regolari fis-snin li ġejjin.[31]

1.4.2 Riskju operazzjonali

Il-ġestjoni tar-riskju operattiv (ORM, operational risk management) hu parti integrali tal-istruttura tal-governanza u l-proċessi ta' ġestjoni tal-BĊE.[32] Il-Bord Eżekuttiv huwa responsabbli għall-politika u l-qafas tal-ORM tal-BĊE u japprovahom, u l-Kumitat tar-Riskju Operazzjonali jappoġġa lill-Bord Eżekuttiv fit-twettiq tar-rwol tiegħu fis-sorveljanza tal-ġestjoni tar-riskji operazzjonali.[33]

L-għan ewlieni tal-qafas ORM tal-BĊE hu li jagħti kontribut biex jiżgura li l-BĊE jilħaq il-missjoni u l-għanijiet tiegħu, filwaqt li jħares ir-reputazzjoni u l-assi tiegħu kontra t-telf, l-użu ħażin u d-danni. Fil-qafas tal-ORM, kull qasam ta’ ħidma huwa responsabbli biex jidentifika, jivvaluta, jirreaġixxi għal, jirrapporta dwar u jissorvelja r-riskji, l-inċidenti u l-kontrolli operazzjonali tiegħu. F’dan il-kuntest, il-politika tal-BĊE relatata mat-tolleranza tar-riskju tipprovdi gwida dwar l-istrateġiji ta’ reazzjoni għar-riskju u l-proċeduri ta’ aċċettazzjoni tar-riskju. Hija marbuta ma’ matriċi ta’ riskju ta’ ħamsa b’ħamsa abbażi ta’ skali ta’ gradazzjoni tal-impatt u l-probabbiltà bl-applikazzjoni ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi.

L-ambjent li fih jopera l-BĊE huwa espost għal theddid dejjem aktar kumpless u interkonness, inklużi riskji ġeopolitiċi, theddid għaċ-ċibersigurtà u sfidi għas-sostenibbiltà. Hemm firxa wiesgħa ta’ riskji operazzjonali assoċjati mal-attivitajiet ta’ kuljum tal-BĊE. L-oqsma ewlenin ta’ tħassib għall-BĊE jinkludu firxa wiesgħa ta' riskji mhux finanzjarji li jirriżultaw minn nies, sistemi, proċessi, relazzjonijiet ma’ partijie terzi u avvenimenti esterni. Konsegwentement, il-BĊE stabbilixxa proċessi biex jiffaċilita ġestjoni kontinwa u effettiva tar-riskji operazzjonali tiegħu u biex jintegra l-informazzjoni dwar ir-riskju fil-proċess deċiżjonali. Barra minn hekk, il-BĊE qed ikompli jiffoka fuq it-tisħiħ tar-reżiljenza tiegħu u jqis ir-riskji b’mod wiesa’ u l-opportunitajiet minn perspettiva minn tarf sa tarf, inklużi l-aspetti tas-sostenibbiltà. Ġew stabbiliti strutturi ta’ reazzjoni u pjani ta' kontinġenza biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tan-negożju f'każ ta' xi tfixkil jew kriżi.

1.4.3 Riskju tal-kondotta

Il-BĊE għandu Uffiċċju ta’ Konformità u Governanza bħala funzjoni ewlenija tal-ġestjoni tar-riskju biex isaħħaħ il-qafas tal-governanza tal-BĊE sabiex jindirizza r-riskju tal-kondotta.[34] L-għan tiegħu huwa li jappoġġja lill-Bord Eżekuttiv fil-protezzjoni tal-integrità u r-reputazzjoni tal-BĊE, li jippromwovi standards etiċi ta’ mġiba u li jsaħħaħ ir-responsabbiltà u t-trasparenza tal-BĊE. Kumitat għall-Etika indipendenti jipprovdi pariri u gwida lil uffiċjali għolja tal-BĊE dwar kwistjonijiet ta’ integrità u kondotta u jappoġġa lill-Kunsill Governattiv fil-ġestjoni tar-riskji fil-livell eżekuttiv b’mod xieraq u koerenti. Fil-livell tal-Eurosistema u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, il-Kumitat tal-Etika u l-Konformità jaħdem lejn il-kisba ta’ implimentazzjoni koerenti tal-oqfsa ta’ kondotta għall-BĊNi u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

2 Rapporti finanzjarji tal-BĊE

2.1 Karta tal-bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2025

Assi

(miljuni ta’ EUR)

Numru
tan-nota

2025

2024

Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb

1

59,754

40,895

Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin

2

54,764

58,117

Ammonti riċevibbli mill-FMI

2.1

1,772

2,227

Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi esterni oħrajn

2.2

52,992

55,890

Pretensjonijiet kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin

2.2

2,236

4,094

Pretensjonijiet oħra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro

3

1

2

Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro

4

325,265

376,781

Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja

4.1

325,265

376,781

Pretensjonijiet intra-Eurosistema

5

129,563

127,067

Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

5.1

129,563

127,067

Assi oħrajn

6

31,756

33,644

Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

6.1

1,055

971

Assi finanzjarji oħra

6.2

23,211

22,781

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ

6.3

273

681

Dovuti u spejjeż imħallsin bil-quddiem

6.4

7,108

9,158

Diversi

6.5

110

53

Assi totali

603,339

640,600

Nota: It-totali fir-rapporti finanzjarji u fit-tabelli inklużi fin-noti jistgħu ma jaqblux minħabba żieda/tnaqqis sal-eqreb euro. Iċ-ċifri 0 u (0) jindikaw ammonti pożittivi jew negattivi mqarrba għal żero, waqt li s-sing (-) jindika żero.

Obbligazzjonijiet

(miljuni ta’ EUR)

Numru
tan-nota

2025

2024

Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

7

129,563

127,067

Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro

8

489

2,388

Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro

9

26,022

24,554

Gvern ġenerali

9.1

74

73

Obbligazzjonijiet oħra

9.2

25,947

24,482

Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro

10

26,846

39,859

Obbligazzjonijiet intra-Eurosistema

11

354,060

388,676

Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin

11.1

40,562

40,562

Obbligazzjonijiet relatati mat-TARGET (nett)

11.2

313,491

348,074

Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)

11.3

8

40

Obbligazzjonijiet oħra

12

4,745

7,615

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ

12.1

0

-

Dovuti u introjti miġbura bil-quddiem

12.2

3,661

6,288

Diversi

12.3

1,084

1,327

Provvedimenti

13

84

72

Provvedimenti oħra

13.1

84

72

Kontijiet ta’ rivalutazzjoni

14

63,068

50,653

Kapital u riżervi

15

8,925

8,925

Kapital

15.1

8,925

8,925

Telf akkumulat riportat

16

(9,210)

(1,266)

Profitt/(telf) għas-sena

(1,254)

(7,944)

Obbligazzjonijiet totali

603,339

640,600

2.2 Kont tal-profitt u t-telf għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2025

(miljuni ta’ EUR)

Numru
tan-nota

2025

2024

Introjtu/(spiża) nett/a mill-imgħax

22

(178)

(6,983)

Dħul mill-imgħax

39,328

66,898

Spejjeż tal-imgħax

(39,507)

(73,881)

Riżultat nett ta’ operazzjonijiet finanzjarji u tnaqqis tal-valur

(497)

(286)

Qligħ/telf realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji

23

950

(17)

Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji

24

(1,446)

(269)

Dħul/(spiża) nett(a) minn tariffi u kummissjonijiet

25

700

674

Dħul minn ishma azzjonarji u interessi parteċipanti

26

14

1

Dħul ieħor

27

135

119

Kostijiet tal-persunal

28

(809)

(844)

Spejjeż amministrattivi

29

(516)

(513)

Deprezzament ta’ assi fissi tanġibbli u intanġibbli

(94)

(104)

Servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus

30

(8)

(9)

Profitt/(telf) qabel it-trasferiment (lejn)/mill-provvedimenti kontra r-riskji

(1,254)

(7,944)

Trasferiment (lil)/minn provvedimenti kontra r-riskju

31

-

-

Profitt/(telf) għas-sena

(1,254)

(7,944)

Frankfurt am Main, 17 ta’ Frar 2025
Bank Ċentrali Ewropew

Christine Lagarde
President

2.3 Politika tal-kontabilità

Forma u preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji

Ir-rapporti finanzjarji tal-BĊE tfasslu skont il-politika ta’ kontabilità li ġejja,[35] li, fil-fehma tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jagħtu preżentazzjoni ġusta tar-rapporti finanzjarji u fl-istess ħin jirriflettu n-natura tal-attivitajiet ta’ bank ċentrali.

Prinċipji tal-kontabilità

Ġew applikati l-prinċipji tal-kontabilità li ġejjin: ir-realtà u trasparenza ekonomika, il-prudenza, il-materjalità, il-konsistenza u l-komparabbiltà, in-negozju avvjat, il-prinċipju tad-dovuti u l-għarfien ta’ avvenimenti wara l-għeluq tas-sena finanzjarja.

Rikonoxximent tal-assi u l-obbligazzjonijiet

Assi jew obbligazzjoni hija rikonoxxuta biss fil-Karta tal-Bilanċ meta jkun probabbli li kull benefiċċju assoċjat fil-ġejjieni jgħaddi minn jew lejn il-BĊE, ir-riskji jew il-premijijiet assoċjati kollha jkunu ġew ittrasferiti lill-BĊE, u l-ispiża jew il-valur ta’ l-assi jew l-ammont ta’ l-obbligu jistgħu jitkejlu b’mod affidabbli.

Bażi tal-kontabilità

Il-kontijiet tħejjew abbażi tal-kost storiku, modifikat biex jinkludi l-valutazzjoni tas-suq tat-titoli negozjabbli (barra titoli ta’ dejn attwalment miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja), tad-deheb u tal-assi u l-obbligazzjonijiet l-oħra kollha inklużi fil-karta tal-bilanċ u esklużi minnha denominati f’munita barranija.

It-tranżazzjonijiet f’assi u obbligazzjonijiet finanzjarji jidhru fil-kontijiet bid-data meta jkunu ġew konklużi.

Bl-eċċezzjoni tat-tranżazzjonijiet spot f’titoli, it-tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji denominati f’muniti barranin jidħlu fil-kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ bid-data ta’ meta jkunu saru. Fid-data tal-ħlas, l-entrati esklużi mill-karta tal-bilanċ jiġu riversjati, u t-tranżazzjonijiet jiddaħħlu fil-karta tal-bilanċ. Ix-xiri u l-bejgħ ta’ munita barranija jaffettwa l-pożizzjoni netta f’munita barranija fid-data ta’ meta jkun sar, u r-riżultati realizzati mill-bejgħ jiġu kalkulati wkoll f’din id-data. L-imgħax, il-primjums u l-iskontijiet dovuti relatati mal-istrumenti finanzjarji denominati f’muniti barranin jiġu kalkulati u rreġistrati kuljum, u l-pożizzjoni f’munita barranija tiġi affettwata wkoll kuljum minn dawn id-dovuti.

Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija

L-assi u l-obbligazzjonijiet denominati f’munita barranija jinqalbu f’euro bir-rata tal-kambju tad-data tal-karta tal-bilanċ. Id-dħul u l-ispejjeż jinqalbu bir-rata tal-kambju tad-data meta jiġu rreġistrati. Ir-rivalutazzjoni ta’ assi u obbligazzjonijiet tal-kambju barrani, fosthom l-istrumenti inklużi fil-karta tal-bilanċ u esklużi minnha, issir għal kull munita individwali.

Ir-rivalutazzjoni bil-prezz tas-suq ta’ assi u obbligazzjonijiet denominati f’muniti barranin tinħadem b’mod separat mir-rivalutazzjoni tar-rata tal-kambju.

Id-deheb jiġi vvalutat bil-prezz tas-suq prevalenti fid-data tal-karta tal-bilanċ. Ma ssir ebda distinzjoni bejn id-differenzi fir-rivalutazzjoni tal-prezz u tal-munita fil-każ tad-deheb. Minflok, jingħata kont ta’ stima waħda tad-deheb abbażi tal-prezz f’euro għal kull uqija ta’ deheb fin, li, għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2025, kienet derivata mir-rata tal-kambju tal-euro kontra d-dollaru Amerikan fil-31 ta’ Diċembru 2025.

Id-dritt speċjali ta’ kreditu (SDR, special drawing right) jiġi definit f’termini ta’ basket ta’ muniti u l-valur tiegħu jiġi ddeterminat mis-somma ppeżata tar-rati tal-kambju ta’ ħames valuti kbar (id-dollaru Amerikan, l-euro, ir-renminbi Ċiniż, il-yen Ġappuniż u l-lira sterlina). L-investimenti tal-BĊE f'SDRs inqelbu f'euro bir-rata tal-kambju tal-euro kontra l-SDR tal-31 ta’ Diċembru 2025.

Titoli

Titoli miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja
It-titoli tad-dejn miżmumin attwalment għall-għanijiet tal-politika monetarja jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat soġġett għal indeboliment.

Titoli oħra
It-titoli negozjabbli (barra dawk miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja) u assi simili jiġu vvalutati jew bil-prezzijiet medji tas-suq jew abbażi tal-kurva tar-redditi rilevanti fid-data tal-karta tal-bilanċ, għal kull titolu individwali. L-opzjonijiet inkorporati fit-titoli ma jiġux separati għall-għanijiet tal-valutazzjoni. Għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2025, intużaw il-prezzijiet medji tas-suq tat-30 ta’ Diċembru 2025.

Fondi ta’ investiment negozjabbli jiġu rivalwati fuq bażi netta fuq livell ta’ fond, bl-użu tal-valur nett tal-assi tagħhom. Ma jiġi applikat ebda nnettjar bejn gwadanni u telf mhux realizzati f’fondi ta’ investiment differenti.

Ishma azzjonarji illikwidi u strumenti azzjonarji oħra miżmumin bħala investimenti permanenti jiġu vvalutati bil-prezz tal-akkwist soġġett għal indeboliment.

Rikonoxximent tad-dħul

Id-dħul u l-ispejjeż jiġu rikonoxxuti fil-perjodu meta jidħlu jew meta jiġġarrbu.[36] Il-profitt u telf realizzati li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ muniti barranin, deheb u titoli jiġu rreġistrati fil-kont tal-profitt u t-telf. Dawn il-gwadanni u t-telf realizzati jiġu kkalkulati b’referenza għall-kost medju tal-assi rispettivi.

Il-qligħ mhux realizzat ma jiġix rikonoxxut bħala dħul iżda jiġi trasferit direttament f’kont ta’ rivalutazzjoni.

It-telf mhux realizzat jiġi rreġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf jekk, fl-aħħar tas-sena, ikun ikbar mill-qligħ tar-rivalutazzjoni preċedenti akkumulat fil-kont ta’ rivalutazzjoni rispettiv. Dan it-telf mhux realizzat fuq kwalunkwe titolu jew munita jew fuq investimenti f’deheb ma jiġix innettjat kontra l-gwadanni mhux realizzati fuq titoli oħra, muniti jew deheb. Fil-każ li dan it-telf mhux realizzat minn xi partita jiġi reġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf, il-kost medju ta’ din il-partita jitnaqqas bir-rata tal-kambju jew bil-prezz tas-suq tal-aħħar tas-sena.

It-telf mill-indeboliment jiġi rreġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf u ma jiġix riversjat fis-snin ta’ wara ħlief jekk l-indeboliment jonqos u t-tnaqqis jista’ jiġi attribwit ma’ avveniment osservabbli li jseħħ wara li l-indeboliment ikun ġie rreġistrat għall-ewwel darba.

Primjums jew skontijiet fuq titoli jiġu amortizzati fuq il-bqija tal-ħajja kuntrattwali tat-titoli.

Tranżazzjonijiet inversi

It-tranżazzjonijiet inversi huma operazzjonijiet li bihom il-BĊE jixtri jew ibigħ assi taħt ftehim ta’ riakkwist.

Fi ftehim ta’ riakkwist, it-titoli jinbiegħu bi flus kontanti bi ftehim li jsir fl-istess ħin biex jerġgħu jinxtraw mingħand il-kontroparti bi prezz miftiehem f’data stabbilita fil-ġejjieni. Ftehimiet ta’ riakkwist jidħlu fil-kontijiet bħala depożiti kollateralizzati fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-karta tal-bilanċ. Titoli mibjugħin b’tali ftehim jibqgħu fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE.

Fi ftehim ta’ riakkwist riversjat, it-titoli jinxtraw bi flus kontanti bi ftehim li jsir fl-istess ħin biex jerġgħu jinbiegħu lill-kontroparti bi prezz miftiehem f’data stabbilita fil-ġejjieni. Ftehimiet ta’ riakkwist riversjat jiġu reġistrati fil-kontijiet bħala self kollateralizzat fuq in-naħa tal-attivi tal-karta tal-bilanċ iżda ma jiġux inklużi fl-investimenti f’titoli tal-BĊE.

It-tranżazzjonijiet inversi (fosthom tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli) li jsiru fi programm offrut minn istituzzjoni speċjalizzata jiġu rreġistrati biss fil-karta tal-bilanċ meta jiġi pprovdut kollateral fi flus kontanti u dawn il-flus kontanti jibqgħu ma jiġux investiti.

Strumenti barra l-karta tal-bilanċ

L-istrumenti tal-munita, li jinkludu tranżazzjonijiet forward tal-kambju barrani, il-forward legs tal-iswaps tal-kambju barrani u strumenti oħra tal-munita li jinvolvu l-kambju minn munita għall-oħra f’data fil-ġejjieni, jiġu inklużi fil-pożizzjoni netta tal-munita barranija biex jiġu kkalkulati l-kost medju u l-qligħ u t-telf mill-kambju barrani.

L-istrumenti tar-rati tal-imgħax jiġu rivalutati individwalment. Bidliet ta’ kuljum fil-marġni ta’ varjazzjoni tar-rata tal-imgħax ta’ kuntratti futures miftuħin jidħlu fil-kont tal-profitt u t-telf.

Il-valutazzjoni tat-tranżazzjonijiet forward f’titoli ssir abbażi ta’ metodi ta’ valutazzjoni aċċettati b’mod ġenerali bi prezzijiet u b’rati osservabbli tas-suq, kif ukoll il-fatturi ta’ skont mid-dati tas-saldu sad-data tal-valutazzjoni.

Assi fissi

Assi fissi, fosthom assi intanġibbli iżda bl-esklużjoni tal-artijiet u x-xogħlijiet tal-arti, jiġu valutati bil-prezz tal-akkwist li minnu jitnaqqas id-deprezzament. L-artijiet u x-xogħlijiet tal-arti jiġu valutati bil-prezz tal-akkwist. Il-bini ewlieni tal-BĊE jiġi valwat bil-prezz tal-akkwist bid-deprezzament imnaqqas u soġġett għall-indeboliment. Għad-deprezzament tal-bini ewlieni tal-BĊE, il-kostijiet jiġu assenjati lill-komponenti xierqa tal-assi li jiġu deprezzati skont l-istima tal-ħajja utli tagħhom. Id-deprezzament jiġi kalkolat bil-metodu straight-line matul il-ħajja utli mistennija tal-assi, mit-trimestru wara li l-assi jsir disponibbli għall-użu. Il-ħajja utli mistennija għall-kategoriji ewlenin ta’ assi tidher hawn taħt:

Bini

20, 25 jew 50 sena

Impjanti fil-bini

10 jew 15-il sena

Hardware u software tal-IT

4 snin

Tagħmir tekniku

4, 10 jew 15-il sena

Għamara

10 snin

Vetturi bil-mutur

4 snin

Il-perjodu ta’ deprezzament għall-ispiża kapitalizzata fuq it-tiġdid tal-bini relatata mal-bini mikri bħalissa mill-BĊE ġie aġġustat biex jitqiesu l-avvenimenti li jkollhom impatt fuq il-ħajja utli mistennija tal-assi kkonċernat.

Il-BĊE jwettaq test annwali ta’ indeboliment tal-bini ewlieni tiegħu u assi bid-dritt tal-użu relatati mal-bini tal-uffiċċji (ara "Kirjiet" hawn taħt). Jekk jiġi identifikat indikatur tal-indeboliment u jiġi stmat li l-assi jista' jkun fi stat ta' indeboliment, issir stima tal-ammont rekuperabbli. Telf minħabba indeboliment jiġi reġistrat fil-kont tal-profitt u t-telf jekk l-ammont rekuperabbli jkun inqas mill-valur nominali nett.

L-assi fissi li jiswew inqas minn EUR 10,000 jiġu mħassra fis-sena tal-akkwist.

Assi fissi li jikkonformaw mal-kriterji ta’ kapitalizzazzjoni iżda li jkunu għadhom qegħdin jinbnew jew jiġu żviluppati jiġu rreġistrati taħt “Assi li qegħdin jinbnew”. Il-kostijiet relatati huma trasferiti għall-klassijiet rilevanti tal-assi fissi ladarba l-assi jkunu disponibbli għall-użu.

Kirjiet

Il-BĊE jaġixxi kemm bħala lokatarju kif ukoll bħala sublokatur.

Il-BĊE bħala lokatarju
Għall-kirjiet kollha li għalihom il-BĊE huwa lokatarju u li jinvolvu assi tanġibbli, l-assi tad-dritt tal-użu u l-obbligazzjoni tal-lokazzjoni relatati huma rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ fid-data tal-bidu tal-lokazzjoni, jiġifieri ladarba l-assi jkun disponibbli għall-użu, u jiġu inklużi taħt il-klassijiet rilevanti tal-assi fissi ta’ “Assi fissi tanġibbli u intanġibbli” u taħt “Diversi” (obbligazzjonijiet) rispettivament. Meta l-kirjiet jikkonformaw mal-kriterji tal-kapitalizzazzjoni, iżda l-assi involut ikun għadu qed jinbena jew jiġi adattat, il-kostijiet imġarrba qabel id-data tal-bidu tal-kirja jiġu rreġistrati taħt “Assi taħt kostruzzjoni”.

Assi marbuta mad-dritt tal-użu jiġu vvalutati bil-prezz tal-akkwist nieqes id-deprezzament. Barra minn hekk, assi bid-dritt tal-użu relatati ma' binjiet ta’ uffiċċji huma soġġetti għal indeboliment (għal aktar informazzjoni dwar it-test annwali tal-indeboliment, ara “Assi fissi” hawn fuq). Id-deprezzament jiġi kkalkolat fuq bażi straight-line mid-data tal-bidu tal-lokazzjoni sa, jew it-tmiem tal-ħajja utli tal-assi bid-dritt ta’ użu jew it-tmiem tal-perjodu tal-lokazzjoni, skont liema jiġi l-ewwel.

L-obbligazzjoni tal-lokazzjoni titkejjel inizjalment bil-valur preżenti tal-pagamenti futuri tal-lokazzjoni (li jinkludu biss komponenti tal-kirja), skontati bl-użu tar-rata inkrementali tas-self tal-BĊE. Sussegwentement, ir-responsabbiltà tal-kirja titkejjel b’kost amortizzat bl-użu tal-metodu ta’ imgħax effettiv. L-ispiża tal-imgħax relatata tiġi rreġistrata taħt “Spiża tal-imgħax” fil-kont tal-qligħ u t-telf. Meta jkun hemm bidla fil-pagamenti ta’ kirja futura li tirriżulta minn bidla f’indiċi jew minn rivalutazzjoni oħra tal-kuntratt eżistenti, l-obbligazzjoni tal-kirja titkejjel mill-ġdid. Kull kejl mill-ġdid bħal dan jirriżulta f'aġġustament korrispondenti għall-ammont miżmum fil-kotba tal-assi bid-dritt tal-użu.

Kirjiet għal żmien qasir b’tul ta’ 12-il xahar jew inqas u kirjiet ta’ assi ta’ valur baxx taħt €10,000 (konsistenti mal-limitu użat għar-rikonoxximent ta’ assi fissi) jiġu rreġistrati bħala spiża fil-kont tal-profitt u t-telf.

Il-BĊE bħala sullokatur
Għal-kirjiet kollha li għalihom il-BĊE huwa sullokatur, il-BĊE jagħti lil partijiet terzi d-dritt li jużaw l-assi sottostanti (jew parti minn dak l-assi), filwaqt li l-kirja bejn is-sid oriġinali u l-BĊE (il-kirja prinċipali) tibqa’ fis-seħħ. Is-sullokazzjoni hija kklassifikata bħala kirja finanzjarja jew operatorja[37] b’referenza għall-assi tad-dritt tal-użu li tirriżulta mill-kirja prinċipali, aktar milli b’referenza għall-assi sottostanti.

Is-sullokazzjonijiet li għalihom il-BĊE huwa sullokatur huma kklassifikati bħala kirja finanzjarja. Għal tali kirjiet, il-BĊE jirtira minn taħt “Assi fissi eliġibbli u intanġibbli” l-assi bid-dritt tal-użu relatat mal-kirja prinċipali (jew parti minn tali assi) li jiġi ttrasferit lis-sullokatarju u jirrikonoxxi riċevibbli ta’ sullokazzjoni taħt “Diversi” (assi). L-obbligazzjoni ta’ kirja relatata mal-kirja prinċipali tibqa’ mhux affettwata mis-sullokazzjoni.

Fid-data tal-bidu tal-kirja, ir-riċevibbli tas-sublokazzjoni inizjalment jitkejjel bil-valur preżenti tal-ħlasijiet tal-kiri futuri li jakkumulaw għall-BĊE, skontati bl-użu tar-rata ta’ skont użata għall-lokazzjoni prinċipali. Sussegwentement, ir-riċevibbli tas-sullokazzjoni jitkejjel b’kost amortizzat bl-użu tal-metodu ta’ imgħax effettiv. L-introjtu mill-imgħax relatat jiġi rreġistrat taħt “Introjtu mill-imgħax” fil-kont tal-qligħ u t-telf.

Benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul

Ħarsa ġenerali lejn l-arranġamenti
Il-BĊE jħaddem skemi ta’ benefiċċji definiti għall-persunal tiegħu u għall-membri tal-Bord Eżekuttiv, kif ukoll għall-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE.

L-iskema tal-pensjoni tal-persunal hija finanzjata b’assi miżmumin f’fond ta’ benefiċċji fit-tul għall-impjegati. Dan jinkludi pilastru ta’ benefiċċju definit u pilastru ta’ kontribuzzjoni definita. Kemm il-BĊE kif ukoll il-membri tal-persunal jagħmlu kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-pilastru ta’ benefiċċju ddefinit tal-iskema. Il-membri tal-persunal jistgħu jagħmlu kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali għal pilastru ta’ kontribuzzjoni definita. Meta jirtiraw, il-membri tal-persunal jistgħu jikkonvertu l-valur akkumulat tal-kont tal-kontribuzzjoni definita tagħhom f’annwalità addizzjonali.[38]

Għall-membri tal-Bord Eżekuttiv u l-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE, hemm fis-seħħ arranġamenti mhux iffinanzjati għal benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul (inklużi pensjonijiet). Għall-persunal, hemm fis-seħħ arranġamenti mhux iffinanzjati għal benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul (minbarra l-pensjonijiet).

Obbligazzjoni tal-benefiċċji definiti netti
L-obbligazzjoni rikonoxxuta taħt “Diversi” (obbligazzjonijiet) fil-karta tal-bilanċ fir-rigward tal-pjanijiet ta’ benefiċċju ddefiniti, inklużi benefiċċji oħra fit-tul, hi l-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċji definiti fid-data tal-karta tal-bilanċ, li minnu jitnaqqas il-valur ġust tal-assi tal-pjan.

Il-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċji ddefinit jiġi kalkulat kull sena minn attwarji indipendenti bl-użu tal-metodu tal-unità ta’ kreditu projettata. Dan isir billi jiġu skontati l-flussi tal-flus futuri stmati bl-użu ta’ rata li hija bbażata fuq ir-rendimenti tas-suq fid-data tal-karta bilanċjali ta’ bonds korporattivi denominati f’euro ta’ kwalità għolja li għandhom termini simili għall-maturità għall-obbligu relatat.

Il-gwadanni u t-telf attwarji jistgħu jirriżultaw minn aġġustamenti għall-esperjenza (fejn ir-riżultati attwali jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet attwarji li jkunu saru qabel) u minn bidliet fis-suppożizzjonijiet attwarji.

Kost nett tal-benefiċċji definiti
Il-kost nett tal-benefiċċji definiti jinqasam f’komponenti rrapportati fil-kont tal-profitt u t-telf u kalkoli ġodda fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg li jidħlu fil-“Kontijiet ta’ rivalutazzjoni” tal-karta tal-bilanċ.

L-ammont nett li jidħol fil-kont tal-profitt u t-telf jiġbor fih:

  1. il-kost kurrenti tas-servizz tal-benefiċċji definiti dovuti għas-sena;
  2. il-kost tas-servizz tal-passat, jekk preżenti, tal-benefiċċji definiti li tirriżulta minn emenda fl-iskema;
  3. il-kost tal-imgħax nett bir-rata ta’ skont fuq l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit nett;
  4. kejl mill-ġdid fir-rigward ta’ benefiċċji oħra fit-tul.

L-ammont nett li jidher fil-“Kontijiet ta’ rivalutazzjoni” jinkludi l-partiti li ġejjin:

  1. gwadanni u telf attwarji fir-rigward ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg;
  2. ir-redditu attwali fuq l-assi tal-iskema, minbarra l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti.

Dawn l-ammonti jiġu ddeterminati kull sena minn attwarji indipendenti.

Bilanċi intra-SEBĊ/intra-Eurosistema

Il-bilanċi intra-SEBĊ jiġu primarjament mill-ħlasijiet transkonfinali fl-Unjoni Ewropea (UE) li jiġu konklużi f’euro bi flus tal-banek ċentrali. Dawn it-tranżazzjonijiet fil-biċċa l-kbira tagħhom isiru minn entitajiet privati (eż. istituzzjonijiet ta’ kreditu, korporazzjonijiet u individwi). Jiġu saldati f’TARGET – it-Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system – u joħolqu bilanċi bilaterali fil-kontijiet ta’ TARGET tal-banek ċentrali tal-UE. Il-ħlasijiet li jsiru mill-BĊE u mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jaffettwaw ukoll dawn il-kontijiet. Kull saldu jiġi awtomatikament aggregat u aġġustat biex jifforma parti minn pożizzjoni waħda għal kull BĊN fil-konfront tal-BĊE. Dawn il-pożizzjonijiet fil-kotba tal-BĊE jirrappreżentaw l-klejm jew l-obbligazzjoni netta ta’ kull BĊN kontra l-bqija tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). Il-movimenti fil-kontijiet tat-TARGET huma riflessi fir-rekords tal-kontabilità tal-BĊE u tal-BĊNi fuq bażi ta’ kuljum.

Il-bilanċi fi ħdan l-Eurosistema tal-BĊN taż-żona tal-euro vis-à-vis il-BĊE li jirriżultaw minn TARGET huma ppreżentati fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE bħala pożizzjoni waħda netta tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet u jidhru taħt “Pretensjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)” jew “Obbligazzjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)”. Il-bilanċi f’intra-SEBĊ ta’ BĊNi barra ż-żona tal-euro meta mqabbla mal-BĊE, li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tagħhom f’TARGET,[39] huma divulgati taħt “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”.

Il-bilanċi fi ħdan l-Eurosistema mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fl-Eurosistema jidħlu bħala assi wieħed nett fi “Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema” (ara “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” hawn taħt).

Il-bilanċi fi ħdan l-Eurosistema mit-trasferiment ta’ assi f’riżervi barranin lill-BĊE mill-BĊN li jissieħbu fl-Eurosistema huma denominati f’euro u jidħlu f’“Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin”.

Bilanċi oħra intra-Eurosistema denominati f’euro (eż. it-tqassim tal-profitt interim tal-BĊE lill-BĊNi, jekk ikun hemm), huma ppreżentati fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE bħala pożizzjoni waħda netta tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet taħt “Pretensjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)” jew “Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)”.

Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

Il-BĊE u l-BĊNi taż-żona tal-euro, li flimkien jikkostitwixxu l-Eurosistema, joħorġu l-karti tal-flus tal-euro.[40] Il-valur totali tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni jiġi allokat lill-banek ċentrali tal-Eurosistema fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ kull xahar skont l-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus.[41]

Il-BĊE ġie allokat sehem ta’ 8% tal-valur totali tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, li huwa divulgat fil-karta tal-bilanċ fil-partita tal-obbligazzjonijiet “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni”. Is-sehem tal-BĊE fil-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni huwa kopert bi pretensjonijiet fil-konfront tal-BĊN. Dawn il-pretensjonijiet, li jagħtu l-imgħax,[42] huma ddivulgati taħt “Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema” (ara “Bilanċi intra-SEBĊ/intra-Eurosistema” hawn fuq). L-introjtu mill-imgħax fuq dawn il-pretensjonijiet huwa inkluż fil-kont tal-profitt u t-telf taħt "Introjtu mill-imgħax".

Provvediment kontra riskji finanzjarji

Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jittrasferixxi dan l-introjtu tal-BĊE kollu jew parti minnu għal provvediment kontra riskji finanzjarji. Dan il-provvediment jista’ jintuża sal-grad meqjus bħala meħtieġ mill-Kunsill Governattiv sabiex jiġi paċut telf li jseħħ bħala riżultat ta’ skoperturi għal riskji finanzjarji. Id-daqs u r-rekwiżit kontinwu għall-provvediment għal riskji finanzjarji jiġu rieżaminati kull sena, abbażi tal-valutazzjoni tal-BĊE tal-iskopertura tiegħu għal dawn ir-riskji u b’kunsiderazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi, sakemm id-daqs tiegħu ma jkunx żero u, fl-istess ħin, ma jkun hemm l-ebda introjtu tal-BĊE li għandu jiġi ttrasferit lilu.[43]

Tqassim tal-profitti interim

Ammont li jkun daqs id-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u d-dħul mit-titoli miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja mixtrija (i) fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli; (ii) fit-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti; (iii) fil-programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi; (iv) fil-programm ta’ xiri ta’ assi mis-settur pubbliku; u (v) fil-programm ta’ xiri tal-emerġenza pandemika jitqassam f’Jannar tas-sena ta’ wara permezz ta’ tqassim tal-profitt interim, sakemm il-Kunsill Governattiv ma jiddeċidix mod ieħor.[44] Kull deċiżjoni ta’ dan it-tip tittieħed meta, fuq il-bażi ta’ stima motivata mħejjija mill-Bord Eżekuttiv, il-Kunsill Governattiv jistenna li l-BĊE jkollu telf ġenerali annwali jew jagħmel profitt annwali li jkun inqas minn dan l-introjtu. Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi wkoll li jittrasferixxi dan id-dħul kollu jew parti minnu għal provvediment għal riskji finanzjarji (ara “Provvediment għal riskji finanzjarji” fuq).

Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jnaqqas l-ammont tad-dħul fuq il-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni li għandu jitqassam f'Jannar bl-ammont tal-kostijiet imġarrbin mill-BĊE fir-rigward tal-ħruġ u l-ipproċessar tal-karti tal-flus tal-euro.

Avvenimenti wara l-karta tal-bilanċ

Il-valuri tal-assi u l-obbligazzjonijiet jiġu aġġustati għal avvenimenti li jseħħu bejn id-data tal-karta tal-bilanċ annwali u d-data meta l-Bord Eżekuttiv jawtorizza l-preżentazzjoni tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE għall-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv, jekk dawn l-avvenimenti jaffettwaw materjalment il-kundizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet fid-data tal-karta tal-bilanċ.

Avvenimenti importanti post karta tal-bilanċ li ma jaffettwawx il-kundizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet fid-data tal-karta tal-bilanċ jidhru fin-noti.

Bidliet fil-politika tal-kontabilità

Fl-2025 ma kien hemm ebda bidla fil-politika tal-kontabilità applikata mill-BĊE.

Kwistjonijiet oħra

Fit-13 ta’ Marzu 2024, il-Kunsill Governattiv iddeċieda dwar bidliet fil-qafas operattiv għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja.[45] Fl-istess kuntest, il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li mill-1 ta’ Jannar 2025 ir-rata tal-imgħax applikata għall-faċilità ta’ depożitu offruta mill-Eurosistema ssir il-bażi għar-remunerazzjoni ta’ (i) pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema, (ii) bilanċi tat-TARGET dovuti minn/lill-BĊNi, u (iii) obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin. Sa tmiem is-sena 2024, il-bażi għal din ir-remunerazzjoni kienet ir-rata tal-imgħax użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament.

Ħatra ta’ awditur estern

Skont l-Artikolu 27 tal-Istatut tas-SEBĊ, u abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv, il-Kunsill tal-UE inizjalment approva l-ħatra ta’ Forvis Mazars GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft Steuerberatungsgesellschaft, Hamburg (Repubblika Federali tal-Ġermanja) bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għal perjodu ta’ 5 snin sa tmiem is-sena finanzjarja 2029. Dan il-perjodu ta’ 5 snin jista’ jiġi estiż sa sentejn finanzjarji addizzjonali.

2.4 Noti għall-karta tal-bilanċ

Nota 1 - Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb

L-investimenti tal-BĊE f’deheb kienu skont kif ġej:

2025

2024

Kwantità

Uqiji ta’ deheb fin 1

16,285,778

16,285,778

Prezz

Dollari Amerikani għal kull uqija ta’ deheb fin

4,311.200

2,608.750

Dollari Amerikani għal kull euro

1.1750

1.0389

Valur tas-suq (miljuni ta’ EUR)

59,754

40,895

1) Dan jikkorrispondi għal 506.5 tunnellata kemm għall-2025 kif ukoll għall-2024.

Iż-żieda fil-valur ekwivalenti f’euro ta’ dawn l-investimenti kien dovut għaż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro (ara “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità” u n-nota 14 “Kontijiet ta’ rivalwazzjoni”).

Nota 2 - Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro u residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin

Nota 2.1 - Ammonti riċevibbli mill-FMI

Din il-partita tirrappreżenta l-investimenti tal-BĊE f’SDRs, li ammontaw għal EUR 1,772 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2025 (2024: €2,227 miljun). Il-parteċipazzjonijiet jirriżultaw bħala riżultat ta’ arranġament kummerċjali reċiproku volontarju mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) ta’ xiri u bejgħ ta’ SDRs fejn l-FMI huwa awtorizzat jorganizza bejgħ jew xiri ta’ SDRs bl-euro, f’isem il-BĊE, fi ħdan livelli minimi u massimi ta’ investiment. Għall-għanijiet tal-kontabilità, l-SDRs jitqiesu bħala munita barranija (ara “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”). Il-parteċipazzjonijiet ta’ SDRs tal-BĊE naqsu fl-2025 prinċipalment bħala riżultat ta’ tranżazzjonijiet li seħħew fil-kuntest tal-ftehim ta’ negozjar volontarju msemmi hawn fuq. Barra minn hekk, id-deprezzament tal-SDR meta mqabbel mal-euro matul l-2025 ikkontribwixxa għaż-żieda fil-valur ekwivalenti għall-euro ta’ dawn l-investimenti.

Nota 2.2 – Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra; u pretensjonijiet fil-konfront ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin

Dawn iż-żewġ partiti jikkonsistu f’bilanċi ma’ banek u self denominat f’munita barranija, u f’investimenti f’titoli denominati f’dollari Amerikani, yen Ġappuniżi u renminbi Ċiniżi.

Il-komponenti ta’ din il-partita kienu kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Pretensjonijiet fil-konfront ta’ persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro

Kontijiet kurrenti1

4,685

3,809

876

Depożiti fis-suq monetarju

1,384

737

647

Ftehimiet ta’ repo rriversjat

1,777

3,209

(1,432)

Investimenti f’titoli

45,146

48,135

(2,989)

Pretensjonijiet totali fil-konfront ta’ persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro

52,992

55,890

(2,899)

Pretensjonijiet kontra residenti taż-żona tal-euro

Kontijiet kurrenti

25

17

8

Depożiti fis-suq monetarju

670

1,464

(794)

Ftehimiet ta’ repo rriversjat

1,541

2,613

(1,072)

Pretensjonijiet totali kontra residenti taż-żona tal-euro

2,236

4,094

(1,858)

Total

55,228

59,985

(4,757)

1) Sa mill-2025, il-BĊE jippreżenta investiment mil-lum għall-għada ta’ bilanċi tal-flus taħt “Ftehimiet ta’ repo rriversjat” jekk dawn il-fondi jkunu parti minn akkomunament ta’ riakkwist. Il-bilanċi relatati ta’ EUR 2,968 miljun fi tmiem l-2024 ġew riklassifikati minn “Kontijiet kurrenti” għal “Ftehimiet ta’ repo rriversjat” skont dan.

Il-valur totali ta' dawn il-partiti naqas fl-2025, l-iżjed minħabba d-deprezzament tad-dollaru Amerikan u tal-yen Ġappuniż kontra l-euro. Dan it-tnaqqis kien parzjalment paċut, prinċipalment mill-introjtu ggwadanjat matul is-sena fuq il-portafoll tad-dollaru Amerikan.

L-investimenti netti f’muniti barranin [46] kienu skont kif ġej:

(munita barranija, miljuni)

2025

2024

Dollari Amerikani

53,316

55,047

Yen Ġappuniż

1,715,294

1,087,826

Renminbi Ċiniżi

4,802

4,694

Matul l-ewwel trimestru tal-2025, il-BĊE biegħ porzjon żgħir tal-parteċipazzjonijiet tiegħu f’dollari Amerikani u investa mill-ġdid kompletament ir-rikavati fil-yen Ġappuniż. Dan kien parti minn riekwilibriju standard tal-kompożizzjoni tar-riżervi barranin tiegħu biex jallinja mal-allokazzjoni fil-mira.

Ma sar ebda intervent tal-kambju barrani matul l-2025.

Nota 3 – Pretensjonijiet oħra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro

Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita kienet tikkonsisti mill-bilanċi tal-kont kurrenti ma’ residenti taż-żona tal-euro li kienu jammontaw għal EUR 1 miljun (2024: €2 miljun).

Nota 4 – Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro

Nota 4.1 - Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja

Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita kienet tikkonsisti f’titoli ta’ dejn akkwistati mill-BĊE taħt il-Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP, Securities Markets Programme), it-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (CBPPs, third covered bond purchase programme), il-programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi (ABSPP, asset-backed securities purchase programme), il-programm ta’ xiri mis-settur pubbliku (PSPP, public sector purchase programme) u l-programm ta’ xiri tal-emerġenza pandemika (PEPP, pandemic emergency purchase programme).

Data tal-bidu

Data tat-tmiem1

Deċiżjoni

Univers ta’ titoli eliġibbli2

Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP)

SMP

Mejju 2010

Settembru 2012

BĊE/2010/5

Titoli ta’ dejn pubbliku u privat maħruġin fiż-żona tal-euro3

Programm ta' xiri ta' assi (APP)

CBPP3

Ottubru 2014

Ġunju 2023

BĊE/2020/8, kif emendat

Bonds garantiti ta’ residenti taż-żona tal-euro

ABSPP

Novembru 2014

Ġunju 2023

BĊE/2014/45, kif emendat

Porzjonijiet intermedji superjuri u garantiti ta’ titoli garantiti b’assi ta’ residenti taż-żona tal-euro

PSPP

Marzu 2015

Ġunju 2023

BĊE/2020/9

Bonds maħruġa minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali taż-żona tal-euro jew aġenziji rikonoxxuti kif ukoll minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek ta’ żvilupp multilaterali li jinsabu fiż-żona tal-euro

CSPP4

Ġunju 2016

Ġunju 2023

BĊE/2016/16, kif emendat

Bonds u karti kummerċjali maħruġa minn korporazzjonijiet mhux bankarji stabbiliti fiż-żona tal-euro

Programm ta’ xiri għall-emerġenza pandemika (PEPP)

PEPP

Marzu 2020

Diċembru 2024

BĊE/2020/17, kif emendat

Il-kategoriji kollha ta’ assi eliġibbli taħt l-APP

1) għall-SMP, “Data tat-tmiem” tirreferi għad-data tat-terminazzjoni tal-programm, filwaqt li għall-APP u għall-PEPP hija tirrappreżenta d-data finali tax-xiri.
2) Aktar kriterji ta’ eliġibbiltà għall-programmi individwali jistgħu jinstabu fid-deċiżjonijiet relevanti tal-Kunsill Governattiv.
3) Titoli ta’ dejn pubbliku maħruġa minn ħames teżoreriji taż-żona tal-euro biss inxtraw taħt l-SMP.
4) Il-BĊE ma akkwistax titoli taħt il-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv (CSPP).

Fl-2025, il-programm ta’ xiri ta’ assi (APP, asset purchase programme)[47] u[48] l-portafolli tal-PEPP komplew jonqsu b’pass meqjus u prevedibbli, peress li l-Eurosistema ma baqgħetx tinvesti mill-ġdid il-pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw.

It-titoli ta’ dejn akkwistati mill-BĊE f’dawn il-programmi jitqiesu fuq bażi tal-kost amortizzat, soġġett għal indeboliment (ara “Titoli” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”).

Il-kost amortizzat tat-titoli tad-dejn miżmumin mill-BĊE kif ukoll il-valur tas-suq tagħhom[49] (li ma jidħolx fil-karta tal-bilanċ jew fil-kont tal-profitt u t-telf, u qed jingħata għal finijiet ta’ tqabbil biss) kienu kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Kost
amortizzat

Valur
tas-suq

Kost
amortizzat

Valur
tas-suq

Kost
amortizzat

Valur
tas-suq

SMP

185

190

286

298

(101)

(108)

APP

CBPP3

17,326

15,953

20,437

18,844

(3,111)

(2,891)

ABSPP

3,038

3,006

7,047

6,979

(4,010)

(3,973)

PSPP – titoli tal-gvern/aġenzija

166,126

149,387

192,664

175,885

(26,539)

(26,498)

Total APP

186,490

168,345

220,149

201,708

(33,659)

(33,362)

PEPP

PEPP – bonds koperti

786

710

867

781

(80)

(71)

PEPP – titoli tal-gvern/aġenzija

137,804

121,407

155,480

138,927

(17,676)

(17,520)

Total PEPP

138,590

122,118

156,347

139,709

(17,756)

(17,591)

Total

325,265

290,653

376,781

341,714

(51,516)

(51,061)

Il-bidliet matul is-sena fil-kost amortizzat tat-titoli ta’ dejn miżmuma mill-BĊE kienu kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2024

Xiri 1

Fidi

Skont nett/
(primjum)2

2025

SMP

286

-

(105)

4

185

APP

CBPP3

20,437

-

(3,102)

(9)

17,326

ABSPP

7,047

-

(3,978)

(32)

3,038

PSPP – titoli tal-gvern/aġenzija

192,664

(102)

(25,328)

(1,108)

166,126

Total APP

220,149

(102)

(32,408)

(1,149)

186,490

PEPP

PEPP – bonds koperti

867

-

(81)

1

786

PEPP – titoli tal-gvern/aġenzija

155,480

-

(16,545)

(1,131)

137,804

Total PEPP

156,347

-

(16,626)

(1,131)

138,590

Total

376,781

(102)

(49,139)

(2,275)

325,265

1) għall-APP, wara l-waqfien tal-investimenti mill-ġdid, din il-kolonna tista’ turi ammonti negattivi li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ titoli mwettaq primarjament biex tiġi żgurata l-konformità mal-qafas tal-kontroll tar-riskju.
2) “Skont/(primjum) nett” jinkludi gwadann/(telf) nett realizzat, jekk ikun hemm.

Il-Kunsill Governattiv jivvaluta regolarment ir-riskji finanzjarji assoċjati mat-titoli miżmumin f’dawn il-programmi.

F’dan il-kuntest, it-testijiet tal-indeboliment isiru kull sena bl-użu ta’ data ta’ tmiem is-sena, u jiġu approvati mill-Kunsill Governattiv. F’dawn it-testijiet, l-indikaturi tal-indeboliment jiġu valutati separatament għal kull programm. Fil-każijiet fejn jiġu osservati indikaturi tal-indeboliment, issir analiżi oħra biex tikkonferma li l-flussi tal-likwidità tat-titoli bażi ma jkunux ġew affettwati minn avveniment ta’ indeboliment. Skont ir-riżultati tat-testijiet tal-indeboliment ta’ din is-sena, ma ġie reġistrat ebda telf mill-BĊE fuq it-titoli ta’ dejn miżmumin fil-portafolji tiegħu tal-politika monetarja fl-2025.

Il-kost amortizzat[50] tat-titoli miżmuma mill-Eurosistema kien kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

BĊE

BĊN taż-żona tal-euro

Total Eurosistema

BĊE

BĊN taż-żona tal-euro

Total Eurosistema

SMP

185

521

706

286

1,050

1,336

APP

CBPP3

17,326

193,147

210,473

20,437

232,571

253,009

ABSPP

3,038

-

3,038

7,047

-

7,047

PSPP – titoli tal-gvern/aġenzija

166,126

1,495,709

1,661,835

192,664

1,704,258

1,896,922

PSPP – titoli sovranazzjonali

-

197,845

197,845

-

227,808

227,808

CSPP

-

248,543

248,543

-

288,377

288,377

Total APP

186,490

2,135,245

2,321,734

220,149

2,453,015

2,673,164

PEPP

PEPP – bonds koperti

786

4,339

5,125

867

5,097

5,964

PEPP – titoli tal-gvern/aġenzija

137,804

1,090,166

1,227,970

155,480

1,243,391

1,398,871

PEPP – titoli sovranazzjonali

-

148,959

148,959

-

158,931

158,931

PEPP – titoli tas-settur korporattiv

-

40,965

40,965

-

45,105

45,105

Total PEPP

138,590

1,284,429

1,423,019

156,347

1,452,524

1,608,871

Total

325,265

3,420,194

3,745,459

376,781

3,906,590

4,283,371

Nota: Iċ-ċifri tal-“BĊN taż-żona tal-euro” huma preliminari u jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni, li tirriżulta wkoll f’bidla ekwivalenti fiċ-ċifri tat-“Total Eurosistema”.

Nota 5 - Pretensjonijiet fi ħdan l-Eurosistema

Nota 5.1 - Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

Din il-partita tikkonsisti fil-pretensjonijiet tal-BĊE vis-à-vis il-BĊN taż-żona tal-euro relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fl-Eurosistema (ara “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità). Fil-31 ta’ Diċembru 2025, it-total ammonta għal EUR 129,563 miljun (2024: €127,067 miljun). Sa mill-1 ta’ Jannar 2025, ir-remunerazzjoni ta’ dawn il-pretensjonijiet ġiet ikkalkulata fuq bażi ta’ kuljum bl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli applikata għall-faċilità ta’ depożitu offruta mill-Eurosistema. Sa dik id-data, din ir-remunerazzjoni kienet ikkalkolata bl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (ara “Ħruġ ieħor” fit-Taqsima 2.3 “Politika ta’ kontabbiltà” u n-nota 22.2 “Introjtu mill-imgħax li jirriżulta mill-pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema”).

Nota 6 - Assi oħra

Nota 6.1 - Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

L-assi fissi tanġibbli u intanġibbli kienu skont kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Kost

Art u bini

1,004

1,015

(11)

Bini bid-dritt tal-użu

332

352

(20)

Impjanti fil-bini

222

222

(0)

Hardware u software tal-IT

141

142

(1)

Tagħmir tekniku, għamara u vetturi bil-mutur

117

114

3

Tagħmir bid-dritt tal-użu

0

1

(1)

Assi li qegħdin jinbnew

0

10

(9)

Assi fissi oħra

11

11

(0)

Kost totali

1,827

1,866

(39)

Deprezzament akkumulat

Artijiet u bini

(256)

(251)

(5)

Bini bid-dritt tal-użu

(102)

(243)

141

Impjanti fil-bini

(172)

(160)

(12)

Hardware u software tal-IT

(137)

(135)

(2)

Tagħmir, għamara u vetturi bil-mutur

(102)

(102)

0

Tagħmir bid-dritt tal-użu

(0)

(1)

1

Assi fissi oħra

(4)

(4)

(0)

Total tad-deprezzament akkumulat

(772)

(895)

123

Valur kontabilistiku totali nett

1,055

971

84

Fl-2025, il-BĊE rrikonoxxa bini ġdid ta’ uffiċċji mikri taħt “Bini bid-dritt tal-użu”. Iż-żieda relatata fil-kost għal din il-klassi ta’ assi kienet aktar minn ikkumpensata bl-irtirar tar-rikonoxximent ta’ bini ta’ uffiċċji mikri ieħor meta ntemm it-terminu tal-kirja tiegħu, li wassal ukoll għal tnaqqis korrispondenti fid-deprezzament akkumulat relatat.

Fi tmiem is-sena, sar test tal-indeboliment fuq il-bini ewlieni tal-BĊE u fuq il-bini tal-uffiċċji bid-dritt tal-użu u ma ġie reġistrat ebda telf minħabba indeboliment.

Nota 6.2 - Assi finanzjarji oħra

Din il-partita tikkonsisti prinċipalment mill-portafoll tal-fondi proprji tal-BĊE, li fil-biċċa l-kbira jikkonsisti minn investimenti tal-kapital imħallas tal-BĊE kif ukoll minn ammonti mwarrba fil-fond tar-riżervi ġenerali u fil-provvediment kontra r-riskji finanzjarji. Din tinkludi wkoll 3,211-il sehem fil-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BIS, Bank for International Settlements) bil-kost tal-akkwist ta’ €42 miljun u kontijiet kurrenti oħrajn denominati f’euro.

Il-komponenti ta’ din il-partita kienu kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Kontijiet kurrenti f’euro

41

45

(4)

Titoli denominati f’euro

21,612

21,269

343

Ftehimiet riversjati ta’ riakkwist f’euro

1,516

1,425

91

Assi finanzjarji oħra

42

42

(0)

Total

23,211

22,781

430

Iż-żieda netta f’din il-partita fl-2025 kienet dovuta primarjament għall-investiment mill-ġdid tal-introjtu mill-imgħax iġġenerat mill-portafoll tal-fondi proprji.

Nota 6.3 - Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ

Din il-partita tikkonsisti primarjament minn bidliet fil-valutazzjoni tat-tranżazzjonijiet swap u forward f’munita barranija li kienu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2025 (ara n-nota 20 “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”). Dawn il-bidliet fil-valutazzjoni ammontaw għal €273 miljun (2024: €681 miljun). Huma r-riżultat tat-traduzzjoni ta' tranżazzjonijiet simili fl-ekwivalenti tagħhom f’euro bir-rati tal-kambju tad-data tal-karta tal-bilanċ, imqabblin mal-valuri f’euro li jirriżultaw mit-traduzzjoni tat-tranżazzjonijiet bil-kost medju tal-munita barranija rispettiva f’dik id-data (ara “Strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” u “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija” fit-Taqsima 2.3, “Politika tal-kontabilità”).

Nota 6.4 - Dovuti u spejjeż imħallsin bil-quddiem

Id-dovuti u l-ispejjeż imħallsa minn qabel kienu skont kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Imgħax akkumulat fuq bilanċi TARGET dovuti mill-BĊNi

2,207

3,656

(1,449)

Imgħax dovut fuq pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

651

1,093

(442)

Imgħax akkumulat fuq titoli

3,386

3,519

(133)

Dħul akkumulat relatat mal-kompiti superviżorji

690

681

9

Dovuti oħra u spejjeż imħallsin bil-quddiem

175

210

(35)

Total

7,108

9,158

(2,050)

Fil-31 ta’ Diċembru 2025 din l-entrata kienet tinkludi imgħax ta’ kupun dovut fuq titoli, inkluż imgħax pendenti mħallas mal-akkwiżizzjoni (ara n-nota 2.2 “Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra”; u “Pretensjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin”, in-nota 4.1 “Titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja” u n-nota 6.2 “Assi finanzjarji oħra”).

Kienet tinkludi wkoll imgħax akkumulat riċevibbli fuq bilanċi TARGET dovuti minn BĊNi taż-żona tal-euro għal Diċembru 2025 (ara n-nota 11.2 “Obbligazzjonijiet relatati mat-TARGET (netti)”) u imgħax akkumulat riċevibbli mingħand BĊNi taż-żona tal-euro għall-aħħar trimestru tal-2025 fir-rigward tal-pretensjonijiet tal-BĊE relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema (ara n-nota 5.1 “Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema”). Dawn l-ammonti tħallsu f’Jannar 2026.

Id-dħul akkumulat relatat mal-kompiti superviżorji jikkorrispondi mat-tariffi superviżorji li għandhom jiġu riċevuti għall-perjodu tariffarju 2025 li se jinġabru fl-2026 (ara n-nota 25 “Dħul/(spejjeż) netti mit-tariffi u l-kummissjonijiet”).[51]

Il-bqija ta’ din il-partita kienet tinkludi prinċipalment (i) introjtu dovut minn proġetti u servizzi tas-SEBĊ (ara n-nota 27 “Introjtu ieħor”), (ii) prepagamenti mixxellanji, u (iii) introjtu mill-imgħax dovut fuq strumenti finanzjarji oħra.

Nota 6.5 - Diversi

Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita ammontat għal EUR 110 miljun (2024: €53 miljun) u kienet tinkludi prinċipalment bilanċi b’valur ta’ €78 miljun (2024: EUR 24 miljun) relatati ma' tranżazzjonijiet swap u forward f’muniti barranin li kienu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2025 (ara n-nota 20, “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”). Dawn il-bilanċi ħarġu mit-traduzzjoni ta’ tranżazzjonijiet simili fl-ekwivalenti f’euro bil-kost medju tal-munita rispettiva fid-data tal-karta tal-bilanċ; imqabbel mal-valuri f’euro li bihom it-tranżazzjonijiet daħlu fil-kontijiet għall-ewwel darba (ara “Strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”).

Inkludiet ukoll riċevibbli fir-rigward ta’ proġetti u servizzi tas-SEBĊ (ara n-nota 27 “Dħul ieħor”) u bilanċi fir-rigward ta’ taxxa fuq il-valur miżjud li tista’ tiġi rkuprata.

Nota 7 - Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

Din il-partita tikkonsisti mis-sehem tal-BĊE (8%) mit-total tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni (ara “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”), li fil-31 ta’ Diċembru 2025 ammontat għal EUR 129,563 miljun (2024: €127,067 miljun).

Nota 8 – Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro

Il-banek ċentrali tal-Eurosistema jitħallew jaċċettaw flus kontanti bħala kollateral fil-faċilitajiet tagħhom ta’ self ta’ titoli fil-PSPP u fil-PEPP tas-settur pubbliku, mingħajr ma jkollhom jerġgħu jinvestuhom. Fil-każ tal-BĊE, dawn l-operazzjonijiet isiru permezz ta’ istituzzjonijiet speċjalizzati.

Din il-partita tinkludi l-bilanċi li jirriżultaw minn tali tranżazzjonijiet ta’ self pendenti mwettqa ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro. Peress li l-flus kontanti riċevuti bħala kollateral ġew ittrasferiti lill-kontijiet tat-TARGET bħala kollateral baqgħu mhux investiti fi tmiem is-sena, dawn it-tranżazzjonijiet ġew irreġistrati fil-karta tal-bilanċ (ara “Tranżazzjonijiet inversi” fit-Taqsima 2.3 “Politiki kontabilistiċi” u n-nota 17 “Programmi ta’ self ta’ titoli”).[52]

Nota 9 - Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro

Nota 9.1 - Amministrazzjoni pubblika

Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita kienet tikkonsisti minn depożiti tal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF, European Financial Stability Facility) li ammontaw għal EUR 74 miljun (2024: €73 miljun). Skont l-Artikolu 21 tal-Istatut tas-SEBC, il-BĊE jista’ jaġixxi bħala aġent fiskali għal istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, gvernijiet ċentrali, reġjonali, lokali jew awtoritajiet pubbliċi oħra, korpi oħra regolati bil-liġi pubblika, jew intrapriżi pubbliċi ta’ Stati Membri.

Nota 9.2 – Obbligazzjonijiet oħrajn

Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita ammontat għal EUR 25,947 miljun (2024: EUR 24,482 miljun), li tikkonsisti f’bilanċi tas-sistemi anċillari taż-żona tal-euro[53] konnessi mat-TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE.

Nota 10 - Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro

L-obbligazzjonijiet lejn residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro kienu skont kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Bilanċi fil-mira ta’ BĊN mhux fiż-żona tal-euro u sistemi anċillari

2,671

2,908

(236)

Flus kontanti riċevuti bħala kollateral fi tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli

188

2,062

(1,874)

Depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali

23,576

33,823

(10,246)

Arranġamenti swap għall-provvista ta’ likwidità

410

1,067

(656)

Total

26,846

39,859

(13,013)

Fl-31 ta’ Diċembru 2025 l-akbar komponent ta’ din il-partita kien depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali għall-Kummissjoni Ewropea, relatati mal-amministrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self tal-UE (ara n-nota 21 “Amministrazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self”).

Din il-partita inkludiet ukoll bilanċi ta’ TARGET, li kienu jikkonsistu f’bilanċi ta’ BĊN mhux taż-żona tal-euro meta mqabbla mal-BĊE (ara “Bilanċi intra-SEBĊ/intra-Eurosistema” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”) u bilanċi tas-sistemi anċillari mhux taż-żona tal-euro konnessi ma’ TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE.

Barra minn hekk, inkludiet bilanċ li jirriżulta mill-arranġament monetarju reċiproku permanenti mal-Federal Reserve System. B’dan l-arranġament, id-dollari Amerikani huma pprovduti mill-Federal Reserve Bank ta’ New York lill-BĊE permezz ta’ tranżazzjonijiet swap, bil-għan li jiġi permess li l-finanzjament f’dollari Amerikani għal żmien qasir jiġi offrut lil kontropartijiet tal-Eurosistema. Simultanjament, il-BĊE jagħmel tranżazzjonijiet swap back-to-back mal-BĊNi taż-żona tal-euro, li jużaw dawn il-fondi biex iwettqu operazzjonijiet għall-provvista ta’ likwidità f’dollari Amerikani ma’ kontropartijiet fl-Eurosistema bħala tranżazzjonijiet inversi. It-tranżazzjonijiet swap back-to-back jirriżultaw f’bilanċi fi ħdan l-Eurosistema bejn il-BĊE u l-BĊN taż-żona tal-euro. Barra minn hekk, it-tranżazzjonijiet swap li jsiru mill-BĊE mal-Federal Reserve Bank of New York u l-BĊN taż-żona tal-euro joħolqu pretensjonijiet u obbligazzjonijiet forward li jiġu rreġistrati fil-kontijiet esklużi mill-karta tal-bilanċ (ara n-nota 20 “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”).

Il-kumplament ta’ din il-partita kien jikkonsisti f’bilanċi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli tal-PSPP u titoli tal-PSPP tas-settur pubbliku mwettqa ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux fiż-żona tal-euro. Peress li l-flus kontanti riċevuti fil-kontijiet tat-TARGET bħala kollateral baqgħu mhux investiti fi tmiem is-sena, dawn it-tranżazzjonijiet ġew irreġistrati fil-karta tal-bilanċ (ara “Tranżazzjonijiet inversi” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità” u n-nota 17 “Programmi ta’ self ta’ titoli”).

Nota 11 – Obbligazzjonijiet intra-Eurosistema

Nota 11.1 – Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin

Dawn huma l-obbligazzjonijiet lejn il-BĊN taż-żona tal-euro li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ assi f’riżervi barranin lill-BĊE meta dawk il-BĊN issieħbu fl-Eurosistema. Skont l-Artikolu 30.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, dawn il-kontribuzzjonijiet huma fissi fi proporzjon tal-ishma tal-BĊN fil-kapital sottoskritt tal-BĊE. Ma kienx hemm bidliet fl-2025.

L-obbligazzjonijiet lill-BĊNi taż-żona tal-euro li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin lill-BĊE kienu skont kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

Sa minn
l-1 ta’ Jannar 2024

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (il-Belġju)

1,488

Deutsche Bundesbank (il-Ġermanja)

10,802

Eesti Pank (l-Estonja)

121

Central Bank of Ireland (l-Irlanda)

884

Bank of Greece (il-Greċja)

916

Banco de España (Spanja)

4,796

Banque de France (Franza)

8,114

Hrvatska narodna banka (il-Kroazja)

314

Banca d'Italia (l-Italja)

6,498

Central Bank of Cyprus (Ċipru)

89

Latvijas Banka (il-Latvja)

157

Lietuvos bankas (il-Litwanja)

239

Banque centrale du Luxembourg (il-Lussemburgu)

148

Bank Ċentrali ta' Malta (Malta)

52

De Nederlandsche Bank (in-Netherlands)

2,396

Oesterreichische Nationalbank (l-Awstrija)

1,199

Banco de Portugal (il-Portugall)

943

Banka Slovenije (is-Slovenja)

200

Národná banka Slovenska (is-Slovakkja)

466

Suomen Pankki – Finlands Bank (il-Finlandja)

737

Total

40,562

Mill-1 ta’ Jannar 2025, ir-remunerazzjoni ta’ dawn l-obbligazzjonijiet ġiet ikkalkolata fuq bażi ta’ kuljum bl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli applikata għall-faċilità ta’ depożitu offruta mill-Eurosistema, aġġustata biex tirrifletti redditu żero fuq il-komponent tad-deheb. Sa dik id-data, din ir-remunerazzjoni kienet ikkalkolata bl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament, aġġustata wkoll biex tirrifletti redditu żero fuq il-komponent tad-deheb (ara “Ħruġ ieħor” fit-Taqsima 2.3 “Politiki ta’ kontabbiltà” u n-nota 22.3 “Remunerazzjoni tal-pretensjonijiet tal-BĊNi fir-rigward ta’ riżervi barranin ittrasferiti”).

Nota 11.2 – Obbligazzjonijiet relatati ma’ TARGET (netti)

Din il-partita tikkonsisti mill-bilanċi tat-TARGET tal-BĊNi taż-żona tal-euro fir-rigward tal-BĊE (ara “Bilanċi intra-SEBĊ/intra-Eurosistema” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità), li kienu skont kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Dovuti lill-BĊNi taż-żona tal-euro fir-rigward tat-TARGET

1,545,403

1,593,185

Dovuti mill-BĊNi taż-żona tal-euro fir-rigward tat-TARGET

(1,231,912)

(1,245,111)

Obbligazzjoni netta tat-TARGET

313,491

348,074

It-tnaqqis fl-obbligazzjoni netta tat-TARGET kien prinċipalment attribwibbli għall-influssi ta’ flus bħala riżultat tal-maturazzjoni tat-titoli skont l-APP u l-PEPP, li ġew saldati permezz ta’ kontijiet tat-TARGET (ara n-nota 4.1 “Titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja”). L-impatt ta’ dan il-fattur kien paċut parzjalment, prinċipalment mill-ħruġ ta’ flus li jirriżulta minn (i) depożiti aktar baxxi aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali għall-Kummissjoni Ewropea, relatati mal-amministrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ teħid u għoti b’self tal-UE (ara n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lil residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro”); u (ii) l-ispiża tal-imgħax imħallsa fuq l-obbligazzjoni netta tat-TARGET tal-BĊE (ara n-nota 22.5 “Spiża netta tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti minn/lill-BĊNi”).

Bl-eċċezzjoni ta’ bilanċi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ swaps back-to-back b’rabta ma’ operazzjonijiet li jipprovdu likwidità fid-dollaru Amerikan, mill-1 ta’ Jannar 2025 ir-remunerazzjoni tal-pożizzjonijiet tat-TARGET miżmuma mill-BĊNi taż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE ġiet ikkalkolata fuq bażi ta’ kuljum fl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli applikata għall-faċilità ta’ depożitu offruta mill-Eurosistema. Sa dik id-data, din ir-remunerazzjoni kienet ikkalkolata fl-aħħar rata tal-imgħax disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin (ara “Ħruġ ieħor” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità” u n-nota 22.5 “Spiża tal-imgħax netta li tirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti minn/lill-BĊNi”).

Nota 11.3 - Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)

Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita ammontat għal EUR 8 miljun (2024: €40 miljun). Kienet tinkludi depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali għall-Kummissjoni Ewropea, relatati mal-amministrazzjoni ta’ attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self tal-UE (ara n-nota 21 “Amministrazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ teħid u għoti b’self”).

Kienet tinkludi wkoll kont korrispondenti użat għall-ipproċessar ta’ pagamenti amministrattivi tal-BĊE.

Nota 12 – Obbligazzjonijiet oħrajn

Nota 12.1 - Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ

Din l-entrata kienet tinkludi bidliet fil-valutazzjoni fi tranżazzjonijiet forward f’titoli denominati f’munita barranija li kienu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2025 (ara n-nota 19 “Tranżazzjonijiet forward f’titoli”). Dawn il-bidliet fil-valutazzjoni ammontaw għal EUR 0.2 miljun u kienu primarjament riżultat tat-tnaqqis fil-prezz tas-suq forward tat-titoli. Il-bidliet fil-valutazzjoni rimanenti kienu relatati mat-tisrif ta' dawk it-tranżazzjonijiet fl-ekwivalenti tagħhom f’euro bir-rati tal-kambju tad-data tal-karta tal-bilanċ, imqabblin mal-valuri f’euro li jirriżultaw mit-tisrif tat-tranżazzjonijiet bil-kost medju tal-munita barranija rispettiva f’dik id-data (ara “Strumenti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ” u “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija” fit-Taqsima 2.3, “Politiki tal-kontabilità”). Sal-31 ta’ Diċembru 2024 ma kien hemm l-ebda bilanċ taħt din il-partita.

Nota 12.2 – Dovuti u dħul miġbura bil-quddiem

Id-dovuti u l-introjtu miġbur minn qabel kienu skont kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Imgħax akkumulat fuq bilanċi tat-TARGET dovuti lill-BĊNi

2,743

4,636

(1,892)

Imgħax akkumulat fuq pretensjonijiet tal-BĊN fir-rigward tar-riżervi barranin trasferiti lill-BĊE

790

1,448

(659)

Imgħax akkumulat fuq depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali

45

103

(58)

Dovuti oħra u dħul differit

83

101

(18)

Total

3,661

6,288

(2,627)

Fil-31 ta’ Diċembru 2025, iż-żewġ komponenti ewlenin taħt din il-partita kienu imgħax akkumulat pagabbli fuq il-bilanċi tat-TARGET dovuti lill-BĊNi għal Diċembru 2025 (ara n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” u n-nota 11.2 “Obbligazzjonijiet relatati mat-TARGET (netti)”) u imgħax akkumulat pagabbli lill-BĊN taż-żona tal-euro għall-2025 fir-rigward tal-pretensjonijiet tagħhom relatati mar-riżervi barranin trasferiti lill-BĊE (ara n-nota 11.1 “Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin”). Dawn l-ammonti tħallsu f’Jannar 2026.

Din il-partita kienet tinkludi wkoll imgħax akkumulat pagabbli fuq depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali (ara n-nota 9.1 “Gvern ġenerali”, in-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro” u n-nota 11.3 “Obbligazzjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (netti)”).

Il-bqija ta’ din il-partita kienet tikkonsisti f’(i) imgħax akkumulat pagabbli fuq bilanċi tas-sistemi anċillari taż-żona tal-euro konnessi mat-TARGET permezz tal-komponent TARGET-BĊE (ara n-nota 9.2 “Obbligazzjonjiet oħrajn”), (ii) akkumulazzjonijiet mixxellanji u dħul differit;

Nota 12.3 - Diversi

Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita ammontat għal EUR 1,084 miljun (2024: €1,327 miljun). It-total inkluda bilanċi li ammontaw għal €286 miljun (2024: EUR 574 miljun) relatati ma' tranżazzjonijiet swap u forward f’muniti barranin li kienu pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2025 (ara n-nota 20, “Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani”). Dawn il-bilanċi ħarġu mill-konverżjoni ta’ tranżazzjonijiet simili fl-ekwivalenti f’euro bil-prezz medju tal-munita rispettiva fid-data tal-karta tal-bilanċ, imqabbel mal-valuri f’euro li bihom it-tranżazzjonijiet daħlu fil-kontijiet għall-ewwel darba (ara “Strumenti esklużi mill-karta tal-bilanċ” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”).

Din il-partita kienet tinkludi wkoll obbligazzjoni ta’ kiri ta’ €227 miljun (2024: €110 miljun) (ara “Kirjiet” fit-Taqsima 2.3 “Politika tal-kontabilità”).

Il-bqija ta’ din il-partita kienet tinkludi prinċipalment (i) obbligazzjonijiet fir-rigward tas-servizzi tas-SEBĊ, u (ii) obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-pjanijiet ta’ kura medika u fit-tul tal-BĊE għall-persunal kif ukoll għall-membri tal-Bord Eżekuttiv u l-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE.

Barra minn hekk, din il-partita inkludiet l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti tal-BĊE fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul tal-persunal tiegħu,[54] il-membri tal-Bord Eżekuttiv, u l-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE.

Benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul

Karta tal-bilanċ
L-ammonti rikonoxxuti taħt “Diversi” (obbligazzjonijiet) fil-karta tal-bilanċ fir-rigward ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul kienu kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Persunal

Bordijiet

Total

Persunal

Bordijiet

Total

Obbligu tal-benefiċċji definiti

2,948

42

2,990

2,712

37

2,749

Valur ġust tal-assi tal-iskema

(2,604)

-

(2,604)

(2,253)

-

(2,253)

Obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti inkluża taħt “Diversi” (obbligazzjonijiet)

344

42

386

459

37

496

Nota: Il-kolonni bl-isem “Bordijiet” jagħtu l-ammonti fir-rigward kemm tal-Bord Eżekuttiv kif ukoll tal-Bord Superviżorju.

Fl-31 ta’ Diċembru 2025, il-valur preżenti tal-obbligu ta’ benefiċċju definit fil-konfront tal-persunal kien jammonta għal EUR 2,948 miljun (2024: EUR 2,712 miljun) inklużi benefiċċji mhux finanzjati ta’ EUR 356 miljun (2024: €293 miljun) relatati mal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg, barra l-pensjonijiet, u ma’ benefiċċji oħra fit-tul. Il-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċji vis-à-vis l-membri tal-Bord Eżekuttiv u l-membri tal-Bord Superviżorju, ta’ €42 miljun (2024: €37 miljun) hu relatat biss ma' provvedimenti mhux finanzjati li jeżistu għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul.

Il-kalkolu mill-ġdid tal-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti tal-BĊE fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg huma rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ taħt “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni”. Fl-31 ta’ Diċembru 2025, il-qligħ mill-kejl mill-ġdid taħt dik il-partita kien jammonta għal EUR 585 miljun (2024: €416 miljun (ara n-nota 14 “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni”).

Bidliet fl-obbligu tal-benefiċċji definiti, assi tal-iskema u riżultati tal-kejl mill-ġdid
Il-bidliet fil-valur attwali tal-obbligu tal-benefiċċji definiti jidher hawn taħt:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Persunal

Bordijiet

Total

Persunal

Bordijiet

Total

Obbligu tal-bidu tal-benefiċċji definiti

2,712

37

2,749

2,458

35

2,493

Kost kurrenti tas-servizz

128

2

130

121

3

123

Kost ta’ servizz tal-passat

0

0

0

119

1

120

Kost tal-imgħax fuq l-obbligu

99

1

101

85

1

86

Kontribuzzjonijiet li tħallsu mill-parteċipanti fl-iskema1

40

0

41

38

0

38

Benefiċċji mħallsin

(39)

(3)

(42)

(31)

(3)

(34)

(Gwadanni)/telf mill-kalkoli ġodda

7

4

11

(77)

0

(77)

Obbligu tal-għeluq tal-benefiċċji definiti

2,948

42

2,990

2,712

37

2,749

Nota: Il-kolonni bl-isem “Bordijiet” jagħtu l-ammonti fir-rigward kemm tal-Bord Eżekuttiv kif ukoll tal-Bord Superviżorju.
1) Total nett li jinkludi kontribuzzjonijiet obbligatorji u trasferimenti fi/barra mill-iskemi. Il-kontribuzzjonijiet obbligatorji mħallsa mill-persunal jammontaw għal 7.4 % tas-salarju bażiku tagħhom, filwaqt li dawk imħallsa mill-BĊE jammontaw għal 20.7 %.

It-telf tal-kejl mill-ġdid fuq l-obbligu tal-benefiċċju definit irriżulta fl-2025 bħala riżultat tal-aġġustamenti tal-esperjenza li jirriflettu d-differenza bejn is-suppożizzjonijiet attwarjali magħmula fir-rapport tas-sena preċedenti u l-esperjenza attwali. It-telf li rriżulta kien parzjalment ikkumpensat mill-qligħ mill-kejl mill-ġdid li rriżulta prinċipalment miż-żieda fir-rata ta’ skont użata għall-valutazzjoni attwarja minn 3,6 % fl-2024 għal 3,9 % fl-2025.

Il-kost tas-servizz tal-passat rikonoxxut fl-2024 kien relatat mal-kontributuri u mal-pensjonanti attwali u rriżulta minn emenda għar-regoli li jirregolaw il-pjanijiet tal-pensjoni tal-BĊE li ġew introdotti f’dik is-sena, skont liema, iż-żieda annwali tal-pensjonijiet tallinja mal-aġġustamenti ġenerali annwali tas-salarji għall-impjegati tal-BĊE mill-2025.

Il-bidliet fil-valur ġust tal-assi tal-iskema fl-istruttura tal-benefiċċji definiti fir-rigward tal-persunal jidhru hawn taħt:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Valur ġust tal-bidu tal-assi tal-iskema

2,253

1,983

Dħul mill-imgħax fuq l-assi tal-iskema

83

69

Qligħ bil-kalkolu mill-ġdid.

166

104

Kontribuzzjonijiet imħallsin minn min iħaddem

88

81

Kontribuzzjonijiet imħallsin mill-parteċipanti fl-iskema

40

38

Benefiċċji mħallsin

(26)

(21)

Valur ġust tal-għeluq tal-assi tal-iskema

2,604

2,253

Il-gwadanni bil-kalkolu mill-ġdid fuq l-assi tal-iskema fl-2025 jirriflettu l-fatt li r-redditu attwali mill-assi tal-fondi kien ogħla mill-introjtu mill-imgħax assunt fuq l-assi tal-iskema, li kien ibbażat fuq ir-rata ta’ skont ta’ 3.6 % użata għall-valutazzjoni attwarja fl-2024.

Il-bidliet fir-riżultati tal-kejl mill-ġdid kienu kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Qligħ mill-kejl mill-ġdid tal-ftuħ

416

238

Dħul mill-assi tal-iskema

166

104

Gwadanni/(telf) fuq l-obbligu

(11)

77

(Qligħ)/telf rikonoxxut fil-kont tal-profitt u t-telf

14

(2)

Qligħ tal-għeluq bil-kalkoli mill-ġdid inkluż fil-“Kontijiet ta’ rivalutazzjoni”

585

416

Kont tal-profitt u t-telf
L-ammonti rikonoxxuti fil-kont tal-profitt u t-telf kienu skont kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Persunal

Bordijiet

Total

Persunal

Bordijiet

Total

Kost kurrenti tas-servizz

128

2

130

121

3

123

Kost ta’ servizz tal-passat

0

0

0

119

1

120

Imgħax nett fuq l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti

16

1

18

16

1

17

- Kost tal-imgħax fuq l-obbligu

99

1

101

85

1

86

- Dħul mill-imgħax fuq l-assi tal-iskema

(83)

-

(83)

(69)

-

(69)

(Gwadanni)/telf bil-kalkoli ġodda fuq benefiċċji oħra fit-tul

14

0

14

(2)

0

(2)

Total inkluż f’“Kostijiet tal-persunal”

159

3

162

253

5

258

Nota: Il-kolonni bl-isem “Bordijiet” jagħtu l-ammonti fir-rigward kemm tal-Bord Eżekuttiv kif ukoll tal-Bord Superviżorju.

L-ammonti rikonoxxuti fil-kont tal-profitt u t-telf għall-kost tas-servizz kurrenti, il-kost tal-imgħax fuq l-obbligu u l-introjtu mill-imgħax fuq l-assi tal-pjan huma stmati bl-użu tas-suppożizzjonijiet li kienu applikabbli fis-sena preċedenti. Ir-rata ta’ skont applikabbli żdiedet minn 3,4 % għal 3,6 %, kif użata għall-valutazzjonijiet attwarjali fl-2023 u fl-2024 rispettivament. Il-bilanċi ogħla u r-rata ta’ skont ogħla wasslu għal żieda fil-kost tal-imgħax fuq l-obbligu u l-introjtu mill-imgħax fuq l-assi tal-pjan. Il-kost tas-servizz attwali żdied marġinalment fl-2025, li rriżulta prinċipalment mill-emenda għar-regoli li jirregolaw il-pjanijiet tal-pensjoni tal-BĊE fl-2024.

Il-kost tas-servizz tal-passat li jirriżulta minn din l-emenda ġie rikonoxxut bis-sħiħ fil-kont tal-profitt u t-telf għall-2024, li kienet is-sena li fiha ttieħdet id-deċiżjoni dwar l-emenda.

Suppożizzjonijiet ewlenin
Fit-tħejjija tal-valwazzjonijiet imsemmijin f’din in-nota, l-attwarji indipendenti użaw suppożizzjonijiet li ġew aċċettati mill-Bord Eżekuttiv għall-għanijiet tal-kontabilità u l-pubblikazzjoni. Is-suppożizzjonijiet ewlenin użati għal skopijiet ta’ kalkolu tal-obbligazzjoni tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul kienu skont kif ġej:

(%)

2025

2024

Rata ta’ skont

3.90

3.60

Redditu mistenni fuq il-fondi unitarji tal-membri1

4.90

4.60

Żidiet ġenerali fis-salarji fil-ġejjieni2

2.00

2.00

Żidiet futuri fil-pensjoni3

2.00

2.00

1) Dawn is-suppożizzjonijiet intużaw għall-kalkolu tal-parti tal-obbligu tal-benefiċċji definiti tal-BĊE li hi finanzjata minn assi b’garanzija ta’ kapital ta’ bażi.
2) Barra dan, issir konċessjoni għal żidiet prospettivi fis-salarji individwali ta’ mhux aktar minn 1.8% fis-sena, skont l-età tal-parteċipanti fl-iskema.
3) Skont ir-regoli tal-iskema tal-pensjoni tal-BĊE, il-pensjonijiet għandhom jiżdiedu kull sena. Fl-2024, dawn ir-regoli ġew emendati biex jallinjaw iż-żieda annwali fil-pensjonijiet mal-aġġustamenti ġenerali annwali tas-salarji għall-impjegati tal-BĊE mill-2025. Qabel din l-emenda, iż-żieda annwali fil-pensjonijiet kienet marbuta wkoll mal-aġġustament ġenerali tas-salarji, iżda soġġetta għal kundizzjonijiet ulterjuri.

Nota 13 - Provvedimenti

Nota 13.1 - Provvedimenti oħra

Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita inkludiet provvedimenti amministrattivi li jammontaw għal EUR 84 miljun (2024: €72 miljun).

Nota 14 - Kontijiet ta’ rivalutazzjoni

Din il-partita tikkonsisti l-aktar f’bilanċi ta’ rivalutazzjoni mill-gwadanni mhux realizzati fuq assi, obbligazzjonijiet u strumenti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ (ara “Assi u obbligazzjonijiet f’deheb u f’munita barranija”, “Titoli”, “Rikonoxximent tal-introjtu”, u “Strumenti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”).[55] Tinkludi wkoll il-kalkoli l-ġodda tal-obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti tal-BĊE fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg (ara “Benefiċċji ta’ wara l-impjieg tal-BĊE u benefiċċji oħra fit-tul” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità” u n-nota 12.3 “Diversi”).

Il-kontijiet ta’ rivalutazzjoni kienu skont kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Deheb

55,957

37,097

18,860

Muniti barranin

6,042

12,819

(6,777)

- Dollari Amerikani

6,042

12,717

(6,675)

- Renminbi Ċiniżi

-

30

(30)

— SDRs

-

72

(72)

- Oħrajn

-

0

(0)

Titoli u strumenti oħra

484

320

164

Obbligazzjoni netta tal-benefiċċji definiti fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg

585

416

169

Total

63,068

50,653

12,415

Il-kontijiet ta’ rivalutazzjoni żdiedu fit-2025, l-aktar minħabba ż-żieda fil-prezz tas-suq tad-deheb f’termini ta’ euro. Iż-żieda kienet parzjalment paċuta minn tnaqqis fil-kontijiet ta’ rivalutazzjoni relatati ma’ muniti barranin, prinċipalment minħabba d-deprezzament tad-dollaru Amerikan kontra l-euro.

Ir-rati tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-aħħar tas-sena tal-muniti barranin ewlenin u d-deheb kienu skont kif ġej:

Rati tal-kambju

2025

2024

Dollari Amerikani għal kull euro

1.1750

1.0389

Yen Ġappuniż għal kull euro

184.09

163.06

Renminbi Ċiniżi għal kull euro

8.2262

7.5833

Euro għal kull SDR

1.1656

1.2544

Euro għal kull uqija ta’ deheb fin

3,669.106

2,511.069

Nota 15 - Kapital u riżervi

Nota 15.1 - Kapital

L-iskema ta’ sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊESkont l-Artikolu 29 tal-Istatut tal-SEBĊ, il-ponderazzjonijiet assenjati lill-BĊNi tal-Istati Membri tal-UE fl-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE huma ddeterminati skont l-ishma tal-Istat Membru rispettiv fil-popolazzjoni totali u l-prodott domestiku gross tal-UE, b’mod indaqs. Dawn il-ponderazzjonijiet huma aġġustati kull 5 snin u kull meta jkun hemm bidla fl-għadd ta’ BĊNi li jikkontribwixxu għall-kapital tal-BĊE.

Kapital tal-BĊE
L-iskema kapitali hija applikata għall-kapital sottoskritt ta’ EUR 10,825 miljun biex jiġi ddeterminat is-sehem ta’ kapital sottoskritt għal kull BĊN.

Il-BĊNi taż-żona tal-euro ħallsu bis-sħiħ is-sehem tagħhom tal-kapital sottoskritt, filwaqt li l-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro ħallsu 3.75% tal-kapital sottoskritt tagħhom bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE. Il-BĊNi barra ż-żona tal-euro ma huma intitolati li jirċievu l-ebda sehem mill-profitti distribwibbli tal-BĊE, u lanqas ma huma responsabbli biex ikopru kwalunkwe telf li jġarrab il-BĊE.

Ma kienx hemm bidliet fl-2025. It-tabella li ġejja turi l-iskema tal-kapital, il-kapital sottoskritt u l-kapital imħallas:

Mill-1 ta’ Jannar 2024

Skema tal-kapital
(%)

Kapital sottoskritt
(EUR miljuni)

Kapital imħallas
(EUR miljuni)

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (Belġju)

3.0005

325

325

Deutsche Bundesbank (il-Ġermanja)

21.7749

2,357

2,357

Eesti Pank (l-Estonja)

0.2437

26

26

Central Bank of Ireland (l-Irlanda)

1.7811

193

193

Bank of Greece (il-Greċja)

1.8474

200

200

Banco de España (Spanja)

9.6690

1,047

1,047

Banque de France (Franza)

16.3575

1,771

1,771

Hrvatska narodna banka (il-Kroazja)

0.6329

69

69

Banca d'Italia (l-Italja)

13.0993

1,418

1,418

Central Bank of Cyprus (Ċipru)

0.1802

20

20

Latvijas Banka (il-Latvja)

0.3169

34

34

Lietuvos bankas (il-Litwanja)

0.4826

52

52

Banque centrale du Luxembourg (il-Lussemburgu)

0.2976

32

32

Bank Ċentrali ta' Malta (Malta)

0.1053

11

11

De Nederlandsche Bank (in-Netherlands)

4.8306

523

523

Oesterreichische Nationalbank (l-Awstrija)

2.4175

262

262

Banco de Portugal (il-Portugall)

1.9014

206

206

Banka Slovenije (is-Slovenja)

0.4041

44

44

Národná banka Slovenska (is-Slovakkja)

0.9403

102

102

Suomen Pankki – Finlands Bank (il-Finlandja)

1.4853

161

161

Subtotal għall-BĊNi taż-żona tal-euro

81.7681

8,851

8,851

Българска народна банка
(Bulgarian National Bank) (Bulgarija)

0.9783

106

4

Česká národní banka (ir-Repubblika Ċeka)

1.9623

212

8

Danmarks Nationalbank (id-Danimarka)

1.7797

193

7

Magyar Nemzeti Bank (l-Ungerija)

1.5819

171

6

Narodowy Bank Polski (il-Polonja)

6.0968

660

25

Banca Naţională a României (ir-Rumanija)

2.8888

313

12

Sveriges Riksbank (l-Iżvezja)

2.9441

319

12

Subtotal għall-BĊNi barra ż-żona tal-euro

18.2319

1,974

74

Total

100.0000

10,825

8,925

Nota 16 – Telf akkumulat riportat

Fil-31 ta’ Diċembru 2025, din il-partita ammontat għal EUR 9,210 miljun (2024: €1,266 miljun). Dan kien jinkludi t-telf tal-BĊE għall-2023 u l-2024, li, wara deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, ġie riportat fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE sabiex jiġi paċut kontra l-profitti futuri.

2.5 Strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Nota 17 - Programmi ta’ self ta’ titoli

Bħala parti mill-ġestjoni tal-fondi proprji tal-BĊE, il-BĊE għandu ftehim dwar programm ta’ self ta’ titoli li bih istituzzjonijiet speċjalizzati jagħmlu tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli f’isem il-BĊE. Skont id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv, il-BĊE għamel disponibbli wkoll titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja għas-self.[56]

Skont il-kollateral riċevut, l-operazzjonijiet ta’ self ta’ titoli jiġu rreġistrati f’(i) kontijiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ meta mwettqa kontra kollateral ta’ titoli, u (ii) kontijiet fil-karta tal-bilanċ meta mwettqa kontra flus kontanti li jibqgħu mhux investiti fl-aħħar tas-sena (ara n-nota 8 “Obbligazzjonijiet oħra lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro” u n-nota 10 “Obbligazzjonijiet għal residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro”).

Il-valur tas-suq tat-titoli mislufa u l-kollateral korrispondenti kien kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Titoli mislufa kontra kollateral ta’ titoli1

(27,727)

(37,393)

li minnhom relatati ma’ titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja

(19,387)

(28,585)

Titoli mislufa kontra kollateral fi flus kontanti

(650)

(4,273)

li minnhom relatati ma’ titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja

(650)

(4,273)

Valur tas-suq tat-titoli mislufa

(28,377)

(41,666)

Kollateral ta’ titoli 1

28,972

38,970

li minnhom relatati ma’ titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja

20,144

29,761

Kollateral fi flus 2

677

4,450

li minnhom relatati ma’ titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja

677

4,450

Il-valur tas-suq tal-kollateral

29,649

43,420

1) dan l-ammont huwa rreġistrat f’kontijiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ.
2) Dan l-ammont huwa rreġistrat f’kontijiet fil-karta tal-bilanċ taħt “Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro” u “Obbligazzjonijiet lil residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro”.

Nota 18 - Futures tar-rati tal-imgħax

Saru tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE. It-tranżazzjonijiet li ġejjin, tradotti bir-rati tal-kambju tal-aħħar tas-sena, kienu għadhom pendenti fi tmiem is-sena:

(miljuni ta’ EUR)

2025
Valur tal-kuntratt

2024
Valur tal-kuntratt

Bidla

Futures tar-rata tal-imgħax f’munita barranija

Xiri

880

382

498

Bejgħ

105

734

(629)

Nota 19 - Tranżazzjonijiet forward f’titoli

It-tranżazzjonijiet forward f’titoli saru fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE. It-tranżazzjonijiet li ġejjin, tradotti bir-rati tal-kambju tal-aħħar tas-sena, kienu għadhom pendenti fi tmiem is-sena:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Tranżazzjonijiet forward f’titoli

Xiri

1,248

-

1,248

Bejgħ

51

-

51

Nota 20 - Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani

Ġestjoni ta’ riżervi barranin
Saru tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE. Il-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet li ġejjin li jirriżultaw minn dawn it-tranżazzjonijiet, tradotti bir-rati tal-kambju barrani tal-aħħar tas-sena, kienu pendenti fi tmiem is-sena:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Tranżazzjonijiet swap u forward tal-kambju barrani

Pretensjonijiet

2,102

2,873

(771)

Obbligazzjonijiet

2,038

2,742

(704)

Arranġamenti swap li jipprovdu likwidità
Il-BĊE hu parti minn network ta’ swap-line ta’ banek ċentrali u għandu fis-seħħ arranġamenti reċiproċi ta’ swap mal-Bank of Canada, il-Bank tal-Ġappun, il-Bank Nazzjonal Żvizzeru, il-Bank of England u l-Federal Reserve System. Għandu wkoll linja ta’ swap reċiproka mal-Bank tal-Poplu taċ-Ċina. Dawn l-arranġamenti swap jippermettu l-provvediment ta’ (i) likwidità fi kwalunkwe waħda mill-muniti rispettivi tal-banek ċentrali ta’ hawn fuq lill-banek taż-żona tal-euro jew (ii) likwidità f’euro lil istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjonijiet tal-banek ċentrali msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, hemm fis-seħħ ukoll ftehimiet ta’ swap ma’ Danmarks Nationalbank u Sveriges Riksbank għall-provvista ta’ likwidità f’euro lil istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom. L-arranġamenti ta’ hawn fuq għandhom l-għan li jipprevjenu t-tensjonijiet fis-swieq ta’ finanzjament internazzjonali milli jfixklu l-effettività tat-trażmissjoni tal-politika monetarja taż-żona tal-euro.[57]

Pretensjonijiet u obbligazzjonijiet f’dollari Amerikani b’data ta’ maturità fl-2026 saru fir-rigward tal-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani lil kontropartijiet tal-Eurosistema (ara n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”).

Nota 21 - Amministrazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ self u għoti ta’ self

Il-BĊE jaġixxi bħala aġent fiskali għall-Kummissjoni Ewropea għall-amministrazzjoni tal-attivitajiet ta' għoti u teħid b'self tal-UE.[58] Fl-2025, il-BĊE kien responsabbli għall-amministrazzjoni tal-kontijiet u għall-ipproċessar tal-pagamenti relatati mal-programmi tal-UE li ġejjin:

Attivitajiet ta’ teħid u għoti ta’ self tal-UE

Il-Faċilità ta’ assistenza finanzjarja għal żmien medju (MTFA, medium-term financial assistance)

Il-mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM, European Financial Stabilisation Mechanism)

Il-Ftehim dwar faċilità ta’ self għall-Greċja

L-istrument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE, Support to mitigate Unemployment Risks in an Emergency)

Il-programm Next Generation EU (NGEU)

Il-mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna (ULCM, Ukraine Loan Cooperation Mechanism)

Il-Faċilità għall-Ukrajna

Assistenza makrofinanzjarja (MFA, Macro-financial assistance)

Il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent

Barra minn hekk, il-BĊE jaġixxi bħala aġent tal-ħlas għall-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tas-Servizz tal-Ħruġ tal-UE tagħha.

2.6 Noti dwar il-kont tal-profitt u t-telf

Nota 22 – Dħul nett mill-imgħax/(spiża)

L-ispiża netta tal-imgħax kienet kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Riżervi barranin

2,089

2,537

(448)

Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja

3,814

3,850

(36)

Self ta’ titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja

17

32

(15)

Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

2,900

5,232

(2,332)

Bilanċi ta’ TARGET dovuti mill-BĊN

29,896

54,542

(24,645)

Fondi proprji

611

703

(92)

Oħrajn

1

3

(2)

Dħul totali mill-imgħax

39,328

66,898

(27,569)

Riżervi barranin

(0)

(0)

(0)

Self ta’ titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja1

(26)

(137)

111

Pretensjonijiet tal-BĊNi fir-rigward tar-riżervi barranin ittrasferiti

(790)

(1,448)

659

Bilanċi ta’ TARGET dovuti lill-BĊN

(37,603)

(70,216)

32,613

Depożiti aċċettati mill-BĊE fir-rwol tiegħu bħala aġent fiskali

(601)

(1,219)

618

Oħrajn

(488)

(861)

374

Spiża totali tal-imgħax

(39,507)

(73,881)

34,374

Spiża netta tal-imgħax

(178)

(6,983)

6,805

1) Din il-partita tinkludi l-ispiża fuq l-imgħax fuq flus kontanti riċevuti bħala kollateral.

Nota 22.1 — Dħul nett mill-imgħax fuq riżervi barranin

Id-dħul nett mill-imgħax fuq ir-riżervi barranin tal-BĊE, imqassma skont it-tip ta’ strument, kienu skont kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Kontijiet kurrenti

55

85

(30)

Depożiti fis-suq monetarju

123

149

(26)

Ftehimiet ta’ riakkwist

(0)

(0)

(0)

Ftehimiet ta’ repo rriversjat

229

225

4

Titoli

1,591

1,936

(345)

Tranżazzjonijiet forward u swap f’muniti barranin

90

142

(51)

Dħul nett mill-imgħax fuq riżervi barranin

2,089

2,537

(449)

Id-dħul nett mill-imgħax fuq ir-riżervi barranin tal-BĊE, imqassma skont il-munita barranija, kienu skont kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Dollari Amerikani

1,961

2,434

(472)

Yen Ġappuniż

64

9

56

Renminbi Ċiniżi

9

12

(3)

SDRs

53

83

(29)

Oħrajn

0

0

(0)

Dħul nett mill-imgħax fuq riżervi barranin

2,089

2,537

(449)

Nota 22.2 - Dħul mill-imgħax li jirriżulta mill-pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

Fl-2025, l-introjtu mill-imgħax relatat mas-sehem ta’ 8% tal-BĊE mill-valur totali ta’ karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni (ara “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità” u n-nota 5.1 “Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fl-Eurosistema”) ammonta għal €2,900 miljun (2024: €5,232 miljun). It-tnaqqis kien dovut għar-rata medja aktar baxxa tar-remunerazzjoni (2025: 2.3%, 2024: 4.1 %), li jirriżulta prinċipalment mit-tnaqqis fir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE fl-2025 u, sa ċertu punt, mill-applikazzjoni tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu bħala r-rata ta’ remunerazzjoni minflok ir-rata fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (ara “Kwistjonijiet oħrajn” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”).

Nota 22.3 – Remunerazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ BĊNi fir-rigward ta’ riżervi barranin trasferiti

Fl-2025, l-ispiża fuq ir-remunerazzjoni li rriżultat mill-pretensjonijiet tal-BĊN taż-żona tal-euro fir-rigward tal-assi f’riżervi barranin trasferiti lill-BĊE (ara n-nota 11.1 “Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin”) ammontat għal €790 miljun (2024: €1,448 miljun). It-tnaqqis kien dovut għar-rata medja aktar baxxa tar-remunerazzjoni (2025: 2.3%, 2024: 4.1 %), aġġustat biex jirrifletti redditu żero fuq il-komponent tad-deheb, li jirriżulta prinċipalment mit-tnaqqis fir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE fl-2025 u, sa ċertu punt, mill-applikazzjoni tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu bħala l-bażi għar-remunerazzjoni minflok ir-rata fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (ara “Kwistjonijiet oħra” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”).

Nota 22.4 – Introjtu mill-imgħax nett fuq titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja

L-introjtu mill-imgħax nett fuq titoli miżmuma għal skopijiet ta’ politika monetarja kien kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

SMP1

15

24

(9)

APP

CBPP3

159

178

(20)

ABSPP

137

419

(281)

PSPP – titoli tal-gvern/aġenzija

2,022

2,022

(0)

Total APP

2,318

2,619

(301)

PEPP

PEPP – bonds koperti

6

6

0

PEPP – titoli tal-gvern/aġenzija

1,475

1,201

274

Total PEPP

1,481

1,206

275

Dħul nett mill-imgħax fuq titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja

3,814

3,850

(36)

1) Id-dħul nett tal-BĊE mill-imgħax fuq l-investimenti SMP f’bonds tal-gvern Grieg ammonta għal EUR 14-il miljun (2024: €18 miljun).

Nota 22.5 – Spiża netta tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti lil/mill-BĊNi

L-ispiża netta tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti minn/lill-BĊNi kienet skont kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Introjtu mill-imgħax nett li jirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti lil/mill-BĊNi

29,896

54,542

(24,645)

- BĊN taż-żona tal-euro

29,896

54,542

(24,645)

Spiża tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti lil/mill-BĊNi

(37,603)

(70,216)

32,613

- BĊN taż-żona tal-euro

(37,586)

(70,150)

32,564

- BĊN mhux taż-żona tal-euro

(17)

(66)

49

Spiża netta tal-imgħax li tirriżulta mill-bilanċi tat-TARGET dovuti lil/mill-BĊNi

(7,706)

(15,674)

7,968

It-tnaqqis kien fil-biċċa l-kbira dovut għar-rata medja aktar baxxa tar-remunerazzjoni (2025: 2.3%, 2024: 4.1 %), li jirriżulta prinċipalment mit-tnaqqis fir-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE fl-2025 u, sa ċertu punt, mill-applikazzjoni tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu bħala r-rata ta’ remunerazzjoni minflok ir-rata fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (ara “Kwistjonijiet oħrajn” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”). Bilanċi aktar baxxi tat-TARGET, li jirriżultaw prinċipalment minn titoli tal-politika monetarja li jimmaturaw, ikkontribwew ukoll għal dan it-tnaqqis.

Nota 23 - Gwadanni/(telf) realizzati minn operazzjonijiet finanzjarji

Il-gwadann u t-telf realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji kienu skont kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Gwadanni/(telf) nett realizzati mill-prezzijiet

45

(53)

98

Gwadann nett realizzat mir-rata tal-kambju u l-prezz tad-deheb

905

36

869

Qligħ/(telf) nett realizzat minn operazzjonijiet finanzjarji

950

(17)

967

It-telf nett realizzat mill-prezzijiet jinkludi gwadanni u telf realizzati fuq titoli u futures tar-rata tal-imgħax. Il-gwadanji netti fil-prezzijiet realizzati fl-2025 kienu prinċipalment xprunati mill-gwadanji fil-prezzijiet realizzati fuq il-bejgħ ta’ titoli denominati f’dollari Amerikani li l-prezz tas-suq tagħhom kien żdied bħala riżultat ta’ tnaqqis fir-rendimenti korrispondenti.

Il-gwadanji netti realizzati fir-rata tal-kambju fl-2025 irriżultaw b’mod predominanti minn riekwilibriju standard tal-kompożizzjoni tar-riżervi barranin tal-BĊE matul l-ewwel trimestru tal-2025 biex jiġu allinjati mal-allokazzjoni fil-mira. Il-BĊE biegħ porzjon żgħir tal-parteċipazzjonijiet tiegħu f’dollari Amerikani u investa mill-ġdid kompletament ir-rikavat fil-yen Ġappuniż.

Il-qligħ u t-telf realizzati li jirriżultaw minn operazzjonijiet finanzjarji, diżaggregati skont il-munita u t-trimestru, kienu skont kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Trimestru 1

Trimestru 2

Trimestru 3

Trimestru 4

Total

Trimestru 1

Trimestru 2

Trimestru 3

Trimestru 4

Total

Gwadanni/(telf) nett realizzati mill-prezzijiet

Dollari Amerikani

11

29

39

17

97

(10)

(23)

38

(13)

(8)

Yen Ġappuniż

(8)

(4)

(7)

(5)

(23)

(0)

(2)

(0)

(2)

(4)

Renminbi Ċiniżi

1

0

1

1

4

1

1

3

1

7

Euro

(26)

(2)

(2)

(1)

(32)

(27)

(11)

(3)

(6)

(48)

Subtotal

(22)

23

31

12

45

(36)

(35)

38

(20)

(53)

Gwadanni/(telf) nett realizzati mir-rata tal-kambju u l-prezz tad-deheb

Dollari Amerikani

909

0

0

0

909

(0)

(0)

0

37

37

Yen Ġappuniż

0

(0)

(0)

(8)

(8)

(0)

(0)

(0)

(0)

(1)

Renminbi Ċiniżi

0

0

0

(0)

(0)

0

(0)

(0)

(0)

(0)

Oħrajn

5

0

(1)

(0)

4

0

0

0

0

0

Subtotal

914

(0)

(1)

(8)

905

(0)

(0)

0

36

36

Total

892

23

30

4

950

(36)

(35)

38

17

(17)

Nota 24 – Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji

It-tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji jidher hawn taħt:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Telf mhux realizzat mill-prezz tat-titoli

(130)

(187)

57

Telf mhux realizzat mir-rata tal-kambju

(1,316)

(81)

(1,235)

Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji

(1,446)

(269)

(1,178)

Il-valur tas-suq ta’ għadd ta’ titoli, miżmuma prinċipalment fil-fondi proprji u fil-portafolli tal-yen Ġappuniż, naqas flimkien ma’ żieda fir-rendimenti korrispondenti fl-2025. Dan wassal għal telf mhux realizzat mill-prezz fl-aħħar tas-sena.

It-telf mhux realizzat fir-rata tal-kambju rriżulta mill-parteċipazzjonijiet kollha tal-BĊE f’muniti barranin ħlief għall-parteċipazzjoni f’dollari Amerikani, b’EUR 1,229 miljun ġejjin mill-investimenti f’yen Ġappuniż. Il-kost medju tal-akkwist ta’ dawn l-investimenti tniżżel għar-rata tal-kambju ta’ tmiem is-sena 2025 minħabba d-deprezzament ta’ dawn il-muniti kontra l-euro għal livell aktar baxx mill-kost medju tagħhom.

Nota 25 – Introjtu nett/(spiża) netta minn tariffi u kummissjonijiet

L-introjtu nett relatat mat-tariffi u l-kummissjonijiet kien kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Dħul minn tariffi u kummissjonijiet

719

697

22

Spejjeż relatati ma’ tariffi u kummissjonijiet

(19)

(22)

3

Dħul nett minn tariffi u kummissjonijiet

700

674

26

Introjtu taħt din il-partita jikkonsisti primarjament minn tariffi superviżorji. L-ispejjeż jikkonsistu b’mod predominanti minn tariffi ta’ kustodja.

Introjtu u spejjeż relatati mal-kompiti superviżorji
L-introjtu relatat mal-kompiti superviżorji kien skont kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Dħul mit-tariffi superviżorji

690

681

9

- Introjtu mit-tariffi mingħand entitajiet sinifikanti jew gruppi sinifikanti

659

651

8

- Introjtu mit-tariffi mingħand entitajiet inqas sinifikanti jew gruppi inqas sinifikanti

31

29

2

Penali amministrattivi imposti

29

16

13

Dħul relatat mal-kompiti tas-superviżjoni bankarja

718

696

22

L-introjtu relatat mas-superviżjoni bankarja jinkludi prinċipalment introjtu minn tariffi superviżorji imposti kull sena fuq entitajiet taħt superviżjoni sabiex tiġi rkuprata n-nefqa annwali mġarrba mill-BĊE fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu.

L-ispejjeż relatati mas-superviżjoni bankarja jirriżultaw mis-superviżjoni diretta ta’ entitajiet sinifikanti, is-sorveljanza tas-superviżjoni ta’ entitajiet inqas sinifikanti u t-twettiq ta’ kompiti orizzontali u servizzi speċjalizzati. Dawn jikkonsistu fl-ispejjeż diretti tal-funzjoni superviżorja tal-BĊE u l-ispejjeż rilevanti li jirriżultaw minn oqsma ta’ appoġġ meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-responsabbiltajiet superviżorji tal-BĊE. Dan jirrifletti s-servizzi tagħhom fir-rigward tal-bini u l-faċilitajiet; riżorsi umani; teknoloġija tal-informazzjoni (IT); servizzi legali, tal-awditjar u tal-amministrazzjoni; komunikazzjoni u traduzzjoni; u attivitajiet oħrajn.

L-ispejjeż annwali reali relatati mal-kompiti superviżorji tal-BĊE żdiedu minħabba t-testijiet tal-istress biennali madwar l-UE kollha li saru fl-2025,[59] il-mandat il-ġdid introdott mill-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali (DORA, Digital Operational Resilience Act)[60] u l-investiment kontinwu fis-sistemi tal-IT iddedikati għas-superviżjoni bankarja.

Biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ tariffi superviżorji li għandhom jitħallsu mill-entitajiet taħt superviżjoni, l-ispiża annwali attwali tiġi aġġustata għall-ammonti rimborżati lil/riċevuti mingħand banek individwali għal perjodi tariffarji preċedenti u aġġustamenti oħra, inkluż l-imgħax riċevut fuq ħlasijiet tard.[61] Meta jitqies aġġustament li jikkorrispondi għall-imgħax riċevut fuq ħlasijiet tard kif ukoll rimborżi netti lil banek individwali għal perjodi tariffarji preċedenti, it-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fuq l-entitajiet taħt superviżjoni għall-perjodu tariffarju 2025 ammontaw għal EUR 690 miljun (ara n-nota 6.4 “Dovuti u spejjeż imħallsa bil-quddiem”). Dan it-total huwa kważi daqs l-ispejjeż annwali attwali.[62] It-tariffi superviżorji individwali se jiġu ffaturati fit-tieni trimestru tal-2026.[63]

Il-BĊE hu intitolat ukoll li jimponi penali amministrattivi fuq entitajiet taħt superviżjoni għal nuqqas ta' konformità mal-liġi bankarja tal-UE dwar rekwiżiti prudenzjali (inklużi d-deċiżjonijiet superviżorji tal-BĊE). Id-dħul relatat ma jitqiesx fil-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali, u lanqas ir-rimborżi ta’ tali penali jekk jiġu emendati jew annullati d-deċiżjonijiet ta’ sanzjoni preċedenti. Minflok, l-ammonti relatati jiġu rreġistrati fil-kont tal-profitt u t-telf tal-BĊE.

Nota 26 - Introjtu minn ishma azzjonarji u interessi parteċipanti

L-introjtu minn strumenti ta’ ekwità u interessi parteċipanti kien ta’ EUR 14-il miljun fl-2025 (2024: €1 miljun). It-total kien jinkludi dividendi riċevuti fuq il-fondi nnegozjati fil-borża ta’ ekwità miżmuma fil-portafoll ta’ fondi proprji tal-BĊE u fuq l-ishma fil-BIS miżmuma mill-BĊE (ara n-nota 6.2 “Assi finanzjarji oħrajn”).

Nota 27 - Introjtu ieħor

Introjtu mixxellanju ieħor kien ta’ EUR 135 miljun fl-2025 (2024: €119 miljun). It-total irriżulta prinċipalment minn kontribuzzjonijiet tal-BĊNi parteċipanti għall-kostijiet imġarrba mill-BĊE b’rabta mal-proġetti u s-servizzi tas-SEBĊ.

Nota 28 - Kostijiet fuq il-persunal

Il-kostijiet tal-persunal kienu skont kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Salarji u benefiċċji

619

560

59

Assigurazzjoni tal-persunal

29

26

2

Benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul

162

258

(96)

Kostijiet tal-persunal

809

844

(34)

L-għadd medju ta’ impjegati fl-2025, espress bħala ekwivalenti full-time (FTEs)[64], ammonta għal 4,388 (2024: 4,297), li minnhom 388 (2024: 386) kienu persunal maniġerjali.

Il-kostijiet fir-rigward tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji oħra fit-tul kienu aktar baxxi fl-2025 prinċipalment minħabba li fl-2024 ġie impost kost mhux rikorrenti tas-servizz passat fir-rigward ta’ emenda għar-regoli li jirregolaw il-pjanijiet tal-pensjonijiet tal-BĊE. Skont ir-regoli tal-kontabilità rilevanti tal-BĊE għall-pensjonijiet, din l-ispiża ġiet rikonoxxuta bis-sħiħ fil-kont tal-qligħ u t-telf għall-2024 meta ttieħdet id-deċiżjoni. Is-salarji u l-allowances żdiedu fl-2025 f’konformità man-numru medju ogħla ppjanat ta’ persunal impjegat mill-BĊE u l-aġġustamenti regolari tas-salarji.

Remunerazzjoni tal-BĊE għall-Bord Eżekuttiv u l-Bord Superviżorju
Il-Membri tal-Bord Eżekuttiv u l-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE jirċievu salarju bażiku u benefiċċji għar-residenza (15% tas-salarju bażiku). Fil-każ tal-President, tiġi pprovduta residenza minflok benefiċċju għal residenza. Il-Membri tal-Bord Eżekuttiv u l-President tal-Bord Superviżorju jirċievu wkoll benefiċċju tar-rappreżentanza.[65] Bla ħsara għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew,[66] il-membri taż-żewġ bordijiet huma intitolati għal benefiċċji tal-familja, tat-tfal u tal-edukazzjoni u oħrajn, skont iċ-ċirkostanzi individwali tagħhom. Is-salarji huma soġġetti għat-taxxa li tmur għall-benefiċċju tal-UE kif ukoll għal tnaqqis fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet għall-iskemi tal-pensjoni, tal-assigurazzjoni medika, kura fit-tul u tal-assigurazzjoni kontra l-inċidenti. Il-benefiċċji la huma taxxabbli u lanqas huma pensjonabbli.

Fl-2025, is-salarji bażiċi tal-membri tal-Bord Eżekuttiv u tal-membri tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE (jiġifieri minbarra r-rappreżentanti tas-superviżuri nazzjonali) kienu dawn:[67]

(EUR)

2025

2024

Total Bord Eżekuttiv

2,320,416

2,197,332

Christine Lagarde
President

492,204

466,092

Luis de Guindos (Viċi-President)

421,908

399,528

Piero Cipollone (Membru tal-Bord)

351,576

332,928

Frank Elderson (Membru tal-Bord)

351,576

332,928

Philip R. Lane (Membru tal-Board)

351,576

332,928

Isabel Schnabel (Membru tal-Board)

351,576

332,928

Total Bord Superviżorju (membri impjegati mill-BĊE)1

1,604,632

1,364,558

li minnhom:

Claudia Buch (Chairperson tal-Bord Superviżorju)

351,576

332,928

Total

3,925,048

3,561,890

1) Iċ-ċifra totali tinkludi r-remunerazzjoni tal-President tal-Bord Superviżorju u tal-membri tal-BĊE. Frank Elderson ma jirċievi ebda remunerazzjoni addizzjonali fir-rwol tiegħu ta’ Viċi President tal-Bord Superviżorju. It-totali għall-2024 kienu affettwati minn distakk bejn it-tmiem u l-bidu tal-mandati ta’ żewġ membri tal-Bord Superviżorju u s-suċċessuri tagħhom.

Il-benefiċċji totali li tħallsu lill-membri taż-żewġ bordijiet u l-kontribuzzjonijiet tal-BĊE għall-iskemi tal-assigurazzjoni medika, il-kura fit-tul u kontra l-inċidenti mħallsa f’isimhom ammontaw għal €1,320,276 (2024: €1,254,013).

Jistgħu jsiru pagamenti tranżitorji lil dawk li kienu membri taż-żewġ bordijiet għal perjodu limitat wara tmiem il-mandat tagħhom. Fl-2025 dawn il-pagamenti, inklużi l-benefiċċji relatati u l-kontribuzzjonijiet tal-BĊE għall-iskemi tal-assigurazzjoni medika, kura fit-tul u kontra l-inċidenti, ammontaw għal EUR 1,039,478 (2024: €552,772). Dawn il-pagamenti żdiedu fl-2025 peress li l-biċċa l-kbira tal-membri tal-bord irċevewhom għas-sena kollha, filwaqt li fl-2024 xi wħud minn dawn il-membri rċevewhom biss għal ftit xhur.

Pagamenti relatati mal-pensjoni, inklużi benefiċċji ta' wara l-impjieg, u kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-assigurazzjoni medika, kura fit-tul u kontra l-inċidenti għal dawk li kienu membri tal-bord u d-dipendenti tagħhom, ammontaw għal €2,005,333 (2024: €2,185,215).[68] Fl-2025, simili għall-2024, dan l-ammont kien jinkludi ħlas ta’ somma f’daqqa lil eks membru wieħed tal-bord mat-tluq minflok ħlasijiet tal-pensjonijiet futuri.

Nota 29 - Spejjeż amministrattivi

L-ispejjeż amministrattivi kienu kif ġej:

(miljuni ta’ EUR)

2025

2024

Bidla

Kera, manutenzjoni tal-proprjetà u utilitajiet

62

57

5

Spejjeż relatati mal-persunal

69

74

(5)

Spejjeż relatati mal-IT

170

153

17

Servizzi esterni

142

162

(20)

Spejjeż oħra

73

67

6

Spejjeż amministrattivi

516

513

4

Iż-żieda żgħira fl-ispejjeż amministrattivi fl-2025 kienet xprunata prinċipalment minn infiq ogħla fuq is-servizzi u l-proġetti tal-IT (“spejjeż relatati mal-IT”). It-tnaqqis fis-“Servizzi esterni” kien prinċipalment dovut għal spejjeż aktar baxxi relatati ma’ servizzi ta’ konsulenza finanzjarja u servizzi oħra ta’ konsulenza u riallokazzjoni tal-kostijiet għal spejjeż relatati mal-IT minħabba mudelli ta’ twassil tal-IT li qed jevolvu.

Nota 30 - Servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus

Fl-2025 din l-ispiża ammontat għal €8 miljun (2024: €9 miljun). It-total irriżulta prinċipalment mit-trasport transfruntier ta’ karti tal-flus tal-euro (i) bejn l-istamperiji tal-karti tal-flus u l-BĊNi, għall-kunsinna ta’ karti tal-flus ġodda, u (ii) bejn il-BĊNi, biex jikkumpensaw għal skarsezzi permezz ta’ stokks żejda. Dawn il-kostijiet jiġġarrbu ċentralment mill-BĊE.

Nota 31 – Trasferiment (lil)/minn provvedimenti kontra r-riskji

Id-dispożizzjoni għar-riskji finanzjarji (ara “Dispożizzjoni għar-riskji finanzjarji” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità”) ġiet rilaxxata bis-sħiħ biex tkopri t-telf fl-2022 u fl-2023 li jirriżulta minn skoperturi għal riskji finanzjarji. Peress li ma sar l-ebda trasferiment għal din id-dispożizzjoni fis-snin sussegwenti, din id-dispożizzjoni kienet ta’ żero mill-aħħar tal-2023.

2.7 Avvenimenti wara l-għeluq tas-sena finanzjarja

Nota 32 — Adeżjoni tal-Bulgarija maż-żona tal-euro

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1407 tat-8 ta’ Lulju 2025[69], li ttieħdet skont l-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Bulgarija adottat il-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2026. Skont l-Artikolu 48.1 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-atti legali adottati mill-Kunsill Governattiv fil-31 ta’ Diċembru 2025, [70] Българска народна банка (l-Bank Nazzjonali Bulgaru) ħallas ammont ta’ EUR 102 miljun b’effett mill-1 ta’ Jannar 2026, li huwa l-kumplament tas-sottoskrizzjoni tiegħu għall-kapital tal-BĊE. Skont l-Artikolu 48.1, flimkien mal-Artikolu 30.1, tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Bank Nazzjonali Bulgaru ttrasferixxa assi f’riżervi barranin b’valur totali ekwivalenti għal EUR 1,483 miljun lill-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2026. Dawn l-assi f’riżervi barranin kienu jinkludu dollari Amerikani fil-forma ta’ flus kontanti, u deheb (15%).

Il-Bank Nazzjonali Bulgaru ġie kkreditat bi pretensjonijiet fir-rigward tal-kapital imħallas u l-assi f’riżervi barranin ekwivalenti għall-ammonti trasferiti. Dawn tal-aħħar għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-pretensjonijiet eżistenti tal-BĊN l-oħra taż-żona tal-euro (ara n-nota 11.1 “Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin”).

2.8 Rapporti finanzjarji 2021–25

Karta tal-bilanċ

Assi

(miljuni ta’ EUR)

2021

2022

2023

2024

2025

Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb

26,121

27,689

30,419

40,895

59,754

Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin

51,433

55,603

55,876

58,117

54,764

Ammonti riċevibbli mill-FMI

1,234

1,759

2,083

2,227

1,772

Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi esterni oħrajn

50,199

53,844

53,793

55,890

52,992

Pretensjonijiet kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin

2,776

1,159

1,450

4,094

2,236

Pretensjonijiet kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro

3,070

-

-

-

-

Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self

3,070

-

-

-

-

Pretensjonijiet oħra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro

38

12

17

2

1

Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro

445,384

457,271

425,349

376,781

325,265

Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja

445,384

457,271

425,349

376,781

325,265

Pretensjonijiet intra-Eurosistema

123,551

125,763

125,378

127,067

129,563

Pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

123,551

125,763

125,378

127,067

129,563

Assi oħrajn

27,765

31,355

34,739

33,644

31,756

Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

1,189

1,105

1,023

971

1,055

Assi finanzjarji oħra

21,152

21,213

22,172

22,781

23,211

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ

620

783

552

681

273

Dovuti u spejjeż imħallsin bil-quddiem

4,055

7,815

10,905

9,158

7,108

Diversi

749

438

88

53

110

Assi totali

680,140

698,853

673,229

640,600

603,339

Obbligazzjonijiet

(miljuni ta’ EUR)

2021

2022

2023

2024

2025

Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

123,551

125,763

125,378

127,067

129,563

Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro

9,473

17,734

4,699

2,388

489

Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro

7,604

63,863

20,622

24,554

26,022

Gvern ġenerali

3,200

48,520

143

73

74

Obbligazzjonijiet oħra

4,404

15,343

20,479

24,482

25,947

Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro

112,492

78,108

23,111

39,859

26,846

Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’muniti barranin

-

-

24

-

-

Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħrajn

-

-

24

-

-

Obbligazzjonijiet intra-Eurosistema

375,136

355,474

445,048

388,676

354,060

Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin

40,344

40,344

40,671

40,562

40,562

Obbligazzjonijiet relatati mat-TARGET (nett)

334,618

315,090

404,336

348,074

313,491

Obbligazzjonijiet oħra fi ħdan l-Eurosistema (netti)

174

41

40

40

8

Obbligazzjonijiet oħra

2,877

5,908

9,498

7,615

4,745

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra mill-karta tal-bilanċ

568

430

68

-

0

Dovuti u introjti miġbura bil-quddiem

32

3,915

8,030

6,288

3,661

Diversi

2,277

1,562

1,401

1,327

1,084

Provvedimenti

8,268

6,636

67

72

84

Provvedimenti kontra r-riskju

8,194

6,566

-

-

-

Provvedimenti oħra

74

69

67

72

84

Kontijiet ta’ rivalutazzjoni

32,277

36,487

37,099

50,653

63,068

Kapital u riżervi

8,270

8,880

8,948

8,925

8,925

Kapital

8,270

8,880

8,948

8,925

8,925

Telf akkumulat riportat

-

-

-

(1,266)

(9,210)

Profitt/(telf) għas-sena

192

-

(1,266)

(7,944)

(1,254)

Obbligazzjonijiet totali

680,140

698,853

673,229

640,600

603,339

Nota: Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà, it-tqassim tal-karta tal-bilanċ għas-snin 2021–23 ġie aġġustat biex jaqbel mat-tqassim introdott fl-2024. Barra minn hekk, peress li l-partita “Profitt (telf) għas-sena” ġiet inkluża bħala partita negattiva awtonoma fuq in-naħa tal-obbligazzjoniijet tal-karta tal-bilanċ, l-ammonti għal “Assi totali” u “Obbligazzjonijiet totali” fl-2023 ġew aġġustati skont dan. Aktar dettalji dwar dawn il-bidliet jistgħu jinstabu taħt “Bidliet fil-preżentazzjoni fir-rapporti finanzjarji” fit-Taqsima 2.3 “Politiki kontabilistiċi” tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE 2024.

Kont tal-profitt u telf

(miljuni ta’ EUR)

2021

2022

2023

2024

2025

Introjtu/(spiża) nett/a mill-imgħax

1,566

900

(7,193)

(6,983)

(178)

Dħul mill-imgħax

1,575

12,314

63,723

66,898

39,328

Spiża tal-imgħax

(9)

(11,414)

(70,916)

(73,881)

(39,507)

Riżultat nett ta’ operazzjonijiet finanzjarji u tnaqqis tal-valur

(139)

(1,950)

(144)

(286)

(497)

Qligħ/telf realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji

(6)

(110)

(106)

(17)

950

Tnaqqis tal-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji

(133)

(1,840)

(38)

(269)

(1,446)

Dħul/(spiża) nett(a) minn tariffi u kummissjonijiet

559

585

650

674

700

Dħul minn ishma azzjonarji u interessi parteċipanti

2

1

1

1

14

Dħul ieħor

56

61

72

119

135

Kostijiet tal-persunal

(674)

(652)

(676)

(844)

(809)

Spejjeż amministrattivi

(444)

(460)

(481)

(513)

(516)

Deprezzament ta’ assi fissi tanġibbli u intanġibbli

(108)

(103)

(106)

(104)

(94)

Servizzi tal-produzzjoni tal-karti tal-flus

(13)

(9)

(9)

(9)

(8)

Spejjeż oħra

(5)

-

-

-

-

Profitt/(telf) qabel it-trasferiment (lejn)/mill-provvedimenti kontra r-riskji

802

(1,627)

(7,886)

(7,944)

(1,254)

Trasferiment (lil)/minn provvedimenti kontra r-riskju

(610)

1,627

6,620

-

-

Profitt/(telf) għas-sena

192

-

(1,266)

(7,944)

(1,254)

Distribuzzjoni tal-profitti

192

-

-

-

-

Nota: Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà, it-tqassim tal-kont tal-profitt u t-telf għas-snin 2021–23 ġie aġġustat biex jaqbel mat-tqassim introdott fl-2024. Barra minn hekk, l-ammonti murija taħt is-sub-partiti “Dħul mill-imgħax” u “Spiża tal-imgħax” ġew dikjarati mill-ġdid f’konformità mar-raġunar dwar l-introjtu mill-imgħax u n-nettjar tal-ispejjeż applikat mill-2024. Aktar dettalji dwar dawn il-bidliet jistgħu jinstabu taħt “Bidliet fil-preżentazzjoni fir-rapporti finanzjarji” fit-Taqsima 2.3 “Politiki tal-kontabilità” tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE 2024.

3 Rapport tal-awditur indipendenti

Lill-President u Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
Frankfurt am Main

Rapport dwar l-Awditu tar-Rapporti Finanzjarji 2025 tal-BĊE

Opinjoni

Aħna għamilna awditu tar-Rapporti Finanzjarji tal-Bank Ċentrali Ewropew għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2025 – inklużi fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE – li jikkonsistu mill-karta tal-bilanċ, il-kont tal-profitt u t-telf, u ġabra fil-qosor tal-politika sinifikanti tal-kontabilità u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

Fl-opinjoni tagħna, dawn ir-Rapporti Finanzjarji tal-Bank Ċentrali Ewropew jagħtu stampa veritiera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-31 ta’ Diċembru 2025 u tar-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu għas-sena li għalqet dakinhar, skont il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Governattiv, li huma stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2024/2938 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/32), kif emendata, li hija bbażata fuq il-Linja Gwida (UE) 2024/2941 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024, dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (BĊE/2024/31).

Bażi għall-Opinjoni

Aħna għamilna l-awditu tagħna skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika (“ISAs”, International Standards on Auditing). Ir-responsabbiltajiet tagħna skont dawn l-istandards huma deskritti fit-taqsima Responsabbiltajiet tal-Awditur għall-Awditjar tar-Rapporti Finanzjarji tar-rapport tagħna. Aħna indipendenti mill-BĊE skont ir-rekwiżiti etiċi Ġermaniżi li huma rilevanti għall-awditu tagħna tar-Rapporti Finanzjarji, li huma konsistenti mal-International Ethics Standards Board for Accountants’ Code of Ethics for Professional Accountants (il-“Kodiċi IESBA”), u ssodisfajna r-responsabbiltajiet etiċi l-oħra tagħna skont dawn ir-rekwiżiti. Aħna tal-fehma li l-evidenza tal-awditu li ksibna hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna.

Tagħrif ieħor

Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE (“Bord Eżekuttiv”) huwa responsabbli għall-informazzjoni l-oħra inkluża fir-Rendikonti Annwali tal-BĊE. It-tagħrif l-ieħor jinkludi t-tag€ħrif kollu inkluż fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE ħlief għar-Rapporti Finanzjarji tal-BĊE u r-rapport tal-awditur tagħna.

L-opinjoni tagħna dwar ir-Rapporti Finanzjarji ma tkoprix it-tagħrif l-ieħor u aħna ma nesprimu ebda forma ta’ konklużjoni assigurattiva dwarhom.

Fir-rigward tal-awditu li għamilna tar-Rapporti Finanzjarji, ir-responsabbiltà tagħna hi li naqraw it-tagħrif l-ieħor u, waqt li nagħmlu dan, inqisu jekk it-tagħrif l-ieħor huwiex materjalment inkonsistenti mar-Rendikonti Finanzjarji jew mal-għarfien li ksibna waqt l-awditu jew b’xi mod ieħor jidher materjalment iddikjarat ħażin.

Responsabbiltajiet tal-Bord Eżekuttiv u ta’ dawk inkarigati mill-Governanza għar-Rapporti Finanzjarji

Il-Bord Eżekuttiv huwa responsabbli għat-tħejjija u għall-preżentazzjoni ġusta tar-Rapporti Finanzjarji skont il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Governattiv, li huma stabbilti fid-Deċiżjoni (UE) 2024/2938 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/32), kif emendata, li hija bbażata fuq il-Linja Gwida (UE) 2024/2941 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024, dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (BĊE/2024/31), u għall-kontroll intern bħal dan li l-Bord Eżekuttiv iqis bħala meħtieġ biex tkun tista’ ssir it-tħejjija ta’ Rapporti Finanzjarji li jkunu ħielsa minn kull dikjarazzjoni materjali falza, kemm minħabba frodi jew żbalji.

Fit-tħejjija tar-Rapporti Finanzjarji, il-Bord Eżekuttiv hu responsabbli għall-valutazzjoni tal-kapaċità tal-BĊE li jkompli jopera bħala negozju avvjat, waqt li jiżvela, fejn applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża n-negozju avvjat bħala bażi tal-kontabilità.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli għas-sorveljanza tal-proċess tar-rappurtar finanzjarju tal-BĊE.

Responsabbiltajiet tal-Awditur għall-Awditu tar-Rendikonti Finanzjarji

L-għanijiet tagħna huma li niksbu ċertezza raġonevoli dwar jekk ir-Rapporti Finanzjarji fl-intier tagħhom humiex ħielsa minn kull dikjarazzjoni materjali falza, kemm minħabba frodi jew żbalji, u li noħorġu rapport tal-awditur li jkun fih l-opinjoni tagħna. Iċ-ċertezza raġonevoli hija livell għoli ta’ ċertezza, iżda mhijiex garanzija li awditu li jsir skont l-ISAs dejjem se jidentifika dikjarazzjoni materjali falza meta din tkun teżisti. Id-dikjarazzjonijiet foloz jistgħu joriġinaw minn frodi jew żbalji u jitqiesu li jkunu materjali jekk, individwalment jew flimkien, ikunu mistennija b’mod raġonevoli li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-utenti li jsiru abbażi ta’ dawn ir-Rapporti Finanzjarji.

Bħala parti minn awditu skont l-ISAs, aħna neżerċitaw ġudizzju professjonali u nżommu xettiċiżmu professjonali matul l-ippjanar u t-twettiq kollu tal-awditu. Aħna wkoll:

  • Nidentifikaw u nivvalutaw ir-riskji ta’ kull dikjarazzjoni materjali falza tar-Rapporti Finanzjarji, kemm minħabba frodi jew żbalji, infasslu u nwettqu proċeduri tal-awditu li jwieġbu għal dawn ir-riskji, u niksbu evidenza tal-awditu li tkun biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna. Ir-riskju li ma tinqabadx dikjarazzjoni materjali falza li tirriżulta minn frodi huwa ogħla milli r-riskju li ma tinqabadx dikjarazzjoni materjali falza li tirriżulta minn żball, billi frodi tista’ tinvolvi kollużjoni, falsifikazzjoni, ommissjonijiet intenzjonati, rappreżentazzjonijiet ħżiena, jew il-qbiż ta’ kontroll intern.
  • Naslu biex nifhmu aħjar x’inhu l-kontroll intern rilevanti għall-awditu sabiex infasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkostanzi, iżda mhux biex nesprimu opinjoni dwar l-effikaċja tal-kontroll intern tal-BĊE.
  • Nivvalutaw kemm tkun xierqa l-politika tal-kontabilità li tintuża u kemm ikunu raġonevoli l-kalkoli tal-kontabilità u d-divulgazzjonijiet relatati li jsiru mill-Bord Eżekuttiv.
  • Nikkonkludu fuq kemm ikun xieraq l-użu mill-Bord Eżekuttiv tal-bażi ta’ kontabilità ta’ negozju avvjat u, abbażi tal-evidenza tal-awditu miksuba, jekk ikunx jeżisti nuqqas ta’ ċertezza materjali relatat mal-avvenimenti jew mal-kundizzjonijiet li jista’ jixħet dubju sinifikanti fuq il-kapaċità tal-BĊE li jkompli bħala negozju avvjat. Jekk nikkonkludu li jeżisti nuqqas ta’ ċertezza materjali, aħna nkunu obbligati niġbdu l-attenzjoni fir-rapport tagħna tal-awditur għad-divulgazzjonijiet relatati fir-Rapporti Finanzjarji jew, jekk dawn id-divulgazzjonijiet ma jkunux adegwati, li nimmodifikaw l-opinjoni tagħna. Il-konklużjonijiet tagħna huma bbażati fuq l-evidenza tal-awditu miksuba sad-data tar-rapport tal-awditur tagħna.
  • Nivvalutaw il-preżentazzjoni, l-istruttura u l-kontenut ġenerali tar-Rapporti Finanzjarji, fosthom id-divulgazzjonijiet, u jekk ir-Rapporti Finanzjarji jirrappreżentawx it-tranżazzjonijiet u l-avvenimenti bażi b’mod li jikseb preżentazzjoni vera u ġusta.

Aħna obbligati nikkomunikaw ma’ dawk inkarigati mill-governanza fir-rigward ta’, fost affarijiet oħra, l-ambitu u ż-żmien ippjanat tal-awditu u l-konklużjonijiet sinifikanti tal-awditu, inklużi xi nuqqasijiet sinifikanti fil-kontroll intern li nidentifikaw matul l-awditu tagħna.

Frankfurt am Main, 17 ta’ Frar 2026

Forvis Mazars GmbH & Co. KG
Wirtschaftsprüfungsgesellschaft
Steuerberatungsgesellschaft


Markus Morfeld
Wirtschaftsprüfer




Christina Fernholz
Wirtschaftsprüferin

4 Nota dwar it-tqassim tal-profitt /l-allokazzjoni tat-telf

Din in-nota mhijiex parti mir-rapporti finanzjarji tal-BĊE għas-sena 2025.

Skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-profitt nett tal-BĊE għandu jiġi trasferit f’din l-ordni:

  1. ammont li għandu jiġi deċiż mill-Kunsill Governattiv, li ma għandux jaqbeż 20 % tal-profitt nett, għandu jiġi trasferit fil-fond ġenerali tar-riżervi, soġġett għal limitu ugwali għal 100% tal-kapital;
  2. il-bqija tal-profitt nett għandu jitqassam lill-azzjonisti tal-BĊE fil-proporzjon tal-ishma mħallsin tagħhom.[71]

Fil-każ ta’ telf imġarrab mill-BĊE, l-iżbilanċ jista’ jiġi kkumpensat mill-fond ġenerali tar-riżervi tal-BĊE u, jekk ikun meħtieġ, wara deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, mid-dħul monetarju tas-sena finanzjarja rilevanti fil-proporzjon u mhux iżjed mill-ammonti allokati lill-BĊN skont l-Artikolu 32.5 tal-Istatut tas-SEBĊ.[72]

It-telf tal-BĊE għall-2025 kien ta’ EUR 1,254 miljun, meta mqabbel ma’ telf ta’ EUR 7,944 miljun fl-2024. Wara deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, dan it-telf se jiġi riportat fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE u se jiġi paċut kontra profitti futuri.

© Bank Ċentrali Ewropew, 2026

Indirizz postali 60640 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
Telefown +49 69 1344 0
Sit elettroniku www.ecb.europa.eu

Id-drittijiet kollha huma riżervati. Ir-riproduzzjoni għal skopijiet edukattivi u mhux kummerċjali hija permessa dment li jissemma s-sors.

Għat-terminoloġija speċifka, jekk jogħġbok irreferi għall-glossarju tal-BĊE (disponibbli bl-Ingliż biss).

HTML ISBN 978-92-899-7566-7, ISSN 2443-4914, doi:10.2866/3381130, QB-01-25-291-MT-Q


  1. F’dan id-dokument kollu, iċ-ċifri ppreżentati jistgħu ma jammontawx b'mod preċiż għat-totali, u l-perċentwali jistgħu ma jirriflettux b'mod preċiż iċ-ċifri assoluti minħabba żieda/tnaqqis sal-eqreb ċifra sħiħa.

  2. Ir-“rendikonti finanzjarji” jinkludu l-karta tal-bilanċ, il-kont tal-qligħ u t-telf, sommarju tal-politika tal-kontabilità sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni. Il-“Kontijiet Annwali” jinkludu r-rapporti finanzjarji, ir-rapport amministrattiv, ir-rapport tal-awditur indipendenti u n-nota dwar it-tqassim tal-profitt/l-allokazzjoni tat-telf. Aktar dettalji dwar il-proċess ta’ preparazzjoni u approvazzjoni relatati jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-BĊE.

  3. Għal definizzjoni ta’ “ekwità netta” kif użata fit-tħejjija tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE, ara t-Taqsima 1.3.2 “Ekwità netta”.

  4. Kien hemm 20 BĊN fl-Eurosistema fl-2025. Fit-8 ta’ Lulju 2025, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva formalment l-adozzjoni tal-euro mill-Bulgarija fl-1 ta’ Jannar 2026. Minn dik id-data, in-numru ta' BĊNi fl-Eurosistema żdied għal 21 biż-żieda ta' Българска народна банка (il-Bank Nazzjonali Bulgaru).

  5. Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 1), kif emendat. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll.

  6. Il-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 230). Is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) tinkludi l-BĊE u l-BĊNi kollha tas-27 Stat Membru tal-UE.

  7. F’konformità mal-implimentazzjoni deċentralizzata tal-politika monetarja, l-istrumenti rreġistrati fil-karti tal-bilanċ tal-BĊN taħt “Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro” u “Obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro” jintużaw biss mill-BĊNi. Aktar dettalji dwar l-strumenti tal-politika monetarja tal-Eurosistema jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.

  8. Aktar dettalji dwar self ta’ titoli jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.

  9. Dettalji oħra fuq il-linji swap tal-munita jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.

  10. Aktar dettalji dwar l-operazzjonijiet li jipprovdu likwidità f’euro tal-Eurosistema kontra kollateral eliġibbli jinsabu fis-sit web tal-BĊE. Il-linji repo deskritti wkoll fuq is-sit internet huma operati mill-BĊNi u, għaldaqstant, ma għandhom l-ebda impatt fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-BĊE.

  11. Aktar dettalji dwar is-Servizzi ta’ TARGET jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-BĊE.

  12. Is-sistemi anċillari huma infrastrutturi tas-suq finanzjarju li ngħataw aċċess għall-komponent TARGET-BĊE mill-Kunsill Governattiv, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/911 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2022 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET-BĊE u li tħassar id-Deċiżjoni ECB/2007/7 (ECB/2022/22) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 1), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll. Dettalji oħra dwar is-sistemi anċillari jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.

  13. L-APP jikkonsisti mit-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (CBPP3, third covered bond purchase programme), il-programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi (ABSPP, asset-backed securities purchase programme), il-programm ta’ xiri mis-settur pubbliku (PSPP, public sector purchase programme) u l-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv (CSPP, corporate sector purchase programme). Il-BĊE ma akkwistax titoli fis-CSPP. Il-kategoriji kollha tal-assi eliġibbli għax-xiri taħt l-APP eżistenti kienu eliġibbli wkoll taħt il-PEPP. Aktar dettalji dwar il-programm ta’ xiri ta’ assi u l-programm ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-BĊE.

  14. Aktar informazzjoni dwar il-profil tal-maturità tal-programm ta' xiri ta' assi u tal-programm ta' xiri għall-emerġenza pandemika tista’ tinstab fuq is-sit web tal-BĊE.

  15. L-investimenti f’munita barranija tal-BĊE jinkludu assi inklużi fil-karta tal-bilanċ taħt “Klejms kontra persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f'muniti barranin – Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra” u “Klejms kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f'muniti barranin”.

  16. Il-portafoll tal-fondi proprji mhux neċessarjament jikkorrispondi fid-daqs mas-somma tal-kapital imħallas tal-BĊE, il-fond ta’ riżerva ġenerali u l-provvediment għal riskji finanzjarji. Dan huwa prinċipalment dovut għall-investiment mill-ġdid tal-introjtu ġġenerat mill-portafoll, il-valutazzjoni tat-titoli bil-prezzijiet tas-suq, u movimenti speċifiċi fil-fond ta’ riżerva ġenerali u l-provvediment għal riskji finanzjarji.

  17. Iddefinita bħala s-somma tal-parteċipazzjonijiet diretti ta’ bonds ekoloġiċi u l-parteċipazzjonijiet fil-fond G2 tal-EUR BISIP bħala sehem mill-komponent tal-introjtu fiss tal-portafoll tal-fondi proprji.

  18. F’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima, il-BĊE jħejji divulgazzjonijiet finanzjarji annwali relatati mal-klima fir-rigward tal-fondi proprji u l-portafolli tal-pensjonijiet tiegħu. Id-divulgazzjonijiet għall-2024 ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-BĊE f’Ġunju 2025, filwaqt li d-divulgazzjonijiet għall-2025 huma mistennija li jiġu ppubblikati f’Ġunju 2026.

  19. Il-parametri referenzjarji allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom l-għan li jallinjaw mal-għan tal-Ftehim ta’ Pariġi li ż-żieda fit-temperaturi medji globali tiġi limitata għal 1.5°C.

  20. Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (minn hawn ’il quddiem il-“Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

  21. L-ispejjeż imġarrba mill-BĊE fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu jiġu rkuprati permezz ta’ tariffi annwali imposti fuq entitajiet taħt superviżjoni. Aktar dettalji dwar it-tariffi superviżorji jistgħu jinstabu fis-sit web tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.

  22. Skont l-Artikolu 21 u b’mod konformi mal-Artikolu 21.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊE jista’ jaġixxi bħala aġent fiskali għal istituzzjonijiet, entitajiet, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, gvernijiet ċentrali, awtoritajiet reġjonali, lokali jew oħrajn pubbliċi, entitajiet oħra irregolati mid-dritt pubbliku, jew impriżi pubbliċi tal-Istati Membri.

  23. F’din it-taqsima, il-“kontijiet ta’ rivalutazzjoni” tinkludi l-gwadann totali mir-rivalutazzjoni tal-investiment f’deheb, muniti barranin u titoli u strumenti oħra, iżda teskludi l-kont tar-rivalutazzjoni għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg.

  24. Din id-definizzjoni ta’ ekwità netta tintuża biss għall-finijiet tat-tħejjija tal-Kontijiet Annwali tal-BĊE.

  25. Fit-13 ta’ Marzu 2024, il-Kunsill Governattiv iddeċieda dwar bidliet fil-qafas operattiv għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja. Fl-istess kuntest, il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li mill-1 ta’ Jannar 2025, ir-rata tal-imgħax applikata għall-faċilità ta’ depożitu offruta mill-Eurosistema ssir il-bażi għar-remunerazzjoni ta’ (i) pretensjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema, (ii) bilanċi tat-TARGET dovuti minn/lill-BĊNi, u (iii) obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin.

  26. F’konformità mat-Taqsima 1.3.2 “Ekwità netta”, “kontijiet ta’ rivalutazzjoni” tinkludi l-qligħ totali ta’ rivalutazzjoni fuq id-deheb, il-muniti barranin, u titoli u strumenti oħra iżda teskludi l-kont ta’ rivalutazzjoni għall-benefiċċji ta’ wara l-impjieg.

  27. L-introjtu mit-tariffi superviżorji huwa inkluż taħt “Introjtu u spejjeż oħra” (ara ċ-Ċart 13).

  28. L-ES huwa definit bħala telf medju peżat fuq il-probabbiltà li jseħħ fl-agħar (100-p)% xenarju, fejn p tindika l-livell ta’ fiduċja.

  29. Aktar dettalji dwar il-metodu tal-mudelli tar-riskju jinsabu f’“The financial risk management of the Eurosystem’s monetary policy operations”, BĊE, Lulju 2015.

  30. Ir-riżultati tat-test tal-istress għal investimenti f’bonds korporattivi huma inkorporati f’divulgazzjonijiet relatati mal-klima dwar investimenti ta’ bonds korporattivi tal-BĊNi taż-żona tal-euro taħt is-CSPP u l-PEPP, li l-BĊE beda jippubblika kull sena minn Marzu 2023 ’il quddiem. Għal aktar dettalji, ara d-Divulgazzjonijiet finanzjarji relatati mal-klima tal-investimenti tal-Eurosistema fis-settur korporattiv għall-finijiet tal-politika monetarja, BĊE, Marzu 2023.
    Ir-riżultati kwalitattivi ġenerali ta’ dan it-test tal-istress ġew ippubblikati wkoll fil-Bullettin Ekonomiku tal-BĊE. Ara “Results of the 2022 climate risk stress test of the Eurosystem balance sheet”, Economic Bulletin, Ħarġa 2, BĊE, 2023.

  31. Ir-riżultati tat-test tal-istress klimatiku tal-2024 ġew ippubblikati bħala parti mid-Divulgazzjonijiet finanzjarji relatati mal-klima tal-assi tal-Eurosistema miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja u tar-riżervi barranin tal-BĊE, BĊE, Ġunju 2025.

  32. Ir-riskju operattiv jinkludi r-riskji mhux finanzjarji kollha u huwa definit bħala r-riskju ta’ impatt negattiv fuq in-negozju, fuq ir-reputazzjoni jew impatt negattiv finanzjarju fuq il-BĊE li jirriżulta minn nies, l-implimentazzjoni inadegwata jew il-falliment tal-governanza interna u l-proċessi tan-negozju, il-falliment tas-sistemi li fuqhom jiġu proċessati jiddependu, jew avvenimenti esterni (eż. diżastri naturali jew attakki esterni).

  33. Aktar tagħrif dwar l-istruttura tal-governanza tal-BĊE jista’ jinstab fis-sit web tal-BĊE.

  34. Il-ġestjoni tar-riskju tal-kondotta kisbet attenzjoni dejjem akbar fis-settur korporattiv u pubbliku u tikkomplementa l-ġestjoni tar-riskju finanzjarju u operazzjonali. Għall-BĊE, ir-riskju ta’ kondotta jista’ jiġi definit bħala l-iskopertura tal-istituzzjoni għal dannu għar-reputazzjoni, jew għal tipi oħra ta’ dannu finanzjarju jew ta’ ħsara li jaffettwaw b’mod negattiv l-interessi tagħha, bħala riżultat ta’ azzjonijiet intenzjonali jew negliġenti mwettqa mill-uffiċjali, mill-impjegati jew mill-kuntratturi ta’ livell għoli tagħha li ma jkunux konformi mar-regoli tal-etika, legali u ta’ integrità, jew mal-istandards ta’ governanza tajba u ta’ amministrazzjoni tajba tagħha.

  35. Il-politiki dettaljati tal-kontabilità tal-BĊE huma stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2024/2938 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2024/32) (ĠU L, 2024/2938, 11.12.2024).
    Sabiex jiġu żgurati l-kontabilità u r-rapportar finanzjarju armonizzati tal-operazzjonijiet tal-Eurosistema, id-Deċiżjoni msemmija hawn fuq hija bbażata fuq il-Linja Gwida (UE) 2024/2941 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2024/31) (ĠU L, 2024/2941, 11.12.2024).
    Dawn il-politiki, li ġew rieżaminati u aġġornati regolarment kif meqjus xieraq, huma konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26.4 tal-Istatut tas-SEBĊ, li jeħtieġu approċċ armonizzat għar-regoli dwar il-kontabilità u r-rapportar finanzjarju tal-operazzjonijiet tal-Eurosistema.

  36. Limitu minimu ta’ €100,000 japplika għad-dovuti u l-provvedimenti amministrattivi.

  37. Kirja hija kklassifikata bħala kirja finanzjarja jekk tittrasferixxi sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha inċidentali għas-sjieda ta’ assi sottostanti, inkella tiġi kklassifikata bħala kirja operattiva.

  38. Din l-annwalità hija inkluża fl-obbligu tal-benefiċċju definit minn dak il-punt ’il quddiem.

  39. Fl-31 ta’ Diċembru 2025, il-BĊNi mhux taż-żona tal-euro li pparteċipaw fit-TARGET kienu Българска народна банка (il-Bank Nazzjonali Bulgaru), Danmarks Nationalbank, Narodowy Bank Polski u Banca Natională a României.

  40. Deċiżjoni (UE)2011/67 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro (BĊE/2010/29) (2011/67/UE) (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll.

  41. “Skema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus” tirrifletti l-perċentwali li jirriżultaw meta jitqies is-sehem tal-BĊE mill-ħruġ totali tal-karti tal-flus tal-euro u meta tiġi applikata l-iskema tal-kapital sottoskritt għas-sehem tal-BĊNi minn dak it-total.

  42. Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2016 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2016/36) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 26), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll.

  43. Sa minn tmiem l-2023, dan il-provvediment baqa’ żero, peress li ġie rilaxxat bis-sħiħ biex ikopri t-telf tal-BĊE li rriżulta fl-2022 u fl-2023.

  44. Id-Deċiżjoni (UE) 2015/298 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2014 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/57) (ĠU L 53, 25.2.2015, p. 24), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll.

  45. Ara l-istqarrija għall-istampa tat-13 ta’ Marzu 2024 dwar id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv.

  46. Dawn l-investimenti jikkonsistu f’assi li minnhom jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet denominati fil-munita barranija partikolari li huma soġġetti għal rivalutazzjoni tal-munita barranija. Dawn huma inklużi taħt “Pretensjonijiet fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija”, “Pretensjonijiet fil-konfront ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija”, “Dovuti u spejjeż imħallsin bil-quddiem”, “Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ” (in-naħa tal-obbligazzjonijiet) u “Dovuti u dħul miġbura bil-quddiem” u jinkludu t-tranżazzjonijiet forward u swap tal-kambju barrani inklużi f’partiti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ. Il-gwadanni fuq il-prezz ta’ strumenti finanzjarji denominati f’muniti barranin li jirriżultaw minn rivalutazzjonijiet mhumiex inklużi.

  47. Aktar dettalji dwar il-programm ta' xiri ta' assi jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.

  48. Aktar dettalji dwar il-programm ta' xiri ta' emerġenza fil-każ ta' pandemija jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.

  49. Il-valuri tas-suq huma indikattivi u huma kkalkolati abbażi ta’ kwotazzjonijiet tas-suq. Meta l-kwotazzjonijiet tas-suq ma jkunux disponibbli, il-prezzijiet tas-suq jiġu kalkulati bl-użu ta’ mudelli interni tal-Eurosistema.

  50. Ħlief għal ishma azzjonarji rċevuti minn BĊN tal-Eurosistema fl-2024 bħala riżultat ta’ ristrutturar korporattiv, li kienu kontabilizzati bil-valur tas-suq. Dawn l-ishma azzjonarji nbiegħu fl-2025.

  51. Aktar dettalji dwar it-tariffi superviżorji jistgħu jinstabu fis-sit web tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.

  52. Tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli li ma jirriżultawx f’kollateral fi flus mhux investiti fi tmiem is-sena jiġu rreġistrati f’kontijiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ (ara n-nota 17 “Programmi ta’ self ta’ titoli”).

  53. Is-sistemi anċillari huma infrastrutturi tas-suq finanzjarju li ngħataw aċċess għall-komponent TARGET-BĊE mill-Kunsill Governattiv, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/911 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2022 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET-BĊE u li tħassar id-Deċiżjoni ECB/2007/7 (ECB/2022/22) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 1), kif emendata. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll. Skont l-entità maniġerjali, is-sistemi anċillari jitqiesu jew bħala residenti taż-żona tal-euro (ara n-nota 9.2 “Obbligazzjonijiet oħrajn”) jew bħala residenti mhux taż-żona tal-euro (ara n-nota 10 “Obbligazzjonijiet lejn residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f’euro”). Dettalji oħra dwar is-sistemi anċillari jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.

  54. Il-pilastru tal-benefiċċji definiti tal-pjan tirrifletti biss il-kontribuzzjonijiet obbligatorji magħmula mill-BĊE u mill-persunal. Il-kontribuzzjonijiet volontarji li saru mill-persunal f’pilastru ta’ kontribuzzjoni definita fl-2025 ammontaw għal €296 miljun (2024: €266 miljun). Dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu investiti fl-assi tal-iskema u jwasslu għal obbligu korrispondenti b’valur ekwivalenti.

  55. It-telf mhux realizzat li jaqbeż fi tmiem is-sena l-qligħ ta’ rivalutazzjoni preċedenti akkumulat fil-kont ta’ rivalutazzjoni korrispondenti huwa rreġistrat bħala tniżżil fil-valur fil-kont tal-qligħ u t-telf (ara n-nota 24 “Tniżżil fil-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji”).

  56. Aktar dettalji dwar self ta’ titoli jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE.

  57. Aktar dettalji dwar l-arranġamenti swap li jipprodu likwidità jistgħu jinstabu fis-sit web tal-BĊE. Il-linji repo deskritti wkoll fuq dan is-sit web huma operati minn BĊN taż-żona tal-euro u għalhekk mhumiex ikkunsidrati fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE.

  58. Skont l-Artikolu 21 u b’mod konformi mal-Artikolu 21.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊE jista’ jaġixxi bħala aġent fiskali għal istituzzjonijiet, entitajiet, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, gvernijiet ċentrali, awtoritajiet reġjonali, lokali jew oħrajn pubbliċi, entitajiet oħra irregolati mid-dritt pubbliku, jew impriżi pubbliċi tal-Istati Membri.

  59. Aktar dettalji dwar it-testijiet tal- istress jistgħu jinstabu fis-sit web tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.

  60. Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1).

  61. Ara l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23), kif emendat. It-test konsolidat mhux uffiċjali bil-lista ta’ emendi huwa disponibbli wkoll.

  62. Id-deċiżjoni tal-BĊE dwar l-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għall-2025 se tiġi adottata u sussegwentement ippubblikata f’nofs Marzu 2026.

  63. Aktar dettalji dwar it-tariffi superviżorji jistgħu jinstabu fis-sit web tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.

  64. Ekwivalenti full-time (FTE) huwa unità ekwivalenti għal impjegat wieħed li jaħdem full-time għal sena. Persunal b’kuntratti permanenti, fissi jew għal żmien qasir u parteċipanti fil-Programm tal-Gradwati tal-BĊE huma inklużi proporzjonalment mas-sigħat li jaħdmu. Persunal fuq lif tal-maternità jew lif għal żmien twil hu inkluż wkoll, waqt li l-persunal fuq lif mhux imħallas hu eskluż.

  65. L-allowance għar-rappreżentanza hija ta’ 21 % tas-salarju bażiku għall-President, 12 % tas-salarju bażiku għall-Viċi President, 9 % tas-salarju bażiku għall-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv u 12 % tas-salarju bażiku għall-President tal-Bord Superviżorju.

  66. Il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew jinsabu fis-sit web tal-BĊE.

  67. L-ammonti huma mogħtija gross, jiġifieri qabel it-tnaqqis ta’ taxxi għall-benefiċċju tal-UE.

  68. Dawn il-pagamenti relatati mal-pensjoni naqqsu l-obbligu tal-benefiċċji definiti rikonoxxut fil-karta tal-bilanċ. Għall-ammont nett impost fuq il-kont tal-qligħ u t-telf fir-rigward tal-arranġamenti tal-pensjoni għall-membri attwali tal-Bord Eżekuttiv u l-membri attwali tal-Bord Superviżorju impjegati mill-BĊE, ara n-nota 12.3 “Diversi”.

  69. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1407 tat-8 ta’ Lulju 2025 dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Bulgarija fl-1 ta’ Jannar 2026 (ĠU L, 2025/1407, 14.7.2025).

  70. Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Diċembru 2025 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin, u kontribuzzjonjiet minn Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) lir-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2025/44) (ĠU L, 2026/115, 15.1.2026); Ftehim bejn Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-pretensjoni akkreditata lil Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) mill-Bank Ċentrali Ewropew taħt l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C, C/2026/497, 22.1.2026).

  71. Il-BĊNi barra ż-żona tal-euro ma huma intitolati jirċievu ebda sehem mill-profitti distribwibbli tal-BĊE, u lanqas ma huma responsabbli biex ikopru kwalunkwe telf li jġarrab il-BĊE.

  72. Skont l-Artikolu 32.5 tal-Istatut tas-SEBĊ, is-somma tal-introjtu monetarju tal-BĊNi għandha tiġi allokata lill-BĊNi fi proporzjon mal-ishma mħallsa tagħhom fil-kapital tal-BĊE.